Antonio Valencia

Luis Antonio Valencia Mosquera (twieled fl-4 ta' Awwissu 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Ekwadorjan.

Antonio Valencia
Antonio Valencia cropped.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħLuis Antonio Valencia Mosquera
Twelid4 ta' Awwissu 1985 (1985-08-04) (36 sena)
Lago AgrioEkwador
Tul1.80 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1999–2001Caribe Junior
2001–2003El Nacional
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2005El Nacional
2005–2008Villarreal
2005–2006Recreativo (self)
2006–2008Wigan Athletic (self)
2008–2009Wigan Athletic
2009–2019Manchester United
2019–2020LDU Quito
2020–2021Querétaro
Tim nazzjonali
2004–2019Ekwador

KarrieraEdit

Valencia beda l-karriera tiegħu ma' El Nacional, u fl-2005 ittrasferixxa għal mat-tim Spanjol ta' Villarreal.[1] Madankollu, hu ġie msellef lil Recreativo de Huelva għal parti sostanzjali tal-istaġun 2005–06.

Fit-3 ta' Awwissu 2006, Valencia ingħaqad mal-klabb tal-Premier League Ingliż Wigan Athletic għal sena taħt self. Il-kowċ Paul Jewell ikkumenta fuq Valencia: "Antonio hu xi ħaġa ġdida għal Wigan. Bħal ħafna Sudamerikani, hu jħaddan ħafna kapaċitajiet u din jikkombinaha ma' pass mgħaġġel u ħidma bla qatigħ fuq il-grawnd. Hu lagħab fl-Ewropa għal staġun, u jien konvint li hu għandu l-attributi neċessarji biex jagħmel suċċess fil-Premiership."[2] Id-debutt tiegħu wasal fid-19 ta' Awwissu 2006, fit-telfa ta' 2–1 kontra Newcastle United, u skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-21 ta' Ottubru 2006 kontra Manchester City. Il-perjodu ta' self ġie estiż għas-sena segwenti, u fit-18 ta' Frar 2008 issiġilla permanentament il-passaġġ tiegħu mal-klabb Ingliż, fejn iffirma kuntratt ta' tliet snin u nofs.[3]

Il-forma eċċellenti laqtet l-għajn ta' klabbs importanti matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf 2008, fosthom Manchester United[4] u Liverpool,[5] fejn finalment ittrasferixxa fl-istaġun segwenti ma' Manchester United, għal kuntratt ta' erba' snin.[6]

InternazzjonaliEdit

L-ewwel dehra internazzjonali ta' Valencia mat-tim nazzjonali tal-Ekwador kienet f'partita valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Paragwaj fis-27 ta' Marzu 2005, fejn skorja doppjetta fir-rebħa Ekwadorjana bl-iskor ta' 5–2. Hu lagħab f'isem l-Ekwador fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 li saret fil-Ġermanja, u kien nominat fit-tim ideali tal-FIFA, lista li tirrikonoxxi l-aqwa plejers għal kull pożizzjoni matul it-Tazza tad-Dinja. Hu kien nominat ukoll bħala wieħed mis-sitt kandidati għall-unur ta' L-Aqwa Plejer Żagħżugħ.[7] Lukas Podolski kien ir-rebbieħ eventwali, anke jekk ir-riżultati uffiċjali tas-sondaġġ imwassal mis-sit tat-Tazza tad-Dinja 2006 urew lil Valencia fil-vantaġġ.

UnuriEdit

KlabbEdit

El Nacional

ReferenziEdit

  1. ^ "Villarreal bag duo" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2005-06-07. Miġbur 2009-06-04.
  2. ^ "Wigan snap up Ecuador's Valencia" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-08-03. Miġbur 2007-04-01.
  3. ^ "Wigan finalise swoop for Valencia" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-01-18. Miġbur 2008-01-18.
  4. ^ "Ferguson knows top four targets" (bl-Ingliż). 2008-04-17. Miġbur 2008-04-17.
  5. ^ "Wigan confirm interest in duo" (bl-Ingliż). 2008-05-14. Miġbur 2008-06-09.
  6. ^ "United sign Valencia" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2009-06-30. Miġbur 2009-06-30.
  7. ^ "Six Gillette Best Young Player nominees chosen" (bl-Ingliż). 2006-07-04. Miġbur 2008-03-21.

Ħoloq esterniEdit