Ġuditta u r-Ras ta' Oloferne

Ġuditta u r-Ras ta' Oloferne (magħrufa wkoll bħala Ġuditta I, [1] ġiet impittra biż-żebgħa taż-żejt minn Gustav Klimt fl-1901. Din turi l-figura biblika ta' Ġuditta żżomm ir-ras ta ' Oloferne wara li qatgħetlu rasu. Il-qtugħ tar-ras u l-konsegwenzi dehru bl-istess mod fl-arti mir-Rinaxximent, u fl-1909 Klimt innifsu kien pitter it-tieni xogħol dwar l-istess suġġett.

Ġuditta u r-Ras ta' Oloferne
Ħajja
Okkupazzjoni
Tul 84 cm
Moviment artistiku arti reliġjuża

Kuntest u influwenzi

immodifika

L-interpretazzjoni ewlenija u r-rappreżentazzjoni preferuta kienet diġà ġiet identifikata matul l-istorja tal-arti meta Klimt indirizza t-tema biblika ta’ Ġuditta. Jeżistu ħafna pitturi li jiddeskrivu l-episodju b’mod erojku, li b’mod speċjali jesprimu l-kuraġġ u n-natura safja ta’ Ġuditta. Ġuditta tidher bħala l-istrument ta’ Alla, iżda l-vjolenza fl-aġir tagħha ma tistax tiġi miċħuda u tidher b’mod drammatiku fil-verżjoni ta’ Caravaggio,[2], u anke f’dawk ta’ Gentileschi u Bigot[3]. Rappreżentazzjonijiet oħra wrew il-mument sussegwenti, meta Ġuditta kienet konfuża qed iżżomm ir-ras feruta ta’ Oloferne, bħalma jantiċipaw Moreau u Allori fil-pitturi mitoloġiċi suġġestivi tagħhom[4].

Klimt deliberatament jinjora kull tip ta' referenza narrattiva u l-verżjoni tal-pittura tiegħu tiffoka biss fuq Ġuditta, tant li jaqta’ ras Oloforne fil-marġini tal-lemin. Ma hemm l-ebda traċċi ta’ arma mdemmija daqslikieku l-eroina użat arma differenti: ommissjoni li tilleġittima l-assoċjazzjoni ma’ Salome. [5] Il-mument li jippreċedi l-qtil – is-seduzzjoni tal-ġeneral ta’ Nebuchadnezzar – tidher li tingħaqad mal-parti konklużiva tal-istorja.[6]

Ġuditta 1 għandha mill-elementi tal-kompożizzjoni u s-simboliżmu ta’ The Sin ta’ Franz Stuck: [7] it -tentazzjoni illustrata mill-pittur Ġermaniż serviet ta’ mudell għall-femme fatale ta’ Klimt billi tat idea tal-pożizzjoni tal-ġisem mneżża’ u sfukat, u anke tal-wiċċ li t-tila tiffoka fuqhom. Il-forza ta’ Ġuditta toriġina mill-pożizzjoni komposta u viċina, imwassla mill-ipproġettar tal-linji ortogonali: it-tul tal-ġisem (u dak ta’ Oloforne) jikkorrispondu mal-paralleli orizzontali tal-marġini ta’ taħt: dawk tal-idejn, l-ispallejn magħquda bil-kullar, u finalment il-bażi tax-xagħar.[8]Ġuditta kienet l-eroina biblika li sseduċiet u mbagħad qatgħet ras il-Ġeneral Oloferne sabiex issalva l-belt tagħha, ta' Bethulia mill-ħerba tal-armata Assirjana.

