Asuman Baytop
Dr. Asuman Baytop (twieldet fis-27 ta’ Marzu 1920 - mietet fit-18 ta’ Frar 2015) kienet botanika, kollezzjonista tal-pjanti, farmakologa, u edukatriċi Torka li kienet magħrufa għar-riċerka tagħha fil-proprjetajiet mediċinali tal-flora tat-Turkija.[1][2]
Asuman Baytop | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Istanbul, 27 Marzu 1920 |
Nazzjonalità | Turkija |
L-ewwel lingwa | Tork |
Mewt | Istanbul, 18 Frar 2015 |
Familja | |
Missier | Mehmet Kâmil Berk |
Konjuga/i | Turhan Baytop (en) |
Ulied |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | Fakultà tax-Xjenza tal-Università ta’ Istanbul |
Lingwi | Tork |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
botaniku spiżjar |
Impjegaturi | Università ta’ Istanbul |
Bijografija
immodifikaAsuman Baytop twieldet f’Istanbul, it-Turkija, fis-27 ta’ Marzu 1920 u mietet fl-istess belt fit-18 ta’ Frar 2015. Hija żżewġet lil Turhan Baytop, botaniku u spiżjar Tork minn Istanbul, u kellha lil binha Feza Günergun, storiku Tork tax-xjenza.
Fl-1964 waqqfet id-Dipartiment tal-Botanika Farmaċewtika fl-Università ta’ Istanbul, u stabbiliet l-erbarju (kollezzjoni organizzata ta’ pjanti mnixxfin), fejn ikkontribwiet saħansitra iżjed minn 23,000 eżemplar.[3] Asuman Baytop hija magħrufa wkoll għad-deskrizzjonijiet li tat rigward bosta speċijiet ta’ żagħfran, tant li l-ispeċijiet Allium baytopiorum u Colchicum baytopiorum issemmew b’isimha sabiex tingħata ġieħ.[4]
L-abbrevjazzjoni standard A. Baytop tintuża wkoll biex tindikaha bħala l-awtur meta jiġi kkwotat xi isem botaniku.[5]
Referenzi
immodifika- ^ Kadınları, Bilim (2019-03-16). "Asuman Baytop". Medium (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-04.
- ^ "Şengör, A. M. Celal. "Botanik biliminin bir numaralı hanımefendisini kaybettik! Asuman Baytop" (PDF). Botanik Tarihi" (PDF).
- ^ "Cornucopia Magazine First lady of the crocus". www.cornucopia.net. Miġbur 2021-05-04.
- ^ Özhatay, Neriman (26 November 2016). "Professor Asuman Baytop (1920-2015)". İstanbul Üniversitesi Eczacılık Fakültesi Dergisi. 45 (1): 1–6. ISSN 0367-7524.
- ^ "International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2021-05-04.