{| border="0" cellpadding="2" cellspacing="0" align="right" style="margin: 0em 1em 0em 1em; clear: right" class="toccolours"

Cecil Satariano

|+ style="font-size:larger" | Cecil Satariano |style="background:#efefef;" align="center" colspan="2"| |- |Data tat-Twelid: | 29 ta' Settembru, 1930 |- |Data tal-Mewt: | 16 ta' Diċembru, 1996 |- |Post tat-Twelid: | Malta |- |}

Bħala ċineasta ta’ ħila, Satariano kien l-ewwel Malti li kiseb għarfien internazzjonali f’dan il-qasam. Huwa rebaħ għadd ta’ premjijiet f’kemm-il festival taċ-ċinema barranin. L-ingredjenti li Cecil kien jinqeda bihom għall-films tiegħu kienu l-kultura, id-drawwiet u l-folklor Maltin.


Satariano twieled fid-29 ta’ Settembru, 1930 u tgħallem fil-Kulleġġ St Edward’s. Meta kiber kien jaħdem mal-Cable & Wireless u kien kritiku tal-films mas-Sunday Times of Malta u ma’ The Times. Fl-1972 il-Gvern stiednu jkun membru tal-Bord taċ-Ċensura taċ-Ċinema.


Satariano beda jagħmel il-films fl-1969 u kien juża Super 8mm Cine Camera, il-magħrufa Canon 518. Imbagħad beda juża wkoll il-pellikola ta’ 16mm. F’dik is-sena wkoll issieħeb mal-Malta Cine Circle u s-sena ta’ wara għamel l-ewwel film tiegħu.


Satariano mexxa ħames films b’kollox: I’m Furious ... Red, The Beach, Ilona, Ġużeppi, u "Katarin" f’dik l-ordni. L-ewwel film tiegħu rebaħ Ten Best Trophy mill-Ingilterra. Imbagħad ingħaqad ma’ Ronnie Demajo li ħareġ il-flus għall-aħħar erba’ produzzjonijiet ta’ Cecil. Mistoqsi dwar din l-esperjenza, Ronnie Demajo qal li dawk il-jiem għalih kienu tal-għaġeb u ma jinsiehom qatt. Kien pjaċir kbir jaħdem ma’ Cecil. Meta jiġbed film, ix-xewqa ta’ Cecil kienet dejjem li joħloq xi ħaġa sabiħa. Kellu għajn għal kollox, isib il-post perfett għat-temi li jkollu, jagħżel l-aħjar persunaġġi u fuq kollox kien jaf isib l-angolazzjoni t-tajba, l-aħjar close-ups, u l-irqaqat kollha meħtieġa għal film tajjeb[1].


Imma x-aktarx li l-aqwa żewġ films ta’ Satariano kienu Ġużeppi u Katarin. Ġużeppi Mallia ħadem fl-ewwel film. Il-ġrajja tal-film kienet episodju veru f’ħajjet Ġużeppi. Ġużeppi kellu diżabilità u meta Cecil mar fuqu u stiednu jieħu sehem f’film, Mallia saqsieh fuqiex kien qed ikellmu. Meta fissirlu kollox, Mallia wieġeb biss li lanqas biss kien jaf x’inhu film billi la qatt kien Ra wieħed u lanqas daħal f’ċinema f’ħajtu. Iżda fil-film ħadem b’mod naturali ħafna u billi Satariano l-film kienet l-għaxqa tiegħu, irnexxielu joħroġ l-aħjar minn Ġużeppi. Meta r-reġista Mike Hodges kien hawn Malta jiġbed il-film tiegħu Pulp u lemaħ ritratt ta’ Mallia fit-Times of Malta, ra kif għamel u daħħlu fil-film tiegħu wkoll. Ġużeppi kien l-aqwa film tal-karriera ta’ Satariano u kisiblu aktar minn tużżana Awards mid-dinja kollha, fosthom Nagasaki, Londra (fejn rebaħ Gold Star oħra fit-Ten Best UK, Cannes, Tokjo, Lisbona, Hiroshima u bliet oħrajn, barra milli kisiblu l-Kodak Award għall-aħjar fotografija.


Iżda Satariano laħaq il-quċċata tal-karriera tiegħu bil-film Katarin. Għall-ewwel il-film kien miġbud bis-16mm u mbagħad intefaħ għal 35mm u ħareġ fiċ-ċinema ta’ Malta u ta’ Londra. Intwera kemm fl-Embassy tal-Belt kemm fil-Plaza Tas-Sliema. Katarin intwera wkoll Londra. Kien l-ewwel film Malti li qatt intwera hemmhekk.


Il-ġrajja tal-film hija dwar tfajla kampanjola ta’ 15-il sena li tibda ssir xebba. Hawnhekk ukoll għandna lil Satariano jressaq quddiemna tfajla tar-raħal bil-kuntrasti kollha bejn il-ħajja innoċenti tar-raba’ u d-dinja moderna ta’ dak iż-żmien[2].


Satariano kien ukoll l-awtur ta’ ktieb dwar l-art taċ-ċinema u kif isiru films amatorjali li jirbħu l-premjijiet, bl-isem ta’Canon Fire.


Fl-1956 Cecil iżżewweġ lil Eileen nee Grixti u kellhom tliet ulied, Mark, Madeleine u Michael. Huwa miet fis-16 ta’ Diċembru 1996.


Referenzi

immodifika