Amanda Michalka
Amanda Joy Michalka, magħrufha aktar bl-abrevjazzjoni artistika AJ (Kalifornja, 10 ta' April, 1991), hi attriċi u kantawtriċi Amerikana. Qabel ma bdiet l-karriera ta' attriċi hi kienet timmudella, u illum tifforma parti mid-dwett mużikali Aly & AJ, flimkien ma' oħtha Alyson Michalka.
Amanda Michalka | |
---|---|
![]() | |
Informazzjoni ġenerali | |
Isem sħiħ | Amanda Joy Michalka |
Magħruf | AJ |
Twieled | 10 ta' April 1991[1] |
Oriġini | Kalifornja, Stati Uniti |
Ġeneru | Rock akustiku, pop, pop rock, electropop |
Snin ta' attività | 2004-preżent |
Sit uffiċjali | www.alyandaj.com |
KarrieraImmodifika
AJ ħadmet parti f'numru ta' produzzjonijiet mużikali fl-iskola tagħha f'Milwaukee. Hi kienet mudella għall-katalgi. F'Marzu tal-2006, hi ddebuttat fis-serje ta' Disney Channel Cow Belles, fil-parti ta' Courtney Callum, flimkien ma' oħtha Aly. Hi kienet ukoll dehret fuq xi serati bħal Oliver Beene, Six Feet Under, The Guardian, u General Hospital.[2][3][4][5] Hi wkoll dehret flimkien m'oħtha fil-film prodott mill-MTV, Super Sweet 16: The Movie.
Fil-film The Lovely Bones ta' Peter Jackson, li se joħroġ fis-swali taċ-ċinema nhar il-11 ta' Diċembru 2009, hi se jkollha parti fih,[6] waqt li oħtha għandha rwol prinċipali fil-film Bandslam, li se joħroġ fil-31 ta' Lulju, 2009. Barra minn hekk, hi u oħtha jiffurmaw d-dwett Aly & AJ, li qed jipprepara għall-album il-ġdid li se joħroġ fis-sajf tal-2009.[7]
FilmografijaImmodifika
Sena | Titlu | Rwol | Noti |
---|---|---|---|
2002 | Passions | Sheridan's Daughter | Episodju wieħed |
Birds of Prey | Young Dinah | 2 episodji | |
2002–2004 | The Guardian | Shannon Gressle | Staġun 2–3 (15-il episodju) |
2003–2004 | Oliver Beene | Bonnie | Staġun 1–2 (8 episodju) |
2004 | General Hospital | Ashley B. | 3 episodji |
Six Feet Under | Ashley | 2 episodji | |
2006 | Haversham Hall | Sam Tillar | Kien ġie iffilmjat, però ġie kanċellat qabel ma ġie mxandar. |
Cow Belles | Courtney Callum | Magħmul għat-televixin (Disney Channel) | |
2007 | Super Sweet 16: The Movie | Sara Connors | Magħmul għat-televixin (MTV Films) |
2009 | The Lovely Bones | Clarissa | Produzzjoni kurrenti |
ReferenziImmodifika
- ^ Family Tree Legends
- ^ http://www.briomag.com/briomagazine/entertainment/a0007094.html
- ^ (Ingliż) Aly & AJ, 11/05 - Interviews
- ^ (Ingliż) Tweenage Riot
- ^ (Ingliż) Grounded in Faith - Today's Christian
- ^ (Ingliż) Aly & AJ Writing New Songs, Plot Films. 10-01-2008
- ^ (Ingliż) New Album Delayed?. 09-11-2009
Ħoloq esterniImmodifika
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Amanda Michalka |