Bażilika ta’ San Pawl, ir-Rabat
Il -Bażilika ta’ San Pawl hija knisja Parrokkjali Kattolika Rumana li tinsab fir -Rabat, Malta.
Data meta nħoloq | 1783 |
---|---|
Reliġjon | Kattoliċiżmu |
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Rabat |
Koordinati | 35°52′55″N 14°23′57″E |
Iddedikata lil | Pawlu minn Tarsu |
Stil arkitettoniku | arkitettura barokka |
Sit uffiċjali | http://sanpawl.rabatmalta.com/ |
Storja
immodifikaIl-knisja hija mibnija fuq parti mis-sit tal-belt Rumana Melite, li kienet tinkludi l-Imdina kollha u parti kbira mir-Rabat tal-lum. Kien hemm bosta knejjes mibnija fuq il-post tal-knisja preżenti li tmur mis-seklu 17. Fl-1336 l-isqof Hilarius jirreferi għall-knisja bħala ecclesia Sancti Pauli de crypta, u jsemmi wkoll iċ-ċimiterju u l-foss Ruman.
Il-knisja preżenti nbniet biex tieħu post knisja li tlestiet fl-1578. Il-knisja l-ġdida nbniet b’fondi pprovduti mill-mara nobbli Guzmana Navarra fuq pjanti mħejjija minn Francesco Buonamici. Il-bini tal-knisja li beda fl-1653 tlesta minn Lorenzo Gafà fl-1683. Annessa mal-knisja ta' San Pawl hemm knisja iżgħar iddedikata lil San Publju li reġgħet inbniet fl-1692 u għal darb'oħra fl-1726 minn Salvu Borg. Il-knisja ġiet elevata għal Bażilika Minuri fl-2020[1][2].
Il-Grotta
immodifikaId-dħul għall-grotta jsir mill-knisja ta’ San Publju, marbuta mal-Mużew ta’ Wignacourt. Il-knisja hija mniżżla fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin[3].
Il-grotta hija l-post fejn skont it-tradizzjoni għex u ppriedka San Pawl matul iż-żjara ta’ tliet xhur f’Malta fis-sena 60 E.K. Fl-1748 il-Gran Mastru Pinto għamel donazzjoni ta’ statwa ta’ San Pawl għall-grotta. Il-grotta żaruha diversi Papiet, il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1990 u l-2001 u l-Papa Benedittu XVI fl-2010. Żarha t-tielet darba l-Papa Franġisku waqt il-vjaġġ appostoliku tiegħu lejn il-gżejjer Maltin fit-2 ta’ April 2022[4].
Referenzi
immodifika- ^ "Bini tal-Knisja – [sanpawl.rabatmalta.com]" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-17.
- ^ Bonello, Wayne (2020-07-01). "FILMAT: Il-Kolleġġjata ta' San Pawl tar-Rabat elevata għal Bażilika Minuri". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-12-17.
- ^ "St. Paul's Church and Grotto - Rabat, Malta". www.sacred-destinations.com. Miġbur 2024-12-17.
- ^ Carabott, Sarah (2022-04-03). "Pope starts day two of Malta trip with visit to St Paul's Grotto". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-17.