Carmen de Burgos y Seguí (psewdonimi, Colombine, Gabriel Luna, Perico el de los Palotes, Raquel, Honorine and Marianela; Almería, 10 ta’ Diċembru, 1867- Madrid, 9 ta’ Ottubru, 1932 kienet kittieba, traduttriċi, attivista għad-drittijiet tan-nisa, u ġurnalista Spanjola. Johnson jiddeskriviha bħala kittieba “moderna”, jekk mhux “modernista.”[1]

Carmen de Burgos
Ħajja
Isem propju María del Carmen Ramona Loreta de Burgos y Seguí
Twelid Almería, 10 Diċembru 1867
Nazzjonalità Spanja
L-ewwel lingwa Spanjol
Mewt Madrid, 9 Ottubru 1932
Post tad-dfin Civil Cemetery, Madrid (en) Translate
Familja
Koppja/i Ramón Gómez de la Serna (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurnalist
rumanzier
kittieb
traduttur
attivista tad-drittijiet tan-nisa
editur
suffraġist
Psewdonomu Colombine, Gabriel Luna, Perico el de los Palotes, Raquel, Honorineu Marianela

Karriera immodifika

De Burgos telqet mid-dar meta ltaqgħet ma’ Arturo Asterz Bustos, li kien ħmistax-il sena ikbar minnha, poeta, kittieb u alkoħoliku. Bustos kien jaqla’ l-għajxien bħala tipografu għall-gazzetta tal-familja. Hi u Arturo għamlu sbatax-il sena fi żwieġ infeliċi, u kellhom erbat itfal li minnhom għex wieħed biss.[2] Fl-1898 dan il-wild miet ukoll u de Burgos daħlet fil-kulleġġ lokali sabiex tikseb ċertifikat għat-tagħlim. Avvanzat malajr, u fi żmien sena kellha l-kwalifiċi biex tgħallem fil-primarja. Sa tmiem l-1898, de Burgos kellha l-kwalifiċi biex tgħallem fis-sekondarja u sal-1900 setgħet tgħallem lill-għalliema. B’dawn il-kwalifiċi kellha rasha mistrieħa li għandha xogħol għal ħajjitha. De Burgos u t-tifla tagħha telqu lir-raġel abbużiv u infidil li kellha, u flimkien bnew id-dar tagħhom fi Guadalajara, fejn de Burgos kitbet l-ewwel ktieb tagħha.[3] Matul dan iż-żmien tgħallmet kif taqla’ l-għajxien minn kitbietha, kisbet l-indipendenza tagħha, u bdiet tistmerr l-idea taż-żwieġ.[4] De Burgos kienet tqis lilha nfisha bħala feminista. Madankollu, minħabba l-ġeneru tagħha, kitbietha kienu esklużi fl-istħarriġ u l-evalwazzjoni tal-kittieba modernisti (maskili) Spanjoli.

Madankollu, de Burgos bdiet tikteb numru ta’ rumanzetti, ġeneru letterarju li kien popolari fil-bidu tas-seklu għoxrin. Ir-rumanzi tagħha jittrattaw temi politiċi u legali, kif ukoll suġġetti tabù bħall-omosesswalità fl-irġiel u fin-nisa, u t-transvestismu. Hi enfasizzat l-inġustizzja fil-konfront tas-sessi rigward l-adulterju, fejn in-nisa kienu jiġu kkundannati filwaqt li l-involviment tal-irġiel kien jinħafer.[5] Diversi studjużi osservaw li filwaqt li de Burgos hi meqjusa bħala feminista bikrija li qajmet suġġetti kontroversjali rigward is-sess, il-liġi u d-drittijiet, il-kitba tagħha xorta ma offrietx soluzzjonijiet.[6] Hija għarrfet lill-qarrejja dwar id-diskrepanza bejn il-valuri tradizzjonali tal-edukazzjoni femminili u l-ħajja moderna.[7] Madankollu, de Burgos esponiet kwistjonijiet diffiċli u fl-1904 mexxiet kampanja biex id-divorzju jsir iktar aċċessibbli.[2]

Rikonoxximent immodifika

Meta fl-1906 De Burgos saret editriċi għal Diario Universal [8]ta’ Madrid, hija saret l-ewwel ġurnalista professjonali femminili fi Spanja. De Burgos serviet ukoll bħala l-ewwel president tal-Liga Internacional de Mujeres Ibéricas e Hispanoamericanas[9] (Għaqda Internazzjonali ta’ Nisa Iberiċi u mill-Amerika Latina). Matul id-dittatorjat ta’ Franco, De Burgos ġiet eskluża mill-kotba tal-istorja, iżda wara r-restorazzjoni demokratika, reġgħet ġiet rikonoxxuta u ddaħħlet mill-ġdid fl-istorja tad-drittijiet tan-nisa fi Spanja[10].

Referenzi immodifika

  1. ^ Johnson, Roberta (2001). "Carmen de Burgos and Spanish Modernism". South Central Review. 18 (1/2): 66.
  2. ^ a b Louis, Anja (2005). Women and the law : Carmen de Burgos, an early feminist. Woodbridge: Támesis. pp. p.4.Manutenzjoni CS1: test żejjed (link)
  3. ^ Davies, Catherine (2000). Spanish Womens Writing 1849-1996. London: Bloomsbury Publishing. pp. pp.117-119.Manutenzjoni CS1: test żejjed (link)
  4. ^ Louis, Anja (2005). Women and the law : Carmen de Burgos, an early feminist. Woodbridge: Támesis. pp. p.4.Manutenzjoni CS1: test żejjed (link)
  5. ^ Turner, Harriet, ed. (2003). The Cambridge companion to the Spanish novel from 1600 to the present ([Online-Ausg.]. ed.). Cambridge: Cambridge Univ. Press. p. 160. ISBN 0521778158.
  6. ^ Louis, Anja (2005). Women and the law : Carmen de Burgos, an early feminist. Woodbridge: Támesis. pp. p.4.Manutenzjoni CS1: test żejjed (link)
  7. ^ Turner, Harriet (2003). The Cambridge companion to the Spanish novel : from 1600 to the present. Cambridge: Cambridge Univ. Press. pp. p.160.Manutenzjoni CS1: test żejjed (link)
  8. ^ Smith, Bonnie (2008). The Oxford Encyclopedia of Women in World History. Oxford [England]: Oxford University Press. pp. p.601.Manutenzjoni CS1: test żejjed (link)
  9. ^ Smith, Bonnie (2008). The Oxford encyclopedia of women in world history. Oxford [England]: Oxford University Press.
  10. ^ Carmen der Burgos "La Columbine" Archived April 2, 2015, at the Wayback Machine, turismodealmeria.org. Retrieved March 29, 2015.