Angeliki Panagiotatou
Angeliki Panagiotatou (Αγγελική Παναγιωτάτου; 1875 jew 1878 – 1954)[1] kienet tabiba u mikrobijologa Griega.[2] Kienet l-ewwel tabiba mara fil-Greċja Moderna li ggradwat minn università fil-Greċja (Maria Kalapothakes, li ġiet qabilha, iggradwat barra minn Greċja).[3]
Angeliki Panagiotatou | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Greċja, 1875, 1878 |
Nazzjonalità | Greċja |
Mewt | 1954 |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
National and Kapodistrian University of Athens (en) (1893 - 1897) : mediċina |
Lingwi | Grieg modern |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
tabib mikrobijologu |
Impjegaturi |
National and Kapodistrian University of Athens (en) Cairo University (en) |
Ħajja
immodifikaMwielda il-Greċja, Panagiotatou u oħtha Alexandra kienu l-ewwel żewġ studenti nisa li ġew aċċettati fl-iskola tal-mediċina fl-Università ta' Ateni fl-1893, wara li uriet li ma kienx hemm liġi li ma tħallix lin-nisa jattendu l-università fil-Greċja.[3] Fl-1897, saret l-ewwel mara li ggradwat mill-iskola tal-mediċina ta' Ateni.[3]
Wara li lestiet iktar studju fil-Ġermanja, marret lura l-Università ta' Ateni bħala għalliema; kienet l-ewwel għalliema mara fil-Laboratorju tal-Iġene fl-Iskola tal-Mediċina ta' Ateni.[3]
L-istudenti ipprotestaw [4] u rrifjutaw li jattendu l-klassijiet tagħha minħaba li kienet mara, u kellha tirriżenja. Hi marret l-Eġittu, fejn saret professura fil-mikrobijoloġija fl-Università ta' Kajr tispeċċjalizza fil-mard tropiku kif ukoll direttriċi tal-isptar ġenerali ta' Lixandra. Fl-1938, marret lura Greċja fejn saret professura fl-iskola tal-mediċina tal-Università ta' Ateni.[5] Hi saret l-ewwel Deputat Professura tal-Iġene u Mard Tropiku fil-Greċja, fil-1947 laħqet professura onorarja fl-iskola tal-Mediċina tal-Università ta' Ateni, u fl-1950 saret l-ewwel membru mara tal-Akkademja ta' Ateni.[3]
Referenzi
immodifika- ^ "Panagiotatou, Angeliki (1878–1954)". Women in World History: A Biographical Encyclopedia (bl-Ingliż). Gale Research. 2002. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-02-13.
- ^ Ogilvie, Marilyn Bailey; Dorothy, Joy (2000). The Biographical Dictionary of Women in Science: L-Z (bl-Ingliż). pp. 977–78. ISBN 041592040X.
- ^ a b ċ d e Geropeppa, Maria; Altis, Dimitris; Dedes, Nikos; Karamanou, Mariann (2019). "The First Women Physicians in the History of Modern Greek Medicine: Maria Kalapothaki (1859-1941) and Aggeliki Panagiotatou (1878-1954)". Acta Medico-Historica Adriatica (bl-Ingliż). 17 (1): 55–64. doi:10.31952/amha.17.1.3.
- ^ Uglow, Jennifer S.; Hendry, Maggy (1999). The Northeastern Dictionary of Women's Biography (bl-Ingliż). pp. 415–16. ISBN 155553421X.
- ^ Ogilvie, Marilyn; Harvey, Joy (2003). The Biographical Dictionary of Women in Science: Pioneering Lives From Ancient Times to the Mid-20th Century (bl-Ingliż). p. 1032. ISBN 1135963428.