Alof de Wignacourt
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Alof de Wignacourt (1547 – 14 ta’ Settembru 1622) kien nobbli Franċiż li sar l-54 Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm mill-10 ta’Frar 1601 sal-mewt tiegħu fl-1622. Hu ingħaqad mal-Ordni fl-10 ta’ Frar tal-1564, ta’ sbatax-il sena, sena qabel l-Assedju l-Kbir. Ġie elett Gran Mastru fl-1601.
Alof de Wignacourt | |||
---|---|---|---|
1601 - 1622 ← Martin Garzez - Luís Mendes de Vasconcellos → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Renju ta' Franza, 1547 | ||
Nazzjonalità | Franza | ||
Mewt | Malta, 14 Settembru 1622 | ||
Familja | |||
Missier | Jean de Wignacourt, Seigneur de Lits | ||
Omm | Marie de la Porte de Vezins | ||
Familja |
uri | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Franċiż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | patri ġellied |
Wignacourt jibqa’mfakkar l-aktar għall-kostruzzjoni tal-Akwadott msemmi għalih sal-lum, li kien tlesta fil-21 ta’ April, fl-1615. Ħafna mill-fondi biex inbena dan l-akkwadott li mir-Rabat jasal sal-Belt ħariġhom minn butu. Wignacourt jibqa’ wkoll magħruf għal bini ta’ torrijiet kostali. Dawn kienu, it-torri ta’San Tumas f'Wied il-Għajn, it-Torri ta’ San Luċjan, Marsaxlokk, It-Torri ta’Santa Marija, fuq Kemmuna, u t-Torri ta’ San Pawl il-Baħar, li baqa’ msemmi għal ismu.
Matul ir-renju tiegħu, fl-1614 qawwa Ottomana għamlet tentattiv biex tiżbarka f’Malta u tattakka l-niesha. Sitt elef raġel niżlu l-art fil-Bajja ta’ Marsascala, u wettqu attakk fuq ir-raħal taż-Żejtun. Il-kavallerija tal-Ordni u l-Maltin mmexxija mill-Kmandant de Verdelin, irnexxielhom jegħlbu lit-Torok li rtiraw, mingħajr ma nqatel l-ebda suldat Malti.
L-armatura uffiċjali kollha mnaqqxa u ndurata bid-deheb li kien jilbes f'okkażjonijiet speċjali tiegħu għadha teżisti u hija waħda mit-teżori tal-armerija tal- Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta.
Alof de Wignacourt miet b’puplessija waqt li kien jikkaċċja, fl-14 ta’Settembru 1622 fl-età ta’ 75 sena.
In-neputi tiegħu Adrien de Wignacourt laħaq Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann fl-1690.
Ħoloq esterni
immodifikaPredeċessur Martín Garzés |
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann 1601–1622 |
Suċċessur |