Ħolma ta’ Lejla Sajfija
Ħolma ta’ Lejla Sajfija, (bl-Ingliż: A Midsummer Night's Dream) hija dramm, kummiedja, ta' William Shakespeare, maħsub li nkiteb f'xi żmien bejn l-1590 u l-1596. Wieħed mid-drammi l-iktar popolari ta' Shakespeare u jiġi esegwit ħafna fit-teatri madwar id-dinja kollha.
Sinopsi
immodifikaTeżew, id-Duka ta' Ateni, qed iħejji għaż-żwieġ ma' Ippolita, reġina tal-Amażonji, b'festa ta' erbat ijiem ta' ċelebrazzjonijiet. Iqabbad lil Filostrate, isib divertimenti addattati għall-okkażjoni. Eġew, nobbli minn Ateni, jidħol fil-palazz ta' Teżew, b'bintu Ermia, u żewġ żgħażagħ, Dimetriju u Lisander. Eġew ikun irid lil Ermia tiżżewweġ lil Dimetriju (li jkun iħobbha), iżda Ermia tħobb lil Lisander u ma tobdix lil missierha. Eġew ikun irid li l-liġi tiġi applikata fuq bintu. Teżew jagħti żmien lil Ermia saż-żwieġ tiegħu, u jheddidha li jekk tibqa' tal-istess fehma jixħtuha f'kunvent jew tinqatel.
Ermia u Lisander ifittxu li jaħarbu minn Ateni l-lejl ta' wara u jiżżewġu fid-dar taz-zija ta' Lisander. B'dan jgħidu lil Elena, ħabiba ta' Ermia. Elena darba kienet mgħarrsa ma' Demetriju u għalkemm kien telaqha meta tilef għaqlu fuq Ermia, Elena baqgħet tħobbu. Biex terġa' tipprova tikseb imħabbtu Elena tgħid lil Dimetriju bil-pjan tal-ħarba. Demetriju jmur ifittxhom fil-bosk. Elena tmur warajh.
Fil-bosk hemm żewġ gruppi differenti ta' karattri. L-ewwel grupp huwa dak tal- fairies, fosthom Oberon, ir-re, u Titania, ir-reġina tiegħu, li għadha kif ġiet lura mill-Indja biex tbierek iż-żwieġ bejn Teżew u Ippolita. It-tieni grupp huwa dak grupp ta' atturi minn Ateni li qegħdin jippruvaw reċta li jittamaw li se jtellgħu quddiem id-duka fit-tieġ tiegħu. Oberon u Titania mhux qed jaqblu fuq tifel prinċep Indjan li ommu tatu lil Titania; tifel tant sabiħ li Oberon xtaq jagħmlu kavallier imma Titania ma tridx.
Oberon jibgħat lill-qaddej tiegħu Puck, iġib fjura msaħħra li l-meraq tagħha meta wieħed jitfgħu fuq il-kpiepel tal-għajnejn ta' persuna rieqda jagħmel lil dik il-persuna tħobb lill-ewwel ħaġa li tara kif tqum. Puck isib il-fjura u Oberon jgħidlu bil-pjan tiegħu li jitfa' l-meraq tagħha fuq għajnejn Titania. Meta ra lil Demetriju jitratta ħażin lil Elena, jordna lil Puck jitfa' ftit mill-meraq fuq għajnejn Demetriju. Puck jiltaqa' ma' Lisander u Ermia; jaħseb li Lisander huwa Demetriju, u jagħmillu l-filtru tal-imħabba. Malli jqum Lisander l-ewwel ma jara lil Elena, isir iħobbha u jabbanduna lil Ermja. Puck jipprova jsewwi l-iżball tiegħu, imma Lisander u Demetriju jispiċċaw iħobbu t-tnejn li huma lil Elena, li taħseb li qegħdin iwaqqgħuha għaċ-ċajt. Ermia tant tgħir li tisfida lil Elena għall-ġlied. Demetriju u Lisander kważi jiġu fl-idejn minħabba Elena, imma Puck iħawwadhom billi jimita leħinhom, billi jbegħedhom minn xulxin sakemm jintilfu fil-bosk.
Meta Titania tqum, l-ewwel ma tara lil Bottom, l-iktar attur tad-daħk li Puck kien bidillu rasu f'dik ta' ħmar. Titania tibda tfaħħar lil dal-bniedem. Oberon jirnexxilu jieħu l-prinċep Indjan, Puck jitfa' l-filtru tal-imħabba fuq għajnejn Lisander u sa filgħodu kollox ikun sew. Teżew u Ippolita jsibu lill-maħbubin reqdin fil-foresta u joħduhom Ateni biex iżewġuhom — Demetriju issa jħobb lil Elena, u Lisander lil Ermia.
