Alyson Michalka
Alyson Renae Michalka, magħrufha aħjar bħala Aly Michalka (Kalifornja, 25 ta' Marzu, 1989), hi attriċi, kantawtriċi, kitarrista u pjanista Amerikana. Hi hi l-aktar magħrufha għall-irwol ta' Keely Teslow fis-serje televiżiva Phil of the Future (Phil tal-Futur) imxandar fuq Disney Channel, u bħala Taylor Callum f'Cow Belles. Barra mix-xena televiżiva, hi tifforma parti mid-dwett Aly & AJ iffurmat flimkien ma' oħtha Amanda Michalka.
Alyson Michalka | |
---|---|
![]() | |
Informazzjoni ġenerali | |
Isem sħiħ | Alyson Renae Michalka |
Magħruf | Aly |
Twieled | 25 ta' Marzu 1989[1] |
Oriġini | Kalifornja, Stati Uniti |
Ġeneru | Rock akustiku, pop, pop rock, electropop |
Snin ta' attività | 2004 — preżent |
Sit uffiċjali |
www.alyandaj.com![]() Firma ta' Alyson |
BijografijaImmodifika
Alyson twieldet u trabbiet flimkien ma' oħtha Amanda, f'Torrance, Kalifornja. Michalka ilha minn meta kellha ħames snin idoqq il-pjanu u minn tlettax idoqq il-kitarra. Bdiet tirreċta meta kellha ħames snin, fejn ħafna drabi kienet tieħu sehem fi produzzjonijiet tal-knisja. Ġiet imrabba fi sfond Kristjan u għadha prattikanta tiegħu. Tħobb tkanta u pproduċiet ukoll albums ma' oħtha.[2][3][4]
KarrieraImmodifika
Id-debutt ta' Alyson fid-dinja televiżiva wasal bl-irwol ta' Keely Teslow li ngħatat fis-serje Phil of the Future. Barra minn hekk dehret ukoll fil-film ta' Disney Now You See It..., fejn hawnhekk kellha l-irwol ta' Allyson Miller, produttriċi televiżiva ambizzjuża, u f'Cow Belles fejn tidher fil-kumpanija ta' oħtha. Alyson u oħtha iffurmaw id-dwett mużikali "Aly & AJ". L-ewwel album tagħhom, Into the Rush, ħareġ fis-16 ta' Awwissu 2005. Fl-2007 ħareġ l-album il-ġdid Insomniatic, li kien jinkludi l-kanzunetta "Potential Break-Up Song", li għamlet suċċess kbir fis-swieq mużikali u l-klassifiki tal-mużika Amerikani. Barra minn hekk, attwalment qed jaħdmu fuq l-album il-ġdid, li mistenni li joħroġ fis-sajf tal-2009.
FilmografijaImmodifika
Sena | Titlu | Rwol | Noti |
---|---|---|---|
2004–2006 | Phil of the Future | Keely Teslow | Rwol prinċipali |
2005 | Now You See It... | Allyson Miller | Magħmul għat-televixin (Disney Channel) |
2006 | Cow Belles | Taylor Callum | Magħmul għat-televixin (Disney Channel) |
2007 | Super Sweet 16: The Movie | Taylor Plimpton (Taylor Tiara) | magħmul għat-televixin (MTV Films) |
2009 | Bandslam | Charlotte Barnes | tkompla |
NotiImmodifika
- ^ Family Tree Legends
- ^ (Ingliż) Aly & AJ, 11/05 - Interviews. Christian Music Today
- ^ (Ingliż) Tweenage Riot. Blender
- ^ (Ingliż) Grounded in Faith - Today's Christian. Today's Christian
Ħoloq esterniImmodifika
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Alyson Michalka |