Diskussjoni:Arkitettura

Latest comment: 17-il sena ilu by Roderick Mallia in topic Diżambigwazzjoni

Korrezzjoni immodifika

F'dan l-artiklu, taħt 'Medjevali', hemm dil-frażi;

  s-siqifah, li kien bħal pajġġ mgħotti

Nixtieq nitlob 'l awtur jikkoreġiha. Ma rranġajthiex jien għax ma nafx x'ried jgħid.

Haġ'oħra, fl-aħħar tas-sezzjoni 'Neo-Klassiku u Neo-Gotiku, qed jingħad li l-Knisja tal-Addolorata mibnija fuq stil Neo-Gotiku. Jien ma nifhimx wisq, imma jekk mhux sejjer żball, dak l-unika bini Gotiku li għandna f'Malta (mhux Neo-Gotiku).

  l-kappella u d-daħla taċ-ċimiterju ta’ l-Addolorata mibnija b’dan l-istil.

Grazzi, Tony Sammut 08:26, 9 Mejju 2006 (UTC)Wieġeb

Tony, fil-fatt l-istil taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa Neo-Gotiku u dan għas sempliċi raġuni li dan il-bini ma nbeniex fil-perjodu Gotiku (ċioè, f'nofs is-Seklu XII) iżda ħafna snin wara. Avolja l-arkitettura hija bbażata fuq l-istil Gotiku ma nkunux eżattament korretti jekk ngħidu li dak il-bini huwa Gotiku. Għalhekk faqset it-terminoloġija bil-prefiss "Neo-" biex juri li l-istil huwa bbażat fuq epoka partikolari iżda maħdum fi żmien ħafna iktar riċenti u qrib. L-istess jista' jingħad għan-"Neo-Klassiku" u l-bqija. Nispera li spjegajt ruħi tajjeb biżżejjed --Roderick Mallia 14:24, 10 Mejju 2006 (UTC)Wieġeb

Diżambigwazzjoni immodifika

Toni, dan mhux Artiklu fuq l-Arkittetura, iżda fuq l-Arkitettura f'Malta. Nahseb li il-kunċċett m'hux ċar: il-Wikipedija tagħmel emfasi li taqsam fruntieri Nazzjonali u tgħaqqad kunċetti basiċi fil-Lingwi tal komunitajiet. Għalhekk m'hemx implikazzjoni diretta bejn il-lingwa użata u is-suġġett. L-ahjar tibdel it-titlu u tmexxi il-kontenut.--joelemaltais 17:45, 9 Mejju 2006 (UTC)Wieġeb

Għandek raġun. L-artiklu ma ktibtux jien. Jien kemm ikkoreġejtlu l-iżbalji fil-Malti tista' tghid u forsi tajtu ftit aktar struttura. Ħa naqbad u mmexxih ġo Arkitettura (f'Malta). Mistoqsija żgħira, peress li l-Wikipedia hi enċiklopedia fl-aħħar mill-aħħar, xorta għandek issib artikli fuq suġġetti speċifiċi hux? Mhux biss fuq argumenti ġenerali li jaffettwaw in-nies tad-dinja kollha. Saħħa Tony Sammut 08:53, 10 Mejju 2006 (UTC)Wieġeb

Ħbieb, hawnhekk it-tnejn għandkom raġun. Meta l-artiklu ikun ta' natura ġenerali bħal ngħidu aħna Arkitettura, il-kontent għandu jkun kollu kemm hu ta' natura ġenerali. Fih għandu jkun hemm imbagħad kollegamenti u ħoloq għal artikli ta' natura iktar speċifika bħal per eżempju Arkitettura f'Malta, Arkitettura fl-Italja, eċċ (NB. mingħajr parentesi). U dak huwa li jagħmel dan il-proġett interessanti, għax wieħed jista' jsib informazzjoni dwar l-iktar ħaġa ġenerali sa l-iktar waħda speċifika. --Roderick Mallia 14:24, 10 Mejju 2006 (UTC)Wieġeb

Tajjeb li-irranġajna daqshekk malajr ;)) - però m'inhix ċert jekk kellnhiex konvenzjoni li l'attribut li jispeċifika n'annotawħx hekk: X (Y) (c.f. Jum l-Indipendenza (Malta). Madankollhu is-soluzzjoni fejn il-prepożizzjoni tinkiteb, tgħoġobni iżjed. Naħseb li id-differenza hi li Jum l-Indipendenza fl użu tal lingwa Maltija tista titqiegħed waħeda u tinftihem bħala il jum speċifiku fl 1964. Ma nafx hemx bżonn niformalizzaw daqshekkk... però dawn l'affarijiet dejjem jeġgħu jirriżultaw f'inċertezzi.
--joelemaltais 19:45, 10 Mejju 2006 (UTC)Wieġeb
Tajt risposta tajba lilek innifsek hawn Joe ;) Id-differenza hija li fil-fatt (kważi) kull pajjiż għandu ġurnata bl-isem ta' Jum l-Indipendenza iżda dawn mhux qed jirreferu għall-istess ħaġa.
Naħseb li id-differenza hi li Jum l-Indipendenza fl użu tal lingwa Maltija tista titqiegħed waħeda u tinftihem bħala il jum speċifiku fl 1964.
U għal kull pajjiż tinftiehem differenti. "Jum l-Indipendenza" għall-Franċiż tfisser l-14 ta' Lulju, 1789; għall-Amerikan tfisser, l-4 ta' Lulju, 1776; eċċ. Nistgħu ovvjament nagħmlu per eżempju artiklu bl-isem "Jum l-Indipendenza ta' Malta", iżda rridu nżommu f'moħħna li f'kull pajjiż "Jum l-Indipendenza" tintuża dejjem waħedha (kif għidt tajjeb int stess) għax hija intiża, u allura ma nkunux korretti jekk ninkludu l-isem tal-pajjiż bħala parti mit-titlu (eż. Jum l-Indipendenza ta' Malta). Għal din ir-raġuni l-isem tal-pajjiż għandu jitqiegħed f'parentesi biex juri li l-isem tal-pajjiż mhux eżattament parti mill-isem tal-ġurnata, iżda fl-istess ħin huwa bżonnjuż biex wieħed jkun jista' jiddistingwi bejn il-ġranet differenti. Saħħiet --Roderick Mallia 11:32, 11 Mejju 2006 (UTC)Wieġeb
Return to "Arkitettura" page.