Albéric Magnard

kompożitur Franċiż (1865-1914)

Lucien Denis Gabriel Albéric Magnard (pronunzja bil-Franċiż: ​[lysjɛ̃ dəni ɡabʁijɛl albeʁik maɲaʁ]; twieled fid-9 ta' Ġunju 1865 – miet fit-3 ta' Settembru 1914) kien kompożitur Franċiż, xi kultant magħruf bħala "Bruckner Franċiż", għalkemm hemm differenzi sinifikanti bejn iż-żewġ kompożiturit. Magnard sar eroj nazzjonali fl-1914 meta rrifjuta li jċedi l-proprjetà tiegħu lill-invażuri Ġermaniżi u miet biex jiddifendiha.

Albéric Magnard
Ħajja
Isem propju Lucien Denis Gabriel Albéric Magnard
Twelid it-18-il arrondissement ta' Pariġi, 9 Ġunju 1865
Nazzjonalità Franza
Mewt Baron, 3 Settembru 1914
Post tad-dfin Ċimiterju ta' Passy
Grave of Magnard (en) Translate
Familja
Missier Francis Magnard
Ulied
Edukazzjoni
Alma mater Conservatoire de Paris
Lingwi Franċiż
Għalliema Théodore Dubois
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni surmast tal-orkestra
kompożitur
għalliem tal-mużika
kritiku tal-mużika
Moviment mużika klassika
Moviment artistiku opra
sinfonija

Bijografija

immodifika

Magnard twieled f'Pariġi, u kien iben Francis Magnard, awtur u editur famuż ta' Le Figaro. Albéric seta' għażel li jgħix ħajja komda bbażata fuq il-ġid tal-familja, iżda kien jobgħod jiġi msejjaħ "fils du Figaro" u ddeċieda li jibni karriera fil-mużika, ibbażata biss fuq it-talent tiegħu u mingħajr l-ebda għajnuna minn konnessjonijiet tal-familja.[1] Wara s-servizz militari, iggradwa fid-dritt, u beda jattendi l-Konservatorju ta' Pariġi, fejn studja l-kontrapont ma' Théodore Dubois u mar għall-klassijiet ta' Jules Massenet. Hemmhekk iltaqa' ma' Vincent d'Indy, u miegħu studja l-fugue u l-orkestra għal erba' snin. Dan wasslu biex jikkomponi l-ewwel żewġ Sinfoniji taħt d'Indy. Magnard iddedika s-Sinfonija Nru 1 lil d'Indy; u ż-żewġ irġiel dejjem irrispettaw lil xulxin, minkejja d-differenzi politiċi tagħhom (Magnard kien pro-Dreyfus).

Francis Magnard għamel li seta' biex jappoġġa l-karriera ta' Albéric filwaqt li rrispetta x-xewqa ta' ibnu li jirnexxi waħdu. Dan kienu jinkludi r-riklamar f'Le Figaro. Bil-mewt ta' missieru fl-1894, is-sogħba ta' Albéric Magnard ġiet ikkumplikata mill-gratitudni u l-urtar simultanji fil-konfront ta' missieru.

Fl-1896, Magnard iżżewweġ lil Julie Creton, sar għalliem tal-kontropont fl-iSchola Cantorum (li kienet għadha kemm ġiet stabbilita minn d'Indy) u kkompona s-Sinfonija Nru 3 tiegħu bil-B-ċatta minuri.

 
Il-qabar tal-kompożitur fiċ-Ċimiterju ta' Passy, Pariġi, Franza.

Fl-1914, fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, Magnard bagħat lil martu u liż-żewġ bniet tiegħu lejn moħba sikura u hu baqa' għassa tal-proprjetà tiegħu ta' "Manoir de Fontaines" f'Baron, Oise. Meta s-suldati Ġermaniżi daħlu fil-proprjetà tiegħu, Magnard spara lejhom, u qatel suldat. Is-suldati Ġermaniżi sparaw lura u mbagħad taw in-nar lid-dar. Huwa maħsub li Magnard miet fin-nirien, għalkemm il-katavru tiegħu ma setax jiġi identifikat fil-fdalijiet ta' daru.[2] In-nirien qerdu x-xogħlijiet mużikali kollha li Magnard kien għadu ma ppubblikax, inkluż ix-xogħol mużikali għall-orkestra tal-opra bikrija tiegħu Yolande, ta' Guercoeur (ix-xogħol għall-pjanu kien ġie ppubblikat, u x-xogħol għall-orkestra tat-tieni att baqa' jeżisti), u ċiklu iktar reċenti ta' kanzunetti. Guy Ropartz, li kien iddirieġa kunċert tat-tielet att ta' Guercoeur f'Nancy fi Frar 1908, sussegwentement wettaq rikostruzzjoni mill-memorja tal-orkestrar tal-atti li kienu ntilfu fin-nirien, u l-Opéra ta' Pariġi tat premiere dinji tax-xogħol wara mewt il-kompożitur fl-1931.

 
Id-dar ta' Magnard.

