Ahron Daum (bil-Lhudi: אהרן דאום‎; twieled nhar is-6 ta’ Jannar tal-1951 - miet f'Anversa fis-27 ta' Ġunju 2018) kien rabbi Modern-Ortodoss imwieled f’Iżrael, hu wkoll edukatur, awtur. Huwa kien ukoll Rabbi ta’ Frankfurt am Main u għamel perjodu minn ħajtu jgħix f’Antwerp fil-Belġju.

Ahron Daum
Ħajja
Twelid Bnei Brak, 6 Jannar 1951
Nazzjonalità Iżrael
Belġju
Mewt Anversa, 27 Ġunju 2018
Edukazzjoni
Alma mater Rabbi Isaac Elchanan Theological Seminary (en) Translate
Yeshivat Hekhal Eliyahu (en) Translate
London School of Jewish Studies (en) Translate
Yeshiva University (en) Translate
Livell tal-edukazzjoni Dottorat fid-Divinità
Lingwi Franċiż
Ebrajk
Ġermaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
skular Ġudajk
rabbi
‘Avi Mori’ – Missieri u l-għalliem tiegħi meta ċċelebrajt il-Bar Mitzva. Ta’ 14-il sena kellu jaħrab mill-okkupazzjoni tan-Nażisti f’pajjiżu. Hu kien l-għalliem ewlieni tiegħi u dak kollu li naf, jien nafu lilu. Hu kellu ħabta ta’ kif kien jgħaqqad u jikkombina l-istudji ġenerali ma’ dawk reliġjużi. Kien tolleranti ħafna u għen ħafna nies mhux Lhud sabiex jikkonvertu skont ix-xewqa tagħhom għall-Ġudajiżmu. Hu jibqa’ fil-memorja tiegħi bħala umanista ġenwin filwaqt li kien kburi li kien Lhudi.

Il-Ħajja Personali u l-Edukazzjoni

immodifika

Ahron Daum twieled nhar is-6 ta’ Jannar tal-1951 fi Bnei Brak,f’Iżrael. Twieled f’familja reliġjuża Ashkenazi. Missieru, Schmuel Daum kien edukatur importanti, kittieb, u figura fil-komunità, ġej minn familja Rabbinika prominenti mill-Polonja u mill-Bohemia. Ommu Rivka Gina Daum ġejja minn familja ta’ negozjanti ta’ prospetti tajbin minn Sopron, l-Ungerija. Għandu tliet ħutu subien iżgħar minnu. It-taħriġ intensiv reliġjuż tiegħu beda fl-età ta’ 13-il sena fil-magħrufa Chassidic tal-Litwanja “Ruzhin” Yeshiva fi Bnei Brak. Fl-età ta’ 14–il sena, telaq lejn il-Gran Brittanja fejn kompla l-istudji tiegħu fil-Yeshiva Ha-Rama u aktar ’il quddiem mar lejn il-magħrufa Zionistic Yeshiva Etz Chaim f’Montreux, l-Iżvizzera . Fl-1975, wara li kiseb il-Grad ta’ Baccalaureate mill-Iżvizzera, hu mar jistudja fil-Kulleġġ tal-Lhud tal-Università ta’ Londra minn fejn kiseb Grad ta’ Bachelor fl-Istudji Lhud (bl-Unuri).[1] Mill-1978 hu attenda s-Seminarju Teoloġiku Rabbi Isaac Elchanan(RIETS '82) tal-Università Yeshiva fi New York minn fejn kiseb il-grad ta’ Master fl-Istudji Bibbliċi (bl-Unuri)[2] u l-ordinazzjoni Rabbinika tiegħu ġiet iffirmata u mogħtija personalment lilu minn Prof. Rabbi Joseph Soloveitchik. Wara li m’aċċettax l-offerta biex ikompli jistudja biex jikseb it-titlu ta’ Dayan, hu ġie lura lejn l-Ewropa fejn iżżewweġ lil Francine Frenkel u magħha għandu tlett ibniet. Hu jitkellem l-Ebrajk, l-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Olandiż u l-Yiddish u għandu għarfien passiv tal-Aramajk u tal-Latin.