Wara t-tieġ, il-maħbubin isegwu lil Bottom u lil sħabu jagħmlu r-reċta, verżjoni tad-daħk tal-istorja ta' Piramus u Tisbe. Meta tispiċċa r-reċta, il-maħbubin imorru fis-sodda; il-fairies joħorġu jbierku lill-koppji reqdin u jgħibu. Jibqa' biss Puck li jitlob lill-udjenza taħfirlu u jgħidilha tiftakar id-dramm bħallikieku kien ħolma.
Temi Ewlenin
immodifikaId-Diffikultà tal-Imħabba
immodifika“It-triq ta' mħabba vera qatt ma mxiet ħarir,” jgħid Lisander. Għalkemm id-dramm fih ħafna elementi romantiċi, mhuwiex storja ta' mħabba; jifred lill-udjenza mill-emozzjonijiet tal-karattri biex iwaqqa' għaċ-ċajt it-turmenti li jsofru dawk li jkunu saru jħobbu lil xulxin. It-ton tad-dramm tant hu allegru li l-udjenza qatt ma tiddubita li l-istorja se tispiċċa tajjeb, u tħossha libera li tgawdi l-kummiedja mingħajr ma tinqabad fit-tensjoni ta' tmiem inċert. Fid-dramm hemm ukoll sitwazzjonijiet romantiċi li fihom ċerta disparità jew diżugwaljanza tfixkel l-armonija ta' relazzjoni. Ermia tħobb lil Lisander, Lysander iħobb lil Ermia, Elena tħobb lil Demetriju, u Demetriju iħobb lil Ermia minflok lil Elena — sempliċi żbilanċ numeriku fejn żewġ irġeil iħobbu l-istess mara, u hekk mara għandha ħafna min jixtieqha u mara oħra m'għandha 'l ħadd. Il-plott ifittex bilanċ intern, meta l-kobbla tinħall u kull par għall-paru tinstab l-armonija. Il-passjoni ta' Titania għal Bottom b'ras ta' ħmar tirrapreżenta żbilanċ fl-apparenza u fin-natura: Titania sabiħa u grazzjuża, u Bottom goff u grottesk.
Maġija
immodifikaIl-maġija tal-fairies toħloq ħafna mis-sitwazzjonijiet tad-daħk u strambi tad-dramm. Shakespeare juża l-maġija biex ifisser il-qawwa kważi sopranaturali tal-imħabba (simbolizzata bil-filtru tal-imħabba) u biex joħloq dinja surreali. Għalkemm l-użu ħażin tal-maġija jġib il-kaos, imma fl-aħħar tkun il-maġija li ssolvi s-sitwazzjoni. Il-faċiltà li biha Puck juħa l-maġija tikkuntrasta mal-battikkati li jieħdu l-atturi tal-bosk biex itellgħu d-dramm tagħhom.
Ħolm
immodifikaIl-ħolm huwa marbut mal-ġrajjiet strambi li jsiru fil-bosk. L-ewwel kliem ta' Ippolita juri kemm il-ħolm huwa importanti (“Four days will quickly steep themselves in night, / Four nights will quickly dream away the time”), u ħafma karattri jsemmu l-ħolm (I.i.7–8). Meta l-karattri jippruvaw jispjegaw ġrajjiet strambi li ġrawlhom jinqdew bil-ħolm: “I have had a dream, past the wit of man to say what / dream it was. Man is but an ass if he go about t’expound this dream,” jgħid Bottom meta jiġi biex jispjega x'ġara. Shakespeare jinteressah kif ċerti ġrajjiet jiġru bla spjegazzjoni, kif bil-ħolm il-ħin jitlef il-kors normali tiegħu, u jiġri l-impossibbli; dan jipprova joħolqu fid-dramm bl-intervent tal-fairies fil-bosk maġiku. Fl-aħħar tad-dramm, Puck jestendi l-idea tal-ħolma lill-udjenza nnifsiha, u jgħidilha li jekk ħassitha offiża, tiftakar li dik ma kienet xejn għajr ħolma. Dan is-sens ta' illużjoni huwa kruċjali għall-atmosfera tad-dramm għax jgħinu jkunu esperjenza fantastika iktar milli drama peżanti.
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ħolma ta’ Lejla Sajfija |