David Attard

akkademiku u ġurist Malti

David Joseph Attard (29 ta’ Marzu 1953) hu avukat Malti, imħallef, membru ta’ Middle Temple fl-Ingilterra, u professur akkadmediku.[1] Kien pro-kanċillier tal-Università ta’ Malta fl-2006 u kanċillier sa mill-2011.

David Attard
Ħajja
Twelid Tas-Sliema, 29 Marzu 1953 (71 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Kulleġġ ta' San Alwiġi
Livell tal-edukazzjoni dottorat
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurist
avukat
għalliem fl-università
imħallef

Attard twieled Tas-Sliema, Malta, iggradwa mill-Università ta’ Malta b’diploma ta’ nutar u LLD, u D.Phil mill-Università ta’ Oxford.[2]

Esperjenza professjonali

immodifika

Għallem id-Dritt tal-Baħar, kien professur assoċjat tal-Liġi fl-Università ta’ Malta u sar professur tad-Dritt Internazzjonali Pubbliku fl-Università ta’ Malta fl-1988. Kien Direttur tal-Istitut tad-Dritt Marittimu tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), professur tad-Dritt Internazzjonali fl-Università ta’ Ruma Tor Vergata fl-1994, senior visiting lecturer fil-College of Foreign Affairs, Bejġing, research fellow fl-Università ta’ Oxford fl-1998, u scholar f’Yale Law School u visiting professor fl-Università ta’ Pariġi 1 Pantheon-Sorbonne.[3]

Rikonoxximenti

immodifika
  • Chevalier dans l’Ordre National de la Legion D’Honneur mill-President tar-Repubblika Franċiża
  • Ordni Nazzjonali tal-Meritu mill-President ta’ Malta
  • Orden de Isabel la Católica mir-Re ta’ Spanja
  • Order tal-Mertu tar-Repubblika Taljana mill-President tar-Repubblika Taljana

Pubblikazzjonijiet

immodifika
  • David Joseph Attard; Malgosia Fitzmaurice; Norman A Martínez Gutiérrez; IMO International Maritime Law Institute, ISBN 9780199683925 OCLC 0199683921, Notes:"25th anniversary IMLI; supported by the Nippon Foundation
  • David Joseph Attard; David M Ong; Malgosia Fitzmaurice; Alexandros XM Ntovas; Dino Kritsiotis, Oxford, United Kingdom: Oxford University Press, ISBN 9780198824152
  • David Joseph Attard; Malgosia Fitzmaurice, Publisher: Oxford Oxford University. Press 2014 Series: IMLI manual on international maritime law / Ed. David Joseph Attard, vol-1. ISBN 9780199683925

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Maltese professor made vice-president of international maritime law tribunal". Times of Malta (bl-Ingliż). 2017-10-07. Miġbur 2020-07-13.
  2. ^ "Prof. David J. Attard". L-Università ta' Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2020-07-03.
  3. ^ "Vice-President David Joseph Attard". International Tribunal for the Law of the Sea. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-01-02.