Il-Karriera Rabbinika

immodifika

Fl-1982 huwa beda l-karriera rabbinika tiegħu fl-Iżvizzera bħala Rabbi tal-komunità bil-belt żgħira ta’ Biel, belt żgħira bilingwi fil-Franċiż u l-Ġermaniż.[3] Hu ħalla dan ix-xogħol fl-1986 biex sar doctoral fellow fil-Christlich-Jüdische Institut f’Lucerne, dan hu affiljat mal-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Lucerne, fl-Iżvizzera. Fl-1987 hu aċċetta l-post ta’ Rabbi Ewlieni tal-komunità Lhudija ta’ Frankfurt am Main,[4][5] fil-Ġermanja li f’dak iż-żmien din kienet l-akbar u l-aktar komunità Lhudija prestiġjuża fil-Ġermanja tal-Punent.Waqt iż-żmien tiegħu bħala Rabbi Ewlieni ta’ Frankfurt kien hemm mewġa kbira ta’ immigranti Lhud Russi, ġejjin minn eksUnjoni Sovjetika lejn il-Ġermanja u partikularment lejn Frankfurt. L-ewwel għajnuna għal dawn in-nies – li kellhom kundizzjoni ekonomika inċerta – kienet li dawn jiġu integrati fil-komunità Lhudija. Din kienet il-prijorità prinċipali ta’ Rabbi Daum, li jintegra lil dawn in-nies li kienu ilhom maqtugħa mill-għeruq Lhud tagħhom għal aktar minn 90 sena. Ħafna drabi din kienet ħaġa kumplessa ħafna, għax fl-Unjoni Sovjetika ftit li xejn sar sforz biex dawn isaħħu l-identità Lhudija tagħhom, b’hekk kienet diffiċli ħafna li wieħed jara fiċ-ċar l-istatus Lhudi ta’ dawn in-nies. Uħud minn dawn l-immigranti ma taw l-edba kas u wrew apatija kbira lejn il-ħajja Lhudija.

B’hekk, waħda mill-ewwel biċċiet xogħol bħala Rabbi tal-komunità fi Frankfurt am Main kien li jsolvi l-problema kbira li jikkjarifika l-istatus Lhudi ta’ dawn li ġew mill-eks Unjoni Sovjetika. Minbarra dan, Rabbi Daum kien ukoll dak li mexxa l-komunità fejn jidħlu attivitajiet reliġjużi u kulturali, mhux biss, imma speċjalment għall-membri l-ġodda tal-Komunità Lhudija ġejjin mill-EksUnjoni Sovjetika. Hu organizza jiem iddedikati lill-Kultura Lhudija, li fost l-oħrajn kien hemm il-mużika Lhudija Klezmer u kien hemm kelliema li jispeċjalizzaw fil-kuntatt reliġjuż, li addattaw għall-bżonnijiet tal-membri l-ġodda tal-komunità mill-Eks Unjoni Sovjetika. Hu organizza wkoll viżti f’siti ta’ patrimonju u f’postijiet ta’ vulur storiku kbir Lhudi, pereżempju bliet bħal Worms, Mainz, u Michelstadt.

