Awstrija v Żvizzera (1954)
Fis-26 ta' Ġunju, 1954, f'logħba tat-Tazza tad-Dinja 1954, l-Awstrija għelbu lill-Iżvizzera 7–5 ġewwa Lausanne, Żvizzera. Bit-tnax-il gowl li skorjaw f'logħba, stabbilixxu rekord tat-Tazza tad-Dinja, inkomparabbli sal-lum, għall-ogħla skor. Il-logħba hija magħrufa bl-isem Ġermaniż tagħha, Hitzeschlacht von Lausanne (li tfisser "Il-battalja sħuna ta' Lausanne"), minħabba t-temperatura għolja li kienet il-fuq minn 40° C (104 ° F).
Rapport tal-logħba
immodifikaL-Iżvizzera, l-ospiti tal-kompetizzjoni, kisbu vantaġġ notevoli kmieni. Fir-raba' minuta, l-Iżvizzera skorjaw tlett gowls: l-Attakkant Robert Ballaman fetaħ l-iskor fis-16-il minuta, imbagħad ġie segwit malajr minn żewġ gowls ta' Josef Hügi. L-Awstrija mbagħad sar l-ewwel tim fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja biex jirkupraw minn defiċit ta' 3-0, li skorjaw 5 gowls fil-bqija tal-ewwel taqsima; Theodor Wagner beda ir-rispons tal-Awstrija fil-25 minuta; l-attakant Robert Körner[1] ġibet l-iskor 2-3 minuta wara, u wara minuta oħra Wagner skorja gowl li għamel l-iskor f'parità ta' 3–3. L-Awstrija kienu ġabu d-dro fi tliet minuti. Fil-ħdax-il minuta, bejn is-16 u s-27 minuta, sitt gowls ġew skurjati, 3 minn kull tim. Fit-32 minuta, Ernst Ocwirk ta l-vantaġġ lil Awstrija; Robert Körner żied it-tieni gowl tiegħu, li għamel l-iskor 5–3. Ballaman skorja għall-Isvizzera fid-39 minuta. L-ewwel taqsima b'hekk intemmet 5-4 favur l-Awstrija, li kien l-ogħla skor fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, filwaqt Alfred Körner falla penalti fit-42 minuta.[2]
Fid-disa minuta tat-tieni taqsima, Wagner poġġa lill-Awstrija l-fuq 6-4 bit-tielet gowl tiegħu, li rreġistra s-7 hat-trick tat-Tazza tad-Dinja 1954. Imbagħad Hügi imita l-adt, billi skorja t-3 gowl tiegħu fit-58 minuta. L-Iżvizzera ma kienux kapaċi għall-ekwalizzazzjoni, u Erich Probst għamilhom 7-5 biex temm il-punteġġ fis-76 minuta. Skond il-FIFA, is-sħana estrema affettwat ħażin lill-Isvizzera[3] wara li wasslu l-logħba 3-0 fuq punt wieħed. Sorsi oħra qalu li fl-ewwel taqsima, l-Iżvizzera kienu kapaċi jieħdu vantaġġ tat-temperatura, imma l-gowler Kurt Schmied sofra minn ipertermija kmieni fil-logħba, li malajr ippermetti l-ewwel tliet gowls għall-Iżvizzera, qabel ma ġie assistit mill-masseur Awstrijakk waqt il-logħob.
Dettalji tal-logħba
immodifika26 ta' Ġunju 1954 17:00 CET |
Awstrija | 7–5 | Żvizzera | Stade Olympique de la Pontaise, Lausanne Attendenza: 35,000 Referi: Charlie Faultless (Skozja) |
---|---|---|---|---|
Wagner 25', 27', 53' R. Körner 26', 34' Ocwirk 32' Probst 76' |
Rapport | Ballaman 16', 39' Hügi 17', 19', 58' |
Plejers involuti
immodifikaAwstrija
- Erich Probst
- Ernst Happel
- Kurt Schmied
- Gerhard Hanappi
- Karl Koller
- Alfred Körner
- Ernst Ocwirk
- Leopold Barschandt
- Robert Körner
- Ernst Stojaspal
- Theodor Wagner
Żvizzera
Referenzi
immodifika- ^ Skond ir-raport tal-logħba uffiċjali, mill-FIFA, Robert Körner skorja t-tieni u l-ħames gowls Awstrijaċi, iżda diversi sorsi mhux relatati mal-FIFA, inklużi l-RSSSF([1]), (DE) SportZeitung ([2]), ESPN([3]) u l-BBC([4]), li ddikjaraw li ħu Robert iż-żgħar, Alfred, skorja dawn il-gowls. Il-paġna RSSSF tiddikjara wkoll li Alfred Körner ħa u falla penalti fit-42 minuta.
- ^ id-dettalji kollha tat-Tazza tad-Dinja 1954 – minn Gwidon S. Naskrent et al., RSSSF. Miġjub 2006-12-08.
- ^ World Cup Switzerland 1954 overview – "Did you know?" – fifaworldcup.yahoo.com – FIFA. Miġjub 2006-12-08. (EN)