Barbara Wright (awtriċi)

Barbara Wright (imwielda fit-18 ta’ Novembru, 1951) hija awtriċi Amerikana. Hija l-awtriċi ta’ tliet kotba: Plain Language, Easy Money, u Crow.[1] Plain Language rċieva l-iSpur Award għall-Aħjar Rumanz Oriġinali Paperback fl-2004.[2] L-aħħar ktieb tagħha, Crow, rumanz fittizju storiku għat-tfal, irċieva kritika tajba ħafna mingħand Kirkus Reviews, [3] The Horn Book Magazine, [4] School Library Journal, [5] u Publishers Weekly. [6] Fl-2013, Crow intgħażel bħala Ktieb Sinifikanti għall-Kummerċ tal-Istudji Soċjali mill-Kunsill Nazzjonali għall-Istudji Soċjali.[7]

Bijografija immodifika

Wright twieldet fit-18 ta’ Novembru, 1951, f’High Point, North Carolina, fejn trabbiet u attendiet l-Università ta’ North Carolina. Hi qed tgħix f’Denver, Colorado ma’ żewġha.

Minbarra li hi awtriċi, Wright ħadmet ukoll bħala verifikatura tal-fatti u xeneġġatriċi. Hija vvjaġġat madwar id-dinja u għexet f’El Salvador, fil-Korea t’Isfel, u fi Franza.[8]

Il-karriera tagħha bħala awtriċi bdiet meta kienet qed tgħix fil-Korea t’Isfel u tgħallem l-Ingliż lill-Koreani fi skola privata tal-lingwi. Hi kitbet artikli dwar il-kultura Koreana għal rivista ta’ lukanda u ħadet f’idejha l-irwol ta’ editur meta telaq ta’ qabilha. Hi tistqarr: "I started writing and I never stopped." [“Bdejt nikteb u ma waqaft qatt."] [9] Bħalissa qiegħda taħdem fuq ktieb bl-isem The Scandal Chronicles. [10]

Referenzi immodifika

  1. ^ "Home". Barbara Wright. Miġbur 2 November 2012.
  2. ^ "Spur Awards << Western Writers of America". Western Writers of America. Western Writers of America. Miġbur 2 November 2012.
  3. ^ "Crow by Barbara Wright". Kirkus Reviews. October 19, 2011. Miġbur 2 November 2012.
  4. ^ Sutton, Roger. "January/February Starred Reviews". The Horn Book. Miġbur 2 November 2012.
  5. ^ Ownes, Dodie. "The Debut--Barbara Wright, Crow". SLJTeen. Media Source, Inc. Miġbur 2 November 2012.
  6. ^ "Children's Review: Crow by Barbara Wright". Publishers Weekly. PWxyz, LLC. December 12, 2011. Miġbur 2 November 2012.
  7. ^ "Barbara Wright". www.barbarawrightbooks.com.
  8. ^ "About". Barbara Wright. Miġbur 2 November 2012.
  9. ^ Gill, Jennifer Duddy. "CROW -- Interview with Barbara Wright". From the Mixed Up Files... Arkivjat minn l-oriġinal fl-29 October 2012. Miġbur 2 November 2012.
  10. ^ "White Hands". Barbara Wright. Miġbur 2 November 2012.