Cobh
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Cobh huwa port żgħir fir-Repubblika tal-Irlanda, li jinsab ftit kilometri 'l bogħod mill-belt ta' Cork. Magħruf bħala Queenstown mill-1849, bħala unur lir-Reġina Vitorja, serva bħala port ewlieni fin-nofsinhar tal-Irlanda.
Fl-1720, kien proprju hawnhekk fejn twaqqaf l-ewwel klabb tal-jottijiet fid-dinja, ir-Royal Cork Yacht Club, li issa mar għal Crosshaven, fuq in-naħa l-oħra tal-port ta' Cork.
Kien ukoll l-aħħar port li qatt daħal fih il-vapur Titanic, fl-1912, wara li dan wasal minn Cherbourg u spiċċa biex għereq fejn intilfu bosta ħajjiet.