Diskussjoni:Alessandru Manju

Latest comment: 16-il sena ilu by Chrisportelli

bla font tal-malti... dan l-artiklu rrid jinkiteb mill-ġdid bil-font tal-malti. --Gian 09:47, 13 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb

Skuzani, Gian imma ghadni gdid ghall-wikipedja Maltija. Huwa bilfors li l-font tal-Malti jrid jigi nstallat? U ghalli jista' jkun, ma tkunx tista' tispjegali kif indahhal stampi fl-artikli, jekk joghgbok? U bilhaqq, prosit ta' l-ammont kbir ta' artikli li int ktibt, ghaliex rajt il-pagna tieghek - Eragonshadeslayer

Ipprova fuq Għajnuna:Markup#Stampi. Chrisportelli 07:02, 14 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb

Merħba għall-Wikpedija

Jiena sibt li l-iżjed metodu sempliċi biex tuża l-karattri Maltin hu li tikteb l-artikli bil-Word. Fil-Word f'insert symbol tista' tissettja x-shortcut keys biex jagħtuk karattri Maltin per eżempju alt+c ittik ċ. Meta tkun kuntent bix-xogħol inkullah fuq il-Wikipedija.

Awguri

"Leli Forte 11:19, 14 Awwissu 2008 (UTC)"Wieġeb

Jew inkella, jekk qed tuża l-Windows, tista' tattiva t-tastiera Maltija (tgħallem kif tinstallaha), fejn għandek issib il-karattri Maltin b'mod faċli. Dawn il-karattri huma Unicode u għaldaqstant ser jidhru kif suppost fuq kwalunkwe kompjuter. Ta' Leli mhux idea ħażina, però l-appostrofu għandu tendenza li jkun karattru differenti meta tuża l-word (` minflok '; dan tal-aħħar it-tajjeb). Però ara liema metodu ssib komdu. Ikollok bżonn xi ħaġa, ikkuntattjana. U prosit tal-inizjattiva! :) Grazzi u saħħiet! --Roderick Mallia 13:25, 14 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb

Grazzi ta' kollox, u lil kulħadd!! - Eragonshadeslayer

Nerġa' ngħid grazzi lil min editjali lis-stampa għaliex ma' kienx qiegħed jirnexxieli. Jekk jista' jkun, jistgha xi hadd ifiehemni kif nista' nagħmel xi ħaġa bhal dak li hemm taħt il-verżjoni Ingliża ta' Alessandru Manju? - Eragonshadeslayer

Qed tirreferi għal template (dik il-kaxxa li qegħda fuq in-naħa xellugija tal-paġna fuq il-Wikipedija Ingliża)? Chrisportelli 09:44, 18 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb

Iva -Eragonshadeslayer

Ma nafx eżatt kif nista' nispjegalek kif tagħmel template għax ħafna mit-templates fuq mt.wiki jiġu kkreati kważi kopja ta' Wikipediji oħrajn. Jekk trid tista' tiċċekja w:Template:Infobox Monarch (Wikipedija Ingliża), it:Template:Monarca (Wikipedija Taljana) jew xi template oħra korrispondenti. Tista' tikkopja l-kontenut tat-template u tinkullah fuq paġna ġdida ta' template bħal template:Infobox Monarka jew xi isem ieħor relatat mat-template u titraduċi l-parametri/kliem bil-lingwa l-oħra għall-Malti. Naħseb din hi l-aħjar soluzzjoni. Jekk issib xi diffikultà ibgħatli msġ fuq il-paġna ta' diskussjoni tiegħi u nara x'nista nirranġa. Nispera li għintek. Chrisportelli 10:07, 18 Awwissu 2008 (UTC)Wieġeb
Return to "Alessandru Manju" page.