Campora San Giovanni
Campora San Giovanni hi frazzjoni tal-komun ta' Amantea, fil-provinċja ta' Cosenza, l-Italja, li tinsab qrib il-konfini mal-provinċja ta' Catanzaro.
Ekonomija
immodifikaL-ekonomija hi bbażata fuq l-agrikultura u t-turiżmu. Mis-snin ħamsin kien hemm żvilupp fil-kultivazzjoni tal-basla ħamra ta' Tropea, li illum hi apprezzata kemm fis-swieq domestiċi u anki f'dawk barranin. F'dawn l-aħħar għoxrin sena l-esportazzjoni ta' dan il-prodott, flimkien ma' attivitajiet kummerċjali oħra, iffavorixxa l-ekonomija lokali. Dawn l-attivitajiet huma mgħejuna permezz tal-pożizzjoni ġeografika tal-villaġġ, li hi servuta minn ferrovija, mit-triq SS 18, u mill-Ajruport Internazzjonali ta' Lamezia Terme.
Ġeografija
immodifikaCampora tinsab fuq il-kosta tal-Baħar Tirren, u mis-snin ħamsin din kibret fuq pjanura żgħira li tiddomina erja ċatta qrib il-bajjiet. Il-villaġġ hu mdawwar minn għolja sabiħa li fiha jiġi prodott inbid u żejt ta' kwalità. Barra minn hekk, din l-għolja li tagħti triq lejn dan il-villaġġ, toffri veduta sabiħa tal-golf ta' Lamezia Terme fuq ix-xellug, waqt li fuq il-linja tal-orizzont jidher il-vulkan Stromboli, li d-duħħan tiegħu jidher fi ġranet ċari. Mill-port ta' Campora wieħed jista' jmur u jagħti daqqa t'għajn lill-gżejjer Eolji. Dan kollu jagħmel lil Campora, destinazzjoni turistika li għandha l-kapaċità li tissodisfa l-esiġenzi ta' kwalunkwe vjaġġatur.
Bini storiku
immodifikaTorri kbir li jmur lura għas-seklu 14 hu l-unika kostruzzjoni ta' valur storiku. Il-parti ta' fuq tat-torri hi dekorata bil-kileb. Fid-djalett lokali dan it-torri hu msejjaħ U Turriune. Riċentament, kien hemm iż-żieda tal-port (2002) u tal-pjazza San Franġisk ta' Paola (2003), li hi dedikata għall-qaddis patrun tal-istess villaġġ li l-festa tiegħu tiġi ċelebrata bejn l-1 u t-3 ta' Settembru. Matul iċ-ċelebrazzjonijiet, li jattiraw diversi pellegrini minn rħula fil-qrib, issir purċissjoni fejn l-istatwa tal-qaddis tinġarr fuq l-ispallejn matul it-toroq (xi drabi akkumpanjata b'karru dekorat bil-fjuri u ex-voto).
Suddiviżjonijiet
immodifikaIt-territorju ta' Campora San Giovanni hu maqsum fis-suddiviżjonijiet segwenti:
- Augurato
- Carratelli
- Cologni
- Cozza
- Cuccuvaglia
- Fravitte
- Gallo (il-parti fin-Nofsinhar)
- Imbelli
- Marano
- Marinella
- Mirabelli
- Oliva
- Piana Cavallo
- Piana Mauri
- Principessa
- Ribes
- Rubano
- Villanova
Mixxelanja
immodifika- Il-knisja prinċipali hi ddedikata lil San Pietru u nbniet fl-1956.
- Il-kappilan hu Rev. Apollinaris Paul Mashughuli Massawe (li twieled fl-1969 fit-Tanżanija), u ilu jaqdi dan is-servizz mid-9 ta' Jannar 2005.
- L-aktar lingwi mitkellma barra dik Taljana huma l-Bulgaru, ir-Russu, is-Serb u r-Rumen; hemm ukoll xi komunitajiet żgħar li jitkellmu ċ-Ċiniż, it-Tork u l-Għarbi.
- Id-djalett lokali hu tiżwiqa ta' djaletti Kalabriżi differenti, bi kliem barrani introdott mill-emigranti.