Kastell ta' Rayen

(Rindirizzat minn Arg-é Rayen)

Il-Kastell ta' Rayen (ارگ راين bil-Persjan, arg -e- rāyen) hu kastell adobu fil-provinċja ta' Kerman, ġewwa l-Iran. Il-belt medjevali mibnija bil-briks tat-tajn hi simili għall-belt ta' Arg-é Bam li kien ġie distrutt wara terremot f'Diċembru tal-2003. Rayen turi l-elementi arkitettorali ta' ċittadella deżerta. Din tidher estremament preservata, meta tikkunsidra li numru mhux ħażin ta' diżastri naturali qerdu strutturi simili fil-viċinanzi, u hi waħda mill-aktar siti interessanti fl-Iran.

Il-Kastell ta' Rayen
Il-ħitan taċ-ċittadella.

Arg-é Rayen kien post abitat sa 150 sena ilu u, minkejja li dan il-bini jmur lura tal-anqas sa 1,000 sena ilu, fil-verità seta' kellu għeruq fl-era pre-Iżlamika tas-Sassanidi.

Id-dinastija tas-Sassanidi kien l-isem li kien jingħata għar-rejiet tal-Persja, li illum il-ġurnata tifforma parti essenzjali tal-Iran. Matul l-era tat-tieni Imperu Persjan, mis-sena 224 sas-sena 651, l-aħħar re tas-Sassanidi, Jażdegerd III, tilef battalja twila erbatax-il sena biex ikeċċi lill-Kalifat Umajjad, l-ewwel mill-imperi Iżlamiċi. Mis-Sassanidi, lil dan l-imperu kienu jsejħulu Iran jew Eranshahr. Żmien is-Sassanidi hu kkunsidrat bħala wieħed mill-perjodi storiċi l-aktar importanti tal-Iran.[1]

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika