Altruwiżmu ineffettiv

L-altruwiżmu ineffettiv huwa l-prassi ta’ donazzjonijiet ineffettivi u jirreferi għal meta l-isforzi biex isir il-ġid billi wieħed jagħti l-flus lilll-karità ma jipproduċux l-impatt pożittiv maħsub.[1] Huwa kunċett li għandu l-oriġini tiegħu fil-psikoloġija soċjali,[2] psikoloġija morali,[3] filosofija[4] u l-għoti ta' karità. Il-bnedmin huma motivati biex jagħmlu affarijiet tajbin fid-dinja, kemm jekk permezz ta' donazzjonijiet għall-karità, ħin ta' volontarjat għal xi kawża, jew sempliċiment biex jagħtu daqqa t'id lil xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna.[5][6] Fl-2022, madwar 4.2 biljun ruħ taw il-flus, il-ħin tagħhom, jew għenu lil xi ħadd li ma jafux.[5] Id-donazzjonijiet li jmorru għall-karità huma sostanzjali. Pereżempju, madwar 2% tal-PDG tal-Istati Uniti jmur għal organizzazzjonijiet tal-karità - total ta 'aktar minn $450 biljun f'donazzjonijiet annwali.[7] Minkejja din it-tendenza umana biex wieħed jagħti jew jgħin billi jeżibwixxi imġieba altruista, ir-riċerka qiegħda turi li l-bniedem għandu wkoll motivazzjoni inugwali biex jagħti b'mod effettiv.[1][8]

Ħarsa ġenerali

immodifika
 
Pietru Singer huwa wieħed mill-filosfi prominenti wara l-qafas normattiv tal-altruwiżmu effettiv .

It-terminu "altruiżmu ineffettiv" jirreferi għal imġieba altruista li twassal għal riżultat sub-ottimali b'ammont partikolari ta' riżorsi.[2][9] Pereżempju, att altruistiku jista’ jkun effettiv jekk ammont ta’ riżorsi jsalva l-akbar numru ta' ħajjiet possibbli.[1][10] Ta' min jgħid li dan it-terminu mhuwiex relatat mal-moviment tal-altruiżmu effettiv, iżda għandu l-oriġini tiegħu fl-altruiżmu effettiv bħala qafas normattiv.

Il-paradoss tal-altruwiżmu ineffettiv

immodifika

Il-bnedmin huma motivati biex jagħtu, iżda mhux motivati biex jagħtu b'mod effettiv.[8] Fil-qasam tan-negozju, l-investituri jfittxu kemm se jiksbu qligħ għal kull dollaru li jinvestu. Madankollu, meta niġu għad-dominju ta’ deċiżjonijiet altruistiċi, din il-linja ta’ ħsieb hija ferm inqas komuni. Fil-fatt, il-biċċa l-kbira tan-nies li jagħtu donazzjonijiet jagħtu prijorità lil dawk l-organizzazzjonijiet li jonfqu l-inqas ammont possibbli fuq spejjeż amministrattivi bit-tama li jaraw id-donazzjoni tagħhom tmur dirett lejn il-kawża propja.[11][10]

Teorija evoluzzjonarja tal-altruwiżmu ineffettiv

immodifika

Filwaqt li diversi studji fix-xjenzi tal-imġieba u l-psikoloġija wrew ir-rwol tal-emozzjoni fl-għoti tal-karità, xi wħud jargumentaw li r-raġunijiet wara l-għoti ineffettiv huma aktar profondi.[12][8] Studju prominenti minn akkademiċi ġewwa l-Università ta' Harvard u l-Istitut tat-Teknoloġija ta' Massachusetts jargumenta li t-tendenza tal-bniedem li jeżebwixxi altruiżmu ineffettiv tista' tiġi spjegata permezz ta' motivi evoluzzjonarji u game theory.[8] L-istess riċerkaturi jargumentaw li s-soċjetà tirrikkonoxxi lil min jagħti iżda ma tipprovdi l-ebda inċentiv biex wieħed jagħti b’mod effettiv. Fil-fatt ħafna mir-riċerka turi li l-motivi altruistiċi huma mfixkla mill-parrokkjaliżmu, status u konformità, fost oħrajn.[13][14][12]

Parrokkjaliżmu

immodifika

In-nies jipprijoritizzaw l-effettività meta huma jew il-qraba tagħhom ikunu f'riskju,[13] iżda mhux daqstant meta jħabbtu wiċċhom ma' xi barrani jew stranġier fil-bżonn.[8][15][16] Studji juru li donaturi huma sensittivi għall-impatt u l-effikaċja meta jagħtu l-flus lilhom infushom jew lil ta' madwarhom, iżda inqas meta jagħtu donazzjoni għall-karità.[8][12] Fil-fatt, filwaqt li wieħed jaf isibha diffiċli jevalwa l-informazzjoni tal-kosteffettività tal-karitajiet,[17][4] studji wrew li n-nies huma inqas insensittivi għall-għan meta l-benefiċjarji huma membri tal-familja.[8]

L-istorja evoluzzjonarja tal-bniedem tiddetta li l-ispeċi umana qattgħet diversi snin tgħix fi gruppi ċkejknin u magħqudin; dawn il-fatturi wasslu sabiex żviluppaw emozzjonijiet u intenzjonijiet prosoċjali lejn membri tal-familja u qraba oħrajn, filwaqt li l-istess emozzjonijiet u intenzjonijiet ma ġewx estiżi bl-istess mod lejn individwi li m'humiex tal-qalba.[18][3] Il-bnedmin għandhom tendenzi parrokkjali, jaħsbu fil-membri tal-qalba, u ma tantx jagħtu każ lill-barranin.[12][8] Din l-inklinazzjoni parrokkjali tista’ tfixkel 'l-intenzjonijiet altruwistiċi effettivi, speċjalment peress li parti sostanzjali tat-tbatija u sofferenza umana sseħħ f’reġjuni u pajjiżi mbiegħda.[4][19] Minkejja l-impatt qawwi li jistgħu jħallu d-donazzjonijiet f’reġjuni differenti madwar id-dinja, individwi f’pajjiżi sinjuri u żviluppati ħafna drabi jqisu l-assistenza lil dawk li huma fiżikament 'il bogħod bħala inqas fil-bżonn tal-għajnuna minn dawk viċini.[19][12][8] Minflok jimmiraw li jimmassimizzaw l-impatt u l-effettività bid-donazzjonijiet tagħhom, diversi individwi jimpenjaw ruħhom billi jagħtu flus lill-organizzazzjonijiet tal-karità lokali u/jew organizzazzjonijiet li magħhom għandhom xi konnessjoni personali, u b'hekk jgħixu bil-kunċett tal-"karità tibda ma' tal-qalba."[2][20][21]

L-istatus

immodifika

Il-bnedmin jimmiraw li jilħqu status għoli fi ħdan is-soċjeta tagħhom għal skopijiet ta' sopravvivenza u ġejjieni tajjeb għal uliedhom.[16] In-nies għandhom it-tendenza li jimmiraw għal pożizzjonijiet ta' status għoli sabiex igawdu mill-benefiċċji li jiġu frott il-qagħda tagħhom, bħal per eżempju, biex jitgħammru mal-persuna li jixtiequ huma.[22] Għalhekk, imġieba li tista' tipproduċi benefiċċji ta' reputazzjoni huma mixtieqa biex itejbu l-pożizzjoni ta' wieħed fis-soċjetà.[23] L-atti altruwistiċi huma ġeneralment meqjusa b'mod pożittiv,[24] jagħtu premjijiet soċjali,[13][8] u jakkumulaw f'forma ta' kapital.[25] Madankollu, altruwiżmu effettiv, jiġifieri, imġieba altruwista li tiffoka fuq il-massimizzazzjoni tal-benesseri ta' ħaddieħor, ma ġġibx wisq benefiċċji soċjali intanġibbli.[8][26] Anke jekk l-atti altruwistiċi huma meqjusa b'mod favorevoli, terzi persuni jagħtu priojorità ikbar għall-minimizzazzjoni tal-ispejjeż għall-persuna altruwistika vis-a-vis il-benefiċċji ta' min qiegħed jirċievi d-donazzjoni.[27] Fil-fatt, ir-raġunament razzjonali fl-għotja tal-karità ma tantx jintlaqa' b'mod tajjeb, huwa meqjus amorali, u jnaqqas l-attirazzjoni tal-persuna li ssegwi tali ħsieb.[28] Xi wħud saħansitra jargumentaw li l-ispejjeż soċjali li persuna razzjonali ġġarrab minħabba l-ħsieb tagħha jispjegaw għaliex nies oħra jistmerru l-karità motivata mill-ħsieb minflok l-emozzjoni.[1]

Il-konformità

immodifika

Ħafna kreaturi ħajjin jeżebwixxu konformità,[29][30] jiġifieri, it-tendenza li jintużaw normi tal-grupp dominanti (jew normi deskrittivi) bħala liġijiet li jiddettaw kif wieħed għandu jġib ruħu. Ir-riċerka fuq il-bnedmin wriet ukoll li n-normi soċjali għandhom is-setgħa li jinfluwenzaw dak li jagħmel ħaddieħor.[31] Fir-riċerka dwar il-ġudizzju u t-teħid tad-deċiżjonijiet, din l-osservazzjoni saret magħrufa bħala l-bandwagon effect. Il-qawwa ta’ dan il-bias ħareġ ukoll fil-qasam tal-karità. Fil-fatt, in-nies intwerew li jagħtu aktar donazzjoni, jew li juru probabbiltà akbar li jagħtu donazzjoni, meta pperċepew li d-donazzjoni għall-karità hija n-norma soċjali jew l- għażla normali.[32] Għalhekk, il-fatt li ħafna nies isiru dejjem aktar favur donazzjonijiet għal karitajiet ineffettivi, jimbuttaw lis-soċjetà sabiex toħloq norma biex in-nies jagħtu b'mod ineffettiv.[12] Minħabba f'hekk, in-nies jistrieħu aktar fuq l-intuwizzjonijiet tagħhom[33] li jwassluhom biex jagħżlu li jagħtu b’mod ineffettiv sempliċement għax jafu li ħafna oħrajn jagħmlu (jew għamlu) l-istess ħaġa.[12]

Ostakli għal għoti effettiv

immodifika

Ostakli motivazzjonali

immodifika

Suġġettività

immodifika

In-nies ħafna drabi jagħżlu li jagħtu l-flus lill-karitajiet li jħossu konnessjoni magħhom.[2] Spiss in-nies jemmnu li l-karità hija deċiżjoni suġġettiva li m'għandhiex tkun motivata min-numri jew razzjonalita, iżda mill-passjoni għall-kawża. Dan jallinja mat-teorija tal-warm glow proposta oriġinarjament mill-ekonomista James Andreoni. Skont Andreoni (1990), l-individwi jiksbu sodisfazzjon mill-att li jagħtu iżda ma jagħtux daqshekk każ tal-benefiċċji li joħolqu mid-donazzjonijiet tagħhom.[2][34]

Ċirku morali limitat

immodifika

L-espansjoni taċ-ċirku morali huwa l-kunċett li wieħed għandu jżid in-numru u t-tip ta' suġġetti li jistħoqqilhom attenzjoni morali matul iż-żmien.[35] L-istabbiliment taċ-ċirku morali jiddependi fuq il-prossimità spazjali, bijoloġika u temporali.[35][1] Pereżempju, ħafna donaturi f'pajjiżi WEIRD għandhom it-tendenza li jiffavorixxu karitajiet li jwettqu xogħol fil-konfini ġeografiċi rispettivi tagħhom. F'termini bijoloġiċi, in-nies jiffavorixxu li jagħtu flus biex jgħinu lill-bnedmin minflok lill-annimali, anke f'każijiet meta l-annimali jista' jkollhom kapaċitajiet ta' ħsieb u ta' tbatija dans il-bnedmin.[36][37] L-idea tal-prossimità temporali tirrelata mat-tendenza tan-nies li jippreferu jgħinu ġenerazzjonijiet preżenti minflok dawk tal-ġejjieni.[1][38]

Negliġenza tal-ambitu (Insensittività)

immodifika

It-traskuraġni tal-ambitu (jew l-insensittività tal-ambitu) huwa l-kunċett li n-nies huma reżistenti għall-ammont ta' vittmi f'sitwazzjonijiet umanitarji gravi.[39][40] Xi riċerka qabblet dan il-preġudizzju mal-kunċett tal-utilità marġinali li tonqos fejn in-nies juru tħassib mhux lineari li jonqos għall-individwi hekk kif in-numru ta' nies jiżdied.[40]

Ostakli epistemiċi

immodifika

Stmerrija kontra l-ispejjeż

immodifika

Id-donaturi joqogħdu lura milli jagħtu karitajiet li jonfqu ħafna mill-flus li jaqilgħu fuq spejjeż amministrattivi[41] jew tal-operat.[11][17][42] Diversi studji wrew l-effett universali tal-overhead aversion (stmerrija kontra l-ispejjeż) li ta' spiss jiġi attribwit għall-konflazzjoni tan-nies bejn l-infiq u l-effettività (jew l-impatt) tal-karità.[41][11][17] Barra minn hekk, xi wħud argumentaw li meta d-donaturi jitgħallmu li karità tuża d-donazzjoni tagħhom biex tiffinanzja l-ispejjeż operattivi, id-donaturi jħossu nuqqas ta’ warm glow,[34] li huwa raġuni sinifikanti għaliex jagħtu l-flus.[41]

Xettiċiżmu tal-kwantifikabbiltà

immodifika
 
Dimostrazzjoni ta' snin ta' ħajja aġġustati għall-kwalità (QALYs) għal żewġ individwi. L-individwu A (li m'għaddiex taħt intervent) għandu inqas QALYs mill-individwu B (li għadda taħt intervent).

Riżultati intanġibbli (bħal interventi tas-saħħa, effettività tal-karità) huma diffiċli biex jiġu kkwantifikati. Fil-fatt ħafna nies jiddubitaw li qatt jistgħu jiġu kkwantifikati jew ikkumparati.[1] Madankollu, f'dixxiplini bħall-ekonomija tas-saħħa, ir-riżultati u l-interventi tas-saħħa huma kkwantifikati u evalwati bl-użu ta' metriċi bħas-snin tal-ħajja aġġustati għall-kwalità (QALYs).[43] B'mod simili, l-ekonomisti tal-ferħ żviluppaw il-kunċett ta' snin ta' hena (WELLBYs) li jevalwa l-effettività f'termini ta' snin ta' ħajja b'hena massima.[44] Fi kliem sempliċi, WELLBY huwa riżultat ta':

Fejn   huwa n-numru ta' ħajjiet li jifdal mil-life expectancy tar-reġjun u   hija l-bidla fil-kuntentizza bil-ħajja mistennija li tirriżulta minn azzjoni jew intervent.[45] Għalhekk, l-analiżi tal-kost-effettività tal-karità jużaw għadd ta' miżuri differenti bbażati fuq riċerka akkademika biex jikkwantifikaw l-impatt tagħhom, li jippermettu paraguni diretti bejn karitajiet li jindirizzaw kawżi diversi.[1]

Injoranza dwar karitajiet effettivi

immodifika

Il-moviment tal-altruwiżmu effettiv jagħmel xogħol sostanzjali biex jidentifika l-aktar karitajiet effettivi fid-dinja permezz ta’ valutaturi bħal GiveWell, Giving What We Can, u Animal Charity Evaluators. Madankollu, ħafna nies ma jafux b'dawn il-valutaturi u l-karitajiet li jevalwaw.[17] Fl-istess ħin, in-nies mmexxija b'mod qawwi minn reazzjonijiet emozzjonali meta jistmaw l-effettività ta' karità[17] u jagħtu prijorità lil dawk il-kawżi li magħhom għandhom konnessjoni personali.[2]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d e f ġ g Caviola, Lucius; Schubert, Stefan; Greene, Joshua D. (July 2021). "The Psychology of (In)Effective Altruism". Trends in Cognitive Sciences. 25 (7): 596–607. doi:10.1016/j.tics.2021.03.015. ISSN 1364-6613. PMID 33962844.
  2. ^ a b ċ d e f Berman, Jonathan Z.; Barasch, Alixandra; Levine, Emma E.; Small, Deborah A. (May 2018). "Impediments to Effective Altruism: The Role of Subjective Preferences in Charitable Giving". Psychological Science. 29 (5): 834–844. doi:10.1177/0956797617747648. ISSN 0956-7976. PMID 29659341. S2CID 4901791 – via Association for Psychological Science.
  3. ^ a b Greene, Joshua (2013). Moral Tribes: Emotion, Reason, and the Gap Between Us and Them (bl-Ingliż). New York, NY: Penguin Press. ISBN 978-0-14-312605-8.
  4. ^ a b ċ Singer, Peter (2009). The Life You Can Save: Acting Now to End World Poverty (bl-Ingliż) (1st ed.). United States: Random House. ISBN 978-1-4000-6710-7.
  5. ^ a b "CAF World Giving Index 2023" (PDF). Charities Aid Foundation (CAF). 2023. Miġbur 14 November 2023.
  6. ^ "World Giving Index 2022: A global view of giving trends" (PDF). Charities Aid Foundation (CAF). 2022. Miġbur 10 November 2023.
  7. ^ Giving USA 2020: The Annual Report on Philanthropy for the Year 2019. Giving USA Foundation. 2020. ISBN 9780998746654.
  8. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ Burum, Bethany; Nowak, Martin A.; Hoffman, Moshe (December 2020). "An evolutionary explanation for ineffective altruism". Nature Human Behaviour. 4 (12): 1245–1257. doi:10.1038/s41562-020-00950-4. ISSN 2397-3374. PMID 33046859. S2CID 222318993.
  9. ^ "What is effective altruism? | Effective Altruism". www.effectivealtruism.org (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-23.
  10. ^ a b Lewis, Joshua; Small, Deborah (2018). Gershoff, Andrew; Kozinets, Robert; White, Tiffany (eds.). "Ineffective Altruism: Giving Less When Donations Do More". NA - Advances in Consumer Research. Duluth, Minnesota: Association for Consumer Research. 46: 194–198.
  11. ^ a b ċ Caviola, Lucius; Faulmüller, Nadira; Everett, Jim A. C.; Savulescu, Julian; Kahane, Guy (July 2014). "The evaluability bias in charitable giving: Saving administration costs or saving lives?". Judgment and Decision Making. 9 (4): 303–315. doi:10.1017/S1930297500006185. S2CID 18730753. ProQuest 1548669952.
  12. ^ a b ċ d e f ġ Jaeger, Bastian; van Vugt, Mark (April 2022). "Psychological barriers to effective altruism: An evolutionary perspective". Current Opinion in Psychology. 44: 130–134. doi:10.1016/j.copsyc.2021.09.008. PMID 34628365. S2CID 238582556 – via Elsevier Science Direct.
  13. ^ a b ċ Nowak, M. A. (2006). "Five rules for the evolution of cooperation". Science. 314 (5805): 1560–1563. Bibcode:2006Sci...314.1560N. doi:10.1126/science.1133755. PMC 3279745. PMID 17158317.
  14. ^ Panchanathan, Karthik; Boyd, Robert (November 2004). "Indirect reciprocity can stabilize cooperation without the second-order free rider problem". Nature. 432 (7016): 499–502. Bibcode:2004Natur.432..499P. doi:10.1038/nature02978. ISSN 1476-4687. PMID 15565153. S2CID 4373929.
  15. ^ Hamilton, W. D. (September 1963). "The Evolution of Altruistic Behavior". The American Naturalist. 97 (896): 354–356. doi:10.1086/497114. ISSN 0003-0147. S2CID 84216415 – via The University of Chicago Press Journals.
  16. ^ a b Darwin, C. (1859). On the Origin of Species by Means of Natural Selection, or, the Preservation of Favoured Races in the Struggle for Life. P. F. Collier & Son.
  17. ^ a b ċ d e Caviola, Lucius; Schubert, Stefan; Nemirow, Jason (March 2020). "The many obstacles to effective giving". Judgment and Decision Making. 15 (2): 159–172. doi:10.1017/S1930297500007312. ISSN 1930-2975 – via CambridgeCore.
  18. ^ Aktipis, Athena; Cronk, Lee; Alcock, Joe; Ayers, Jessica D.; Baciu, Cristina; Balliet, Daniel; Boddy, Amy M.; Curry, Oliver Scott; Krems, Jaimie Arona; Muñoz, Andrés; Sullivan, Daniel; Sznycer, Daniel; Wilkinson, Gerald S.; Winfrey, Pamela (July 2018). "Understanding cooperation through fitness interdependence". Nature Human Behaviour. 2 (7): 429–431. doi:10.1038/s41562-018-0378-4. ISSN 2397-3374. PMID 31097813. S2CID 49667807.
  19. ^ a b Bloom, Paul (January 2017). "Empathy and Its Discontents". Trends in Cognitive Sciences. 21 (1): 24–31. doi:10.1016/j.tics.2016.11.004. ISSN 1364-6613. PMID 27916513. S2CID 3863278 – via Elsevier Science Direct.
  20. ^ Adleberg, Toni; Surani, Faiz; GWWC, Team (May 2021). "Charity begins at home; shouldn't we solve our own problems before helping others?". Giving What We Can. Miġbur 31 October 2023.
  21. ^ Kogut, Tehila; Ritov, Ilana; Rubaltelli, Enrico; Liberman, Nira (September 2018). "How far is the suffering? The role of psychological distance and victims' identifiability in donation decisions". Judgment and Decision Making. 13 (5): 458–466. doi:10.1017/S1930297500008731. ISSN 1930-2975 – via CambridgeCore.
  22. ^ von Rueden, Christopher R.; Jaeggi, Adrian V. (2016-09-27). "Men's status and reproductive success in 33 nonindustrial societies: Effects of subsistence, marriage system, and reproductive strategy". Proceedings of the National Academy of Sciences. 113 (39): 10824–10829. Bibcode:2016PNAS..11310824V. doi:10.1073/pnas.1606800113. ISSN 0027-8424. PMC 5047206. PMID 27601650.
  23. ^ Schaller, Mark; Kenrick, Douglas T.; Neel, Rebecca; Neuberg, Steven L. (June 2017). "Evolution and human motivation: A fundamental motives framework". Social and Personality Psychology Compass. 11 (6). doi:10.1111/spc3.12319. ISSN 1751-9004 – via Wiley.
  24. ^ Durkee, Patrick K.; Lukaszewski, Aaron W.; Buss, David M. (September 2020). "Psychological foundations of human status allocation". Proceedings of the National Academy of Sciences. 117 (35): 21235–21241. Bibcode:2020PNAS..11721235D. doi:10.1073/pnas.2006148117. ISSN 0027-8424. PMC 7474695. PMID 32817486.
  25. ^ Ashraf, Nava; Bandiera, Oriana (May 2017). "Altruistic Capital". American Economic Review. 107 (5): 70–75. doi:10.1257/aer.p20171097. ISSN 0002-8282 – via American Economic Association.
  26. ^ Yudkin, Daniel A.; Prosser, Annayah M. B.; Crockett, Molly J. (October 2019). "Actions speak louder than outcomes in judgments of prosocial behavior". Emotion. 19 (7): 1138–1147. doi:10.1037/emo0000514. ISSN 1931-1516. PMID 30475039. S2CID 53746918.
  27. ^ Kawamura, Yuta; Ohtsubo, Yohsuke; Kusumi, Takashi (May 2021). "Effects of Cost and Benefit of Prosocial Behavior on Reputation". Social Psychological and Personality Science. 12(4): 452–460. doi:10.1177/1948550620929163. hdl:2433/263148. ISSN 1948-5506. S2CID 225662209.
  28. ^ Montealegre, Andres; Bush, Lance; Moss, David; Pizarro, David; Jimenez-Leal, William (2023). "Does Maximizing Good Make People Look Bad?". osf.io. Miġbur 2023-11-22.
  29. ^ Boyd, Robert; Richerson, Peter J.; Henrich, Joseph (2011-06-28). "The cultural niche: Why social learning is essential for human adaptation". Proceedings of the National Academy of Sciences. 108 (Suppl 2): 10918–10925. Bibcode:2011PNAS..10810918B. doi:10.1073/pnas.1100290108. ISSN 0027-8424. PMC 3131818. PMID 21690340.
  30. ^ Muthukrishna, Michael; Morgan, Thomas J. H.; Henrich, Joseph (2016-01-01). "The when and who of social learning and conformist transmission". Evolution and Human Behavior. 37(1): 10–20. doi:10.1016/j.evolhumbehav.2015.05.004. ISSN 1090-5138.
  31. ^ Pike, Thomas W.; Laland, Kevin N. (2010-08-23). "Conformist learning in nine-spined sticklebacks' foraging decisions". Biology Letters. 6 (4): 466–468. doi:10.1098/rsbl.2009.1014. ISSN 1744-9561. PMC 2936200. PMID 20129948.
  32. ^ Everett, Jim A.C.; Caviola, Lucius; Kahane, Guy; Savulescu, Julian; Faber, Nadira S. (March 2015). "Doing good by doing nothing? The role of social norms in explaining default effects in altruistic contexts". European Journal of Social Psychology. 45(2): 230–241. doi:10.1002/ejsp.2080. ISSN 0046-2772.
  33. ^ Croson, Rachel; Handy, Femida; Shang, Jen (June 2009). "Keeping up with the Joneses: The relationship of perceived descriptive social norms, social information, and charitable giving". Nonprofit Management and Leadership. 19 (4): 467–489. doi:10.1002/nml.232. ISSN 1048-6682.
  34. ^ a b Andreoni, James (1990). "Impure altruism and donations to public goods: A theory of warm-glow giving". The Economic Journal. 100 (401): 464–477. doi:10.2307/2234133. JSTOR 2234133. S2CID 6001457.
  35. ^ a b Anthis, Jacy Reese; Paez, Eze (2021-06-01). "Moral circle expansion: A promising strategy to impact the far future". Futures. 130: 102756. doi:10.1016/j.futures.2021.102756. ISSN 0016-3287.
  36. ^ Caviola, Lucius; Everett, Jim A. C.; Faber, Nadira S. (June 2019). "The moral standing of animals: Towards a psychology of speciesism". Journal of Personality and Social Psychology. 116(6): 1011–1029. doi:10.1037/pspp0000182. ISSN 1939-1315. PMID 29517258. S2CID 3818419.
  37. ^ Caviola, Lucius; Kahane, Guy; Everett, Jim A. C.; Teperman, Elliot; Savulescu, Julian; Faber, Nadira S. (May 2021). "Utilitarianism for animals, Kantianism for people? Harming animals and humans for the greater good". Journal of Experimental Psychology: General. 150 (5): 1008–1039. doi:10.1037/xge0000988. ISSN 1939-2222. PMID 33074696.
  38. ^ MacAskill, William (2022). What We Owe the Future (bl-Ingliż) (1st ed.). Basic Books. ISBN 978-1541618626.
  39. ^ Yudkowsky, Eliezer (13 May 2007). "Scope Insensitivity". lesswrong.com. Miġbur 16 October 2023.
  40. ^ a b Dickert, Stephan; Västfjäll, Daniel; Kleber, Janet; Slovic, Paul (September 2015). "Scope insensitivity: The limits of intuitive valuation of human lives in public policy". Journal of Applied Research in Memory and Cognition. 4 (3): 248–255. doi:10.1016/j.jarmac.2014.09.002. ISSN 2211-369X.
  41. ^ a b ċ Gneezy, U.; Keenan, E. A.; Gneezy, A. (2014-10-30). "Avoiding overhead aversion in charity". Science. 346 (6209): 632–635. Bibcode:2014Sci...346..632G. doi:10.1126/science.1253932. ISSN 0036-8075. PMID 25359974. S2CID 206557384.
  42. ^ Spiteri, Glen William (March 2022). "Does the evaluability bias hold when giving to animal charities?". Judgment and Decision Making. 17 (2): 315–330. doi:10.1017/s1930297500009128. ISSN 1930-2975.
  43. ^ Banerjee, Abhijit V.; Duflo, Esther (2011). Poor Economics: A Radical Rethinking of the Way to Fight Global Poverty (bl-Ingliż). United States: PublicAffairs. ISBN 978-1-58648-798-0.
  44. ^ De Neve, Jan-Emmanuel; Clark, Andrew E.; Krekel, Christian; Layard, Richard; O’Donnell, Gus (2020-10-05). "Taking a wellbeing years approach to policy choice". BMJ. 371: m3853. doi:10.1136/bmj.m3853. ISSN 1756-1833. PMID 33020062.
  45. ^ Treasury, HM (2021). "Wellbeing Guidance for Appraisal: Supplementary Green Book Guidance" (PDF). HM Treasury. Miġbur 11 November 2023.