Eruka

(Rindirizzat minn Aruka)


L-Eruka jew Aruka (Eruca sativa Mill.) hi xitla erbaċeja annwali tal-familja tal-Brassicaceae (Cruciferae), magħrufa mill-qedem. Ir-Rumani antiki kienu jaħsbu li għandha proprjetajiet afrodiżjaċi u kienu jieklu anki ż-żerriegħa tagħha. Qabel l-eruka kienet iżjed apprezzata bħala mediċina milli bħala ikel. L-eruka tikber salvaġġa fir-reġjun kollu tal-Mediterran mill-Marokk u l-Portugal, lejn il-lvant sal-Ġordan u t-Turkija[1][2]. Ħafna nies iħalltu l-Eruka mal-Ġarir Abjad (Diplotaxis erucoides), imsejjaħ ukoll insalata, billi dawn iż-żewġ xtieli għandom dehra u togħma simili ħafna.

Eruka
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Plantae
Diviżjoni: Magnoliophyta
Klassi: Magnoliopsida
Ordni: Brassicales
Familja: Brassicaceae
Ġeneru: Eruca
Speċi: E. sativa
Isem binominali
Eruca sativa
Mill.

Morfoloġija

immodifika
 
Mżiewet taż-żerriegħa

Din ix-xitla erbaċeja annwali tikber bejn 20 u 100 ċm għolja. Il-weraq tagħha huma rranġati alternativament matul iz-zokk u għandhom forma oblunga ta’ lanza; ta’ fuq huma idjaq minn ta’ taħt; għandhom riħa karatteristika u togħma aċituża. Il-fjuri huma żgħar, 2-4 ċm fid-dijametru, u huma magħmulin minn erba’ petali bojod jew kultant kulur it-tiben u joħorġu minn zkuk rotob. Huma rranġati f'korimb tipiku tal-forma tal-fjuri tal-Brassicaceae. Il-frott huwa siliqua (miżwed), 12–35 mm twil, b'għadd żgħir ta’ żerriegħa li jispiċċa f'munqar. L-ispeċi għandha numru tal-kromożoma 2n = 22.[2][3][4]

Fiha ħafna Vitamina C u ħafna ħadid. Fiha wkoll l-aċtu eruċiku

Il-weraq jittieklu mill-larvi ta’ xi speċi ta’ Lepidoptera, fosthom il-baħrija Xanthorhoe fluctuata.

Kultivazzjoni

immodifika

Iċ-ċiklu veġetattiv ta’ din il-ħaxixa hu qasir ħafna: mill-mument taż-żrigħ, li jsir fir-rebbiegħa dirett fil-ħamrija, għat-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja, spiss hemm biss ftit ġimgħat. Tikber tajjeb fix-xemx jew fid-dell ħafif, basta jkollha l-kenn mir-riħ. F’kundizzjonijiet klimatiċi idejali kultant il-pjanti jibqgħu ħodor anki fix-xitwa. Il-kultivazzjoni tal-eruka tista’ jsir ukoll f'kontenituri.

Fis-salvaġġ tħobb ħamrija niexfa u mqallba.

Ġbir u Żamm

immodifika

Aqtagħha biex tittiekel friska.

Użu fil-kċina

immodifika

Apprezzata mill-qedem għat-togħma mħawra u bżarija, l-eruka saret tintuża ħafna fl-insalati u z-zlazi; ittejjeb it-togħma tal-pizza u tista’ wkoll tissajjar fuq il-fwar.

In-nutriment f’100 gramma ta’ eruka friska hu:

Nutriment kull 100 gramma
Enerġija 100 kJ jew 24 kcal
Karboidrati 3.7 grammi
Proteni 2.6 grammi
Xaħam 0.7 grammi
Vitamina C mg
Karoteni mg
Vitamina B1 mg
Vitamina B2 mg
Kalċju mg
Ħadid mg

B’lingwi oħrajn

immodifika
  • Taljan: Rucola, Rugola, Rughetta
  • Franċiż: Rouquette (Roussillon), riquette (Nice).
  • Ġermaniż: Rauke, Raukelkohl, Senfkohl
  • Ingliż: Rocket, Garden rocket, Rocket salad, Arugula (Amerikan),


Ħoloq esterni

immodifika
  1. ^ Med-Checklist: Eruca sativa
  2. ^ a b Blamey, M. & Grey-Wilson, C. (1989). Flora of Britain and Northern Europe. ISBN 0-340-40170-2
  3. ^ Flora of NW Europe: Eruca vesicaria
  4. ^ Huxley, A., ed. (1992). New RHS Dictionary of Gardening. Macmillan ISBN 0-333-47494-5.