Christina Schäffner
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Christina Schäffner (imwielda 29 ta' Lulju 1950 fi Schlotheim) hija akkademika Ġermaniża tal-Istudji tat-Traduzzjoni. Għallmet bosta snin fl-Università ta’ Aston f’Birmingham u llum hija Professur Emeritu.
Christina Schäffner | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Schlotheim, 29 Lulju 1950 (74 sena) |
Nazzjonalità | Ġermanja |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Ġermaniż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | għalliem fl-università |
Bijografija
immodifikaChristina Schäffner trabbiet f’Thuringia, il-Ġermanja, fejn attendiet l-iskola sekondarja f'Mühlhausen. Fl-1969, bdiet tistudja r-Russu u l-Ingliż għat-tagħlim tal-Adulti fid-Dipartiment tal-Lingwistika Teoretika u Applikata (bil-Ġermaniż: Theoretische und Angewandte Sprachwissenschaft TAS) fl-Università Karl-Marx f'Leipzig, u kisbet id-diploma tagħha fl-1973. Wara, taħt is-superviżjoni ta’ Rosamarie Gläser, hija lestiet id-Dottorat tagħha fir-riċerka tal-lingwaġġ tekniku fil-qasam tal-politika. Sadanittant, żviluppat l-interess fl-Istudji tat-Traduzzjoni u żaret lekċers ta' Otto Kade u Albrecht Neubert, fost oħrajn.
Wara li ġabet id-Dottorat fl-1977, hija ħadmet fil-qasam tal-Istudji tat-Traduzzjoni bl-Ingliż f’TAS fl-Università ta' Leipzig, fejn għallmet l-Ingliż, it-traduzzjoni u l-interpretar. Mill-1982 sal-1992, Christina Schäffner mexxiet grupp fl-Akkademja tax-Xjenza ta’ Saxon (bil-Ġermaniż: Sächsischen Akademie der Wissenschaften SAW) f'Leipzig li wettaq riċerka dwar vokabularju politiku, lingwistika tat-test, u Studji tat-Traduzzjoni.
Matul dan iż-żmien, Schäffner ipparteċipat fil-Kungress tal-AILA tal-1984 fi Brussell, fost avvenimenti oħra, u tat ukoll lekċers fil-konferenzi tal-Istudji tat-Traduzzjoni. Minn Jannar sa Mejju tal-1989, ingħatat l-opportunità li tgħallem l-Istudji tat-Traduzzjoni fl-Università tal-Istat ta' Kent f'Ohio. Meta rritornat minn Kent, ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża (GDR) kienet qiegħda fi stat ta’ tranżizzjoni. F’dak iż-żmien, kien hemm opportunità ta’ mpjieg fid-Dipartiment tal-Ġermaniż fl-Università ta' Aston f'Birmingham, u Schäffner ħadet il-kariga. Schäffner ilha tgħallem fl-Università ta' Aston mill-1992, kemm lil studenti li għadhom ma ggradwawx u anke lil dawk gradwati fl-oqsma tal-Istudji tat-Traduzzjoni, l-Interpretar u l-Analiżi tat-Test.
Apparti minn hekk, Schäffner għadha attiva fir-riċerka dwar l-Analiżi tat-Test politiku u r-riċerka tal-metafora, u tippubblika bosta artikli. Hija organizzat ukoll konferenzi u workshops, u għenet biex jiġi stabbilit approċċ funzjonali għat-traduzzjoni minflok il-prattika tradizzjonali, fl-Università ta' Aston. B’hekk, ġew żviluppati programmi ġodda ta' lawrja fit-traduzzjoni. Schäffner organizzat ukoll seminars bħala parti mis-serje Current Issues in Language and Society (CILS).
Għal bosta snin, għallmet studenti tad-dottorat fl-Istudji tat-Traduzzjoni bħala parti mill-korsijiet tas-sajf tas-CETRA f'KU Leuven u kienet il-Professur ewlenija fis-CETRA tal-2011. Kienet responsabbli wkoll ta’ wieħed mill-erba' proġetti tal-Affiljazzjoni ta' Taħriġ Inizjali ta’ Marie Curie, TIME, imniedi flimkien mal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, kienet ukoll il-kap tal-kumitat organizzattiv tas-Sitt Konferenza Internazzjonali tal-Critical Link, li saret fl-Università ta' Aston mis-26 sat-30 ta' Lulju, 2010.
Christina Schäffner hija wkoll membru tal-European Society for Translation Studies (EST), hija rappreżentanta fin-National Network for Translation fl-Università ta' Aston, u membru tal-kumitat ta' tmexxija tal-OPTIMALE - affiljazzjoni tal-Erasmus li taħdem favur l-edukazzjoni aħjar għal traduzzjoni professjonali fl-Ewropa. Mill-2007 sal-2009, hija kienet ukoll membru tal-EMT Expert Group, grupp stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea bl-għan li titjieb il-kwalità tal-programmi tal-Masters Ewropej fil-qasam tat-traduzzjoni.