Analiżi

immodifika

Wiċċ Ġuditta jittrażmetti taħlita ta’ senswalità u perverżjoni. Il-karatteristiċi tagħha huma trasfigurati b’tali mod biex jinkiseb l-ogħla grad ta’ intensità u seduzzjoni, li Klimt jikseb billi jqiegħed il-mara f’dimensjoni inaċċessabbli. Minkejja t-tibdil ta’ elementi, wieħed jista’ jagħraf il-ħabiba ta’ Klimt (u, possibbilment, maħbuba), persuna Vjenniża prominenti, Adele Block-Bauer, bħala s-suġġett ta’ żewġ ritratti oħra mpittra fl-1907 u fl-1912 rispettivament, u miżbugħa wkoll fil-Pallas Athena. [9] Ir-ras li hi kemxejn merfgħuha tixhed sens ta’ kburija, filwaqt li wiċċha hu mitluq u senswali, b’xofftejn imbiegħda bejn l-isfida u s-seduzzjoni. Franz A.J. Szabo jiddeskriviha l-aħjar bħala “[simbolu ta’] rebħa tal-prinċipju erotiku femminili fuq dak maskili aggressiv”. Il-ħarsa nofsha magħluqa tagħha, li tidher ukoll bħala espressjoni ta’ sodisfazzjon, tikkonfronta direttament il-persuna li tkun quddiemha. Fl-1903, l-awtur u l-kritiku Felix Salten jiddeskrivi l-espressjoni ta’ Ġuditta bħala waħda “b’nar ta’ passjoni fil-ħars oskur tagħha, krudeltà fil-linji madwar ħalqha, u mnifsejha mriegħda bil-passjoni. Forzi misterjużi jidhru reqdin fil-mara seduċenti”. Għad li Ġuditta kienet tipikament meqjusa bħala armla devota li sempliċiment kienet qed taqdi obbligu spiritwali, f’Ġuditta I hi mudell tal-femme fetale li Klimt wera f’xogħlu għal diversi drabi. Din il-verżjoni ġdida ta’ Ġuditta tagħti ħjiel ta’ konnotazzjoni sesswali li jidhru assenti mill-istorja biblika. Il-kuntrast bejn ix-xagħar iswed u d-dawl dehbi fl-isfond jimmiljora l-eleganza u l-eżaltazzjoni. L-istil tax-xagħar tal-moda jiġi enfasizzat bl-istil tar-rapprentazzjoni tas-siġar miftuħin fil-ġnub.[10] L-ilbies imżelleġ u aħdar skur, nofsu trasparenti li kważi jesponi t-torso kollu, jindika li Ġuditta mmanipulat lil Ġeneral Oloferne qabel ma qatgħetlu rasu.


Fil-verżjoni tal-1901, Ġuditta żżomm il-ġmiel seduċenti u s-senswalità, iżda kienu assenti f’Ġuditta II, fejn hi għandha aktar karatteristiċi aggressivi u espressjoni mimlija rabja. Fil-kwalitajiet formali tagħha, l-ewwel verżjoni tippreżenta eroina bil-karatteristiċi arketipali ta’ nisa sbieħ u li jsaħħru, deskritti mill-artisti u kittieba tas-simboliżmu bħal Wilde, Vasnetsov, Moreau, u oħrajn.[11] Hi tgawdi l-poter u s-sesswalità tagħha – tant li kritiċi interpretaw b’mod żbaljat lil Ġuditta għal Salome, l-isem tal-karattru tat-traġedja ta’ Oscar Wilde tal-1981. Georg, ħu Klimt, naqqax l-isem "Ġuditta u Oloferne" fuq il-qafas tal-metall biex kemm jista' jkun jenfasizza li l-mara kienet attwalment Ġuditta u mhux Salome.

Referenzi

immodifika
  1. ^ As Klimt painted another one, Judith II. (See image at right)
  2. ^ Cf. Caravaggio's painting in Wiki Commons.
  3. ^ See Gallery of Judith Beheading Holofernes renditions.
  4. ^ E. Di Stefano, Gustav Klimt, Art Dossier No. 29 (1988), passim. See images by Allori and Moreau in Wiki Commons.
  5. ^ The associations with Salome are many and varied, covering an extensive period in pictorial representation. Even Klimt's Judith II is at times quoted as Salome. See Commons: "Salome".
  6. ^ Cf. Federico Zeri, Giuditta I (1998), p. 4.
  7. ^ Franz Stuck too, painted a Judith, but before the killing: see Commons image.
  8. ^ Cf. F. Zeri, Giuditta I, cit., p. 8.
  9. ^ Cf. Frank Whitford, Klimt (1990), s.v. "Adele Bloch-Bauer".
  10. ^ Cf. F. Zeri, Giuditta I, cit., pp. 4–9.
  11. ^ Cf. F. Zeri, Giuditta I, cit., p. 8.