L-influwenzi mużikali primarji ta' Magnard kienu l-kompożituri Franċiżi kontemporanji, b'mod partikolar César Franck. Għalkemm alloka l-biċċa l-kbira tal-isforzi ta' kompożizzjoni għall-opri, u llum il-ġurnata x'aktarx li huwa magħruf l-iktar għall-erba' sinfoniji tiegħu, ċerti passaġġi juru influwenza iktar Ġermanika, u jagħtu ħjiel tal-mużika ta' Gustav Mahler. L-użu tiegħu tal-fugue u l-inkorporazzjoni korali, flimkien mal-grandjożità tal-espressjoni fix-xogħlijiet maturi tiegħu tal-orkestra, wasslu biex jissejjaħ "Bruckner Franċiż". Għalkemm Bruckner uża l-forom ċikliċi ferm qabel d'Indy sejjaħ il-kunċett b'isem César Franck, l-użu tal-forma ċiklika ta' Magnard hija iktar simili għal ta' Franck milli ta' Bruckner. Fl-opri tiegħu, Magnard uża t-teknika tal-leitmotiv ta' Richard Wagner.

Ix-xogħol mużikali kollu ta' Magnard jammonta għal total ta' 22 opus. Flimkien mas-sinfoniji u l-opri, hemm għadd ta' xogħlijiet tal-kamra li jinkludu kwartett uniku tal-korda, kwintett għall-pjanu u għall-istrumenti tan-nifs, trio għall-pjanu, sonata għall-vjolin (bil-G, l-opus 13), u sonata għall-vjolinċell (bl-A, l-opus 20). Xi xogħlijiet oħra ġew ippubblikati wara mewtu, inkluż il-Quatre poèmes en musique, erba' kanzunetti għall-baritoni u għall-pjanu.[3]

Għażla ta' xogħlijiet

immodifika
  • Trois Pièces pour piano, Op. 1
  • Suite dans le style ancien, Op. 2, għall-orkestra
  • Six Poèmes, Op. 3, għall-kant u għall-pjanu: 1. "À elle"; 2. "Invocation"; 3. "Le Rhin allemand"; 4. "Nocturne"; 5. "Ad fontem"; 6. "Au poète"
  • Sinfonija Nru 1 biċ-Ċ minuri, Op. 4 (1890)
  • Yolande, Op. 5, opra (1888-1891)
  • Sinfonija Nru 2 bl-E, Op. 6 (1893)
  • Promenades, Op. 7, għall-pjanu (1894)
  • Quintet in D minor, Op. 8, għall-pjanu, għall-flawt, għall-oboe, għall-klarinett u għall-bassoon
  • Chant funèbre, Op. 9 (1895)
  • Overture, Op. 10 (1895)
  • Sinfonija Nru 3 bil-B-ċatta minuri, Op. 11 (1896)
  • Guercoeur, Op. 12, opra (1897-1900)
  • Sonata in G, Op. 13, għall-vjolin u għall-pjanu (1903)
  • Hymne à la justice, Op. 14 (1903)
  • Quatre Poèmes, għall-baritoni u għall-pjanu, Op. 15 (1903)
  • Kwartett tal-Korda bl-E minuri, Op. 16 (1904)
  • Hymne a Venus, Op. 17 (1906)
  • Trio in F minor, Op. 18, għal trio għall-pjanu (1905)
  • Bérénice, Op. 19, opra (1905-1909)
  • Sonata bl-A maġġuri, Op. 20, għall-vjolinċell u għall-pjanu (1912)
  • Sinfonija Nru 4 biċ-Ċ-akuta minuri, Op. 21 (1913)
  • Douze Poèmes, Op. 22
  • En Dieu mon espérance
  • À Henriette

Għażla ta' reġistrazzjonijiet

immodifika

Albéric Magnard, La Musique de chambre, Timpani Records, 4 CDs (Ottubru 2014)

  • CD 1: Sonata għall-Vjolin bil-G maġġuri, Sonata għall-Vjolinċell bl-A maġġuri
  • CD 2: Trio għall-Pjanu bl-F minuri, Kwintett għall-Pjanu bid-D minuri (għall-pjanu u għall-istrumenti tan-nifs)
  • CD 3: Kwartett tal-Korda bl-E minuri
  • CD 4: (bil-mitkellem; diskussjoni bil-Franċiż dwar ix-xogħlijiet mużikali bejn Harry Halbreich u Stéphane Topakian)

L-erba' sinfoniji ġew irreġistrati minn:

  • L-Orchestre du Capitole de Toulouse, iddireġuta minn Michel Plasson (EMI Classics, 1983/1987/1989)
  • The BBC Scottish Symphony Orchestra, iddireġuta minn Jean-Ives Ossonce (Hyperion, 1997)
  • The Malmö Symphony Orchestra, iddireġuta minn Thomas Sanderling (BIS Records, 2000)
  • The Freiburg Philharmonic Orchestra, iddireġuta minn Fabrice Bollon (Naxos Records, 2019/2020)

Reġistrazzjoni kompluta ta' Guercœur ġiet rilaxxata minn EMI Angel/Pathé Marconi fl-1990. Fiha l-parteċipazzjoni ta' Hildegard Behrens, Nadine Denize, José van Dam u Gary Lakes, flimkien mal-Orchestre du Capitole de Toulouse ddireġuta minn Michel Plasson.

Referenzi

immodifika
  1. ^ M.D. Calvocoressi, "Albéric Magnard" The Musical Times, l-1 ta' Ottubru 1921, p. 683.
  2. ^ Malcolm MacDonald, "Magnard, (Lucien Denis Gabriel) Albéric", The New Grove Dictionary of Music and Musicians, it-tieni edizzjoni, editjata minn Stanley Sadie u John Tyrrell (Londra: Macmillan Publishers, 2001).
  3. ^ Andrew Thomson, CD review, The Musical Times, Settembru 1992, p. 458.