Wolverhampton Wanderers FC

(Rindirizzat minn Wolves F.C.)

Wolverhampton Wanderers Football Club hu klabb tal-futbol Ingliż ibbażat fil-belt ta' Wolverhampton. Riferut ħafna drabi bil-verżjoni mqassra ta' ismu, Wolves, il-klabb hu magħruf għall-kuluri distinti u għall-istorja twila. Il-klabb ġie fundat fl-1877 u mill-1889 jilgħab ġewwa Molineux Stadium.

Wolverhampton Wanderers FC
Fundazzjoni 1877
Grawnd Molineux Stadium (en) Translate
Proprjetarju Fosun International Limited (en) Translate
Kowċ Gary O'Neil (mul) Translate
Kampjonat Premier League
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Storikament, Wolves kisbu suċċess kbir fil-kors tas-snin, fejn barra li kienu fundaturi tal-Football League, rebħu darba l-FA Cup qabel il-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Wolves stabilixxew lilhom infushom fost l-aqwa skwadri taħt it-tmexxija ta' Stan Cullis wara it-Tieni Gwerra Dinjija, fejn rebħu l-kampjonat għal tliet darbiet u l-FA Cup darbtejn bejn l-1949 u l-1960. Kien f'dan iż-żmien li l-kompetizzjoni tat-Tazza taċ-Ċampjins ingħatat il-bidu f'nofs is-snin ħamsin wara li gazzetti Ingliżi ddikjaraw lil Wolves bħala ċ-"Ċampjins tad-Dinja" wara rebħiet kontra l-aqwa timijiet