"’O sole mio" hi kanzunetta Naplitana magħrufa mad-dinja kollha miktuba fl-1898. Giovanni Capurro kiteb il-versi u Eduardo di Capua ikkompona l-melodija. Hemm verżjonijiet oħra ta' "’O sole mio" imma s-soltu titkanta bid-djalett Naplitan. Bit-Taljan standard ’O sole mio tfisser Il sole mio u bil-Malti tfisser "Ix-xemx tiegħi".

Qoxra tal-partitura oriġinali tal-kanzunetta 'O sole mio

Giovanni Capurro, ġurnalista u editur tal-paġni kulturali tal-gazzetta ta' kuljum "Roma" ta' Napli, fl-1898 kiteb il-versi tal-kanzunetta u ħalla l-kompożizzjoni mużikali f'idejn Eduardo Di Capua. Dak iż-żmien Di Capua kien Odessa, fl-Ukrajna, ma' missieru, vjolinista f'orkestra.

Il-mużika tidher li kienet imnebbħa minn sebħ sabiħ fuq il-Baħar l-Iswed. Il-kanzunetta mbagħad tkantat Napli f'konkors mużikali mingħajr ma kisbet suċċess kbir u spiċċat it-tieni. Imma wara bdiet tinfirex iżjed u iżjed - anki barra l-Italja - biex saret parti mill-patrimonju dinji tal-mużika.

'O sole mio hi waħda mill-kanzunetti l-iżjed famużi taż-żminijiet kollha, imma ma tantx qalgħu minnha ż-żewġ awuturi tagħha, Capurro u Di Capua, li mietu fil-faqar fis-snin 1910. Id-dar ta' edizzjoni mużikali Bideri baqgħet tieħu r-royalties tal-biċċa mużika, li - minkejja li għadda iżjed minn seklu mir-reġistrazzjoni tagħha - għadha ma daħlitx fid-dominju pubbliku. Infatti, f'Ottobru tal-2002, tribunal f'Torin għaraf lil Alfredo Mazzucchi li miet fl-1972, bħala ko-awtur tal-melodija bil-konsegwenza li l-kanzunetta ħa tibqa' bil-copyright sal-2042.[1]

Versi bin-Naplitan[2][3][4]
Che bella cosa è na jurnata ’e sole,
n’aria serena doppo na tempesta!
Pe’ ll’aria fresca para già na festa...
Che bella cosa na jurnata ’e sole.
Ma n’atu sole cchiù bello, oi ne’,
’o sole mio sta nfronte a te!
’o sole, ’o sole mio, sta nfronte a te,
sta nfronte a te!
Quanno fa notte e ’o sole se ne scenne,
me vane quasi ’na malincunia;
sotta ’a fenesta toia restarria
quanno fa notte e ’o sole se ne scenne.
Ma n’atu sole cchiù bello, oi ne’,
’o sole mio sta nfronte a te!
’o sole, ’o sole mio, sta nfronte a te,
sta nfronte a te!
Traduzzjoni Maltija
X'ħaġa sabiħa ġurnata xemxija!
Arja serena wara tempesta,
Bl-arja tant friska diġà qisha l-festa.
X'ħaġa sabiħa ġurnata xemxija!
Imma xemx oħra, iżjed sabiħa m'hemmx!
Ix-xemx tiegħi qiegħda fuq wiċċek!
Ix-xemx, ix-xemx tiegħi qiegħda fuq wiċċek!
Qiegħda fuq wiċċek!
Meta jiġi l-lejl u tinżel ix-xemx,
Taqbadni kważi l-melankonija;
Taħt it-tieqa tiegħek nibqa'
Meta jiġi l-lejl u tinżel ix-xemx.
Imma xemx oħra, iżjed sabiħa m'hemmx!
Ix-xemx tiegħi qiegħda fuq wiċċek!
Ix-xemx, ix-xemx tiegħi qiegħda fuq wiċċek!
Qiegħda fuq wiċċek!

Interpretazzjonijiet

immodifika
 
Eduardo Di Capua
 
Giovanni Capurro

L-iżjed interpretazzjoni famuża ta' din il-kanzunetta x'aktarx hi dik ta' Enrico Caruso, imma għadd kbir ta' artisti oħra interpretaw l-għanja, li tagħha hemm ħafna verżjonijiet. Fost l-iżjed famużi hemm dik ta' Elvis Presley, bit-titlu It's Now or Never, derivata minn waħda tal-attur u kantant Tony Martin. Id-diska ta' Presley li ħarġet f'Settembru tal-1960, bigħet għexur ta' miljuni ta' kopji u kienet l-iżjed waħda li nbigħet fil-karriera tiegħu[5]. Fl-2002 il-kantant Al Bano inklud verżjoni mhux tas-soltu ta' 'O sole miofis-CD tiegħu Carrisi canta Caruso li fiha kanta "dwett virtwali" mat-tenur Enrico Caruso. Eccellenti anche le Il-verżjonijiet ta' Giuni Russo (2004), Dalida (1960) u ta' Claudio Villa (1964) huma wkoll eċċellenti. Fl-1957 Bill Haley and His Comets kienu diġà qatgħu diska bit-titlu Come rock with me. Fl-2006 Pino Daniele reġa' interpreta l-verżjoni ta' Elvis.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Il grande affare di «'O sole mio»
  2. ^ Around Naples Encyclopedia
  3. ^ 'O sole mio
  4. ^ IMSLP
  5. ^ Elvis Presley. La storia, il mito. Catalogo completo delle canzoni. Tutti i dischi di Livio Monari, edizioni Arcana, 1992, pag. 20

Ħoloq esterni

immodifika