Demba Touré
Demba Armand Touré (twieled fil-31 ta' Diċembru 1984) huwa eks-plejer tal-futbol Senegaliż li kien jilgħab bħala attakkant.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Demba Armand Touré | ||
Twelid | 31 ta' Diċembru 1984 Dakar, Senegal | ||
Tul | 1.82 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2002−2005 | Lyon | ||
2004−2005 | → Grasshoppers (self) | ||
2005−2009 | Grasshoppers | ||
2007 | → Dynamo Kyiv (self) | ||
2009−2010 | Stade Reims | ||
2011 | ES Sétif | ||
2011−2012 | Astra Giurgiu | ||
2013 | Valletta | ||
2013−2014 | Birkirkara | ||
2014 | → Tarxien Rainbows (self) | ||
2014 | Pembroke Athleta | ||
2015−2016 | Naxxar Lions | ||
2017 | Għajnsielem | ||
2017 | → Żebbuġ Rangers (self) | ||
Tim nazzjonali | |||
2007 | Senegal |
Karriera
immodifikaTouré lagħab għall-Olympique Lyon għall-istaġuni 2002 u 2003, u mbagħad ġie misluf lill-Grasshoppers għall-2004 u l-2005. Demba ffirma kuntratt ta' 3 snin u nofs ma' Astra Giurgiu f'Novembru 2011. Iżda huwa telaqhom f'Diċembru 2011 minħabba tilwima finanzjarja mal-klabb. Demba Toure iffirma ma' Al-Oruba Dubai f'Jannar tal-2012 għal sitt xhur. Fis-27 ta' Diċembru 2012, Demba Toure iffirma ma' Valletta s'issa huwa lagħab sitt logħbiet u skorja 6 gowls. Fl-4 ta' Lulju 2013 huwa ffirma kuntratt ta' sentejn maċ-ċampjins Birkirkara. Touré għamel id-debutt għal Birkirkara fis-17 ta' Awwissu 2013 f'rebħa ta' 2-1 kontra Rabat Ajax. Fit-tieni logħba tiegħu, huwa skorja l-ewwel gowl għal klabb fid-dro ta' 1-1 kontra Sliema Wanderers
Karriera Internazzjonali
immodifikaHuwa kien jissejjaħ mal-iskwadra nazzjonali tas-Senegal għall-kwalifiki tat-Tazza Afrikana tal-2008 f'logħba kontra t-Burkina Faso f'Ottubru 2006 biex jissostitwixxi l-attakkant imweġġa' ta' Beşiktaş Mamadou Niang.
Informazzjoni personali
immodifikaDemba Toure huwa prattikant Musulman. Huwa miżżewweġ u għandu żewġt itfal.
Ħoloq esterni
immodifika- Profil fuq is-sit uffiċjali ta' Birkirkara FC
- Demba Touré fuq National-Football-Teams.com