Waqt il-ħames snin bħala Rabbi tal-komunità fi Frankfurt, ir-Rabbi Ahron Daum kien l-uniku Rabbi. Huwa għamel ix-xogħol kollu għall-komunità fi Frankfurt, li f’dak iż-żmien kienet tgħodd bejn 6000 u 7000 ruħ. Huwa għamel ix-xogħol waqt is-servizzi nhar ta’ Sibt (Shabbat) u waqt festi oħra, inkluż prietki fuq kwistjonijiet kontemporanji. Minbarra li għallem lezzjonijiet fuq it-Torah regolarment nhar ta’ Sibt (Shabbat) u fost il-ġimgħa lill-membri tal-komunità, hu kien iżur l-erba’ sinagogi eżistenti regolarment u żar ukoll liż-żewġt idjar tal-anzjani Lhud b’mod regolari għall-okkażjonijiet tal-Festi Importanti, iċ-Chanukkah (il-festa tad-dawl) u fl-Għid tal-Lhud. Hu ta sehmu wkoll f’funerali b’mod regolari u għamel viżti fiż-żmien tal-viżtu, minkejja l-istat tal-membru l-mejjet; jekk hux magħruf jew le, fqir jew sinjur. Hu kien imexxi wkoll il-liġi fuq l-ikel (il-Kashrut) tal-istituzzjonijiet tal-komunità, bħal ristoranti, il-ħwienet tal-laħam, l-ikel kosher tal-Lufthansa u ċelebrazzjonijiet f’okkażjonijiet, bħall-Bar-/Bat Mitzvahs u żwiġijiet f’lukandi kbar. Minbarra dan, kien importanti ħafna għal Rabbi Daum li jibda l-bidla fil-banjijiet li jintużaw mil-Lhud għar-ritwali (il-Mikvah) skont l-istandards għoljin tal-Liġi Lhudija (il-Halacha). Bl-għajnuna ta’ Rabbi Meir Posen, li fl-Ewropa ta’ dak iż-żmien kien l-ogħla awtorità tal-Liġi Lhudija fuq il-bini ta’ dawn l-imsemmija banjijiet li l-Lhud jużaw għar-ritwali, huwa assigura li l-istandards għoljin tal-Liġi Lhudija u li l-liġi fuq l-ikel tal-Lhud (il-Kashrut) u fuq il-banjijiet li l-Lhud jużaw għar-ritwali (il-Mikvah) fi Frankfurt jiġu milħuqa. Hu ma mexxiex biss l-Ikliet tal-Għid tal-komunità ta’ kull sena, b’mijiet ta’ parteċipanti, hu organizza wkoll komunità tas-Sukkah għall-membri tal-komunità u żar ta’ spiss lill-membri tal-komunità u stedinhom fuq il-mejda tiegħu nħar ta’ Sibt (ix-Shabbat), mingħajr ma għamel l-ebda distinzjoni bejn membri mill-qalba jew mill-periferija tal-komunità. Flimkien ma’ missieru, Shmuel Daum, huwa organizza b’mod regolari it-talb Kabbalat Shabbat Minyanim għaż-żgħażagħ fis-Sinagoga ta’ Baumweg u waqt iż-żmien li kien inkarigat kien ukoll l-Av Beth Din ta’ Frankfurt.B’hekk huwa kellu x’jaqsam b’mod attiv ma’ kwistjonijiet ta’ dawk li xtaqu jikkonvertu għar-reliġjon Lhudija (Giyurim), kwistjonijiet li jikkonċernaw il-liġi tal-ikel tal-Lhud (il-Kashrut), mal-Liġi Lhudija (id-Dinei Torah) u ma’ divorzji reliġjużi (Gittin). Rigward dawk li riedu jikkonvertu għar-reliġjon Lhudija (il-Giyurim), Rabbi Daum għandu esperjenza kemm mill-perspettiva ta’ mħallef Rabbinku reliġjuż (Beth Din), kif ukoll bħala għalliem u gwida. Hu għandu aktar minn 15-il sena esperjenza fil-preparazzjoni fil-Liġi Lhudija biex jiġu rikonoxxuti dawk li mhumiex oriġinarjament Lhud li jixtiequ jikkonvertu għar-reliġjon Lhudija.

Fl-1993, għal raġunijiet familjari, huwa rriżenja minn xogħlu ta’ Rabbi Ewlieni u mar jgħix f’Antwerp, il-Belġju, fejn il-biċċa l-kbira tal-familja tiegħu kienet tgħix diġà. Hemmhekk huwa beda jgħallem ir-reliġjon Lhudija fis-sistema tal-iskejjel tal-istat u fl-iskejjel Lhud ta’ matul il-jum. Fl-1995 huwa aċċetta l-pożizzjoni ta’ lekċerer tal-Liġi Lhudija fil-Fakultà tar-Reliġjon Komparattiva f’Wilrijk (Antwerp), fil-Belġju.[6] Bħala rikonoxximent tat-tagħlim tiegħu hemmhekk, u tax-xogħol tiegħu fuq il-Liġi Lhudija, il-Fakultà għamlitu Professur b’ Honoris Causa fil-Liġi Lhudija. Mill-2001, flimkien ma’ martu, hu beda wkoll numru ta’ proġetti biex jilħaq aktar nies għall-indiema (il-Baalei Tshuva), għal persuni li mhumiex Lhud li huma interessati fl-Istudji Lhud u għal dawk li jixtiequ li jikkonvertu għar-Reliġjon Lhudija. Illum, dan jieħu l-maġġoranza tal-ħin u tax-xogħol tiegħu u bħala parti mill-attivitajiet biex jilħaq aktar nies, jorganizza regolarment, f’koperazzjoni maċ-Ċentru Shalom tal-Olanda, jiem ta’ studju fuq suġġetti varji li huma relatati mal-Istudji Lhud.

