Christiane Nord (imwielda Christiane Prahst fit-13 ta' Settembru 1943 f'Eberswalde) hija akkademika Ġermaniża fl-Istudji tat-Traduzzjoni. Hija għallmet f’diversi universitajiet u kulleġġi, li jinkludu l-Università ta’ Heidelberg, l-Università ta’ Vjenna u l-Università tax-Xjenza Applikata Magdeburg-Stendal. Ix-xogħol u t-tagħlim tagħha jiffokaw fuq l-Istudji tat-Traduzzjoni u d-Didattika tat-Traduzzjoni.

Christiane Nord
Ħajja
Twelid Eberswalde (en) Translate, 13 Settembru 1943 (81 sena)
Nazzjonalità Ġermanja
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Heidelberg
Livell tal-edukazzjoni dottorat
Lingwi Ġermaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni lingwista
traduttur
għalliem fl-università
traduttur tal-Bibbja
Post tax-xogħol Heidelberg
Impjegaturi Università ta' Vjenna
Università ta' Heidelberg
Saarland University (en) Translate
University of Innsbruck (en) Translate

Bijografija

immodifika

Fl-1963, Nord iggradwat mill-iskola sekondarja tal-lingwi f'Delmenhorst u fl-1967 iggradwat bħala traduttriċi għall-Ispanjol u għall-Ingliż mill-Istitut għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni tal-Università Ruprecht Karl ta’ Heidelberg. Nord irċeviet id-Dottorat tagħha fl-1983 bil-magna cum laude fl-Istudji Spanjoli u fl-Istudji tat-Traduzzjoni mill-Fakultà tal-Filoloġija Moderna tal-Università ta’ Heidelberg, b’teżi dwar l-iktar żviluppi riċenti fil-vokabularju Spanjol. Fl-1992, Nord iggradwat b’post-dottorat fl-Istudji tat-Traduzzjoni Applikata u fid-Didattika tat-Traduzzjoni mill-Fakultà tal-Istudji Umanistiċi tal-Università ta’ Vjenna, permezz ta’ teżi dwar it-traduzzjoni ta’ titoli u intestaturi.

Nord kienet miżżewwġa lil Klaus Berger, li miet f'Ġunju 2020, u għandha żewġt itfal. Flimkien maʼ żewġha, Nord ittraduċiet partijiet mill-Bibbja.

Karriera

immodifika

Mill-1967 sal-1996, Nord kienet lettriċi fid-Dipartiment tal-Ispanjol fl-Istitut għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni fl-Università ta’ Heidelberg. Bejn l-1991 u l-1992, okkupat il-kariga ta’ Professur Viżitatur fl-Istitut għat-Taħriġ fit-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni fl-Università ta’ Vjenna fil-qasam tal-Istudji Ġenerali tat-Traduzzjoni u tal-Istudji tat-Traduzzjoni bl-Ispanjol, wara li ngħatat permess tħalli xogħolha fl-Università ta’ Heidelberg temporanjament. Għal darb’oħra, mill-1994 sal-1996, Nord ingħatat l-istess permess sabiex tissostitwixxi Professur fl-Università ta' Hildesheim. Fl-1996 u l-1997 ħadmet bħala Professur Viżitatur fl-Istitut għat-Taħriġ fit-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni fl-Università ta’ Innsbruck għal żmien qasir. Mill-1996 sal-2005, ħadmet bħala Professur tal-Lingwistika Applikata u t-Traduzzjoni Teknika bl-Ispanjol fid-Dipartiment tal-Komunikazzjoni u l-Midja fl-Università tax-Xjenza Applikata Magdeburg-Stendal. Barra minn hekk, Nord kienet ukoll responsabbli mid-Dipartiment tal-Ispanjol u kienet Viċi Rettur għar-Riċerka u t-Tagħlim mill-1998 sal-2000. Matul dan iż-żmien, Nord aċċettat bosta mpjiegi bħala lettriċi offruti mid-DAAD barra minn xtutha, fosthom fl-Asja (l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġordan, it-Tajlandja, eċċ.), fl-Amerika Latina (l-Arġentina, il-Brażil, iċ-Ċilì, eċċ.), fl-Afrika t’Isfel u fir-Russja. Fis-semestru tax-xitwa tal-2001, Nord aċċettat pożizzjoni fl-Università ta' Saarland f'Saarbrücken fejn kienet ukoll tgħallem, qabel ma rtirat mis-servizzi universitarji tagħha fl-2005. Mill-2007, hija daret diversi universitajiet bħala Professur Viżitatur, fosthom l-Università ta' Nankai f'Beijing, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Iskola Nida għall-Istudji tat-Traduzzjoni fl-Italja. Fl-2008, Nord kisbet it-titlu ta’ Professur Onorarju mil-Fakultà tal-Filoloġija tal-Università ta’ Vigo fi Spanja. Minn Marzu 2013 sa Jannar 2014, Nord okkupat pożizzjoni simili fiċ-Ċentru għall-Istudji tat-Traduzzjoni tal-Università ta’ Vjenna fl-Awstrija.

Riċerka

immodifika

Fil-karriera akkademika tagħha, Nord wettqet riċerka dwar prinċipji fundamentali għall-Istudji tat-Traduzzjoni u għall-proċess tat-traduzzjoni li ndirizzat fil-pubblikazzjonijiet tagħha u li permezz tagħhom ikkontribwixxiet għall-progress fl-Istudji tat-Traduzzjoni. Tnejn mill-aktar mudelli magħrufa ta’ Nord huma l-iskema ċirkolari u l-analiżi tat-test relevanti għat-traduzzjoni, bbażata fuq mistoqsijiet li bl-Ingliż jibdew bil-“w”, imsejħa “w-questions”, li bihom jistgħu jiġu analizzati kemm fatturi esterni, kif ukoll fatturi interni tat-test miktub.