Xogħol u Pubblikazzjonijiet

immodifika

Il-Prof. Rabbi Ahron Daum huwa awtur prolifiku li kiteb fuq ħafna suġġetti relatati mal-Istudji Lhud. Waqt li kien jgħix fl-Iżvizzera, huwa kien jikkontribwixxi b’mod regolari artikli fuq il-Liġi Lhudija fir-rivista ta’ kull ġimgħa Lhudija Svizzera-Ġermaniża msejħa "Jüdische Rundschau".[7] Waqt iż-żmien tiegħu bħala Rabbi Ewlieni ta’ Frankfurt am Main, huwa regolarment kiteb artikli fid-"Die Jüdische Allgemeine" u fir-rivista ta’ kull xahrejn "Die Gemeinde". Ilu mill- 2010 jikteb artiklu ta’ kull xahar għar-rivista Joods Actueel, l-aktar pubblikazzjoni Lhudija li timxi fil-Belġju. F’dawn l-artikli, huwa jikteb fuq kull aspett tal-Istudji Lhud, pereżempju, is-serje tiegħu li ntgħoġbot ferm fuq l-istorja tar-Reliġjon Lhudija mill-Illumiżmu. Huwa awtur ta’ żewġ kotba. L-ewwel ktieb tiegħu "Halacha aktuell"[8][9][10][11] huwa xogħol ta’ żewġ volumi, miktub bil-Ġermaniż, li jittratta problemi tal-Liġi Lhudija u kwistjonijiet ta’ interess kurrenti kif jidhru fil-letteratura tal-Liġi Lhudija u speċifikament ir-Responsa. Dan ix-xogħol huwa uniku għaliex huwa l-ewwel ktieb li nkiteb bil-Ġermaniż fil-perjodu ta’ wara l-gwerra li jittratta b’mod komprensiv fuq kwistjonijiet tal-Liġi Lhudija fil-letteratura Responsa. B’hekk dan ġie milqugħ b’ħafna entużjażmu fid-dinja tal-Liġi Lhudija u ngħata titli minn ħafna awtoritajiet distinti tal-Liġi Lhudija. Ċerti artikli minn dan il-ktieb ġew miktuba bl-Ebrajk Rabbiniku u ġew ippubblikati separatament taħt it-titlu "Iyunim b’Halacha". It-tieni ktieb tiegħu huwa "Die Jüdische Feiertage in Sicht der Tradition" (Il-Festi Lhud fit-Tradizzjoni). Din hi antoloġija ta’ żewġ volumi li tgħaqqad artikli fuq il-Liġi Lhudija, prietki, rimarki liturġiċi, ħsibijiet ta’ omeliji u stejjer folkloristiċi u umoristiċi li huma relatati ma’ festi Lhud u mal-jum tas-Sibt (Shabbat). Bħalissa huwa qiegħed jaħdem fuq numru ta’ kotba bl-Olandiż fuq diversi suġġetti bħall-Kabbalah, l-Istorja Lhudija, id-Dinja Kontemporanja Lhudija u l-affiljazzjonijiet differenti tagħha u kwistjonijiet oħra.

Xogħlijiet Ippubblikati

immodifika

Kotba

  • Halacha aktuell, Jüdische Religionsgestze und Bräuche im modernen Alltag (Haag und Herchen Verlag, Frankfurt am Main, 1992, 2 Vol., p. 387 – p. 773)
  • Iyunim b’Halacha (Haag und Herchen Verlag, Frankfurt am Main, 1992, p. 93)
  • Die Feiertage Israels, Die jüdischen Feiertage in er Sicht der Tradition (Herchen Verlag, Frankfurt am Main, vol. I, 1993, p. 556, vol. II, 1994, p. 557)
  • "Das aschkenasische Rabbinat: Studien über Glaube und Schicksal" (Julius Carlebach) / Die Rolle des Rabbiners in Deutschland heute (Ahron Daum)

Referenzi

immodifika
  1. ^ Levine, Frank (1977) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum
  2. ^ Charlop, Rabbi Zevulun (1982) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum
  3. ^ Gefter, J. (1985) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum
  4. ^ Sjazak, S. (1993) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum
  5. ^ Schmidt, Martin (1992) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum
  6. ^ Vonck Ph.D., Prof. J.G. (1996) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum
  7. ^ Bollag, Peter (1991) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum
  8. ^ Jakobovits, Chief Rabbi (1991) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum
  9. ^ Diamant, Adolf (1992) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum
  10. ^ Ahren, Yizhak (1993) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum
  11. ^ Avraham Cahana Shapiro, Chief Rabbi of Israel (1991) Is-sit elettroniku uffiċjali ta’ Rabbi Daum

Ħoloq Esterni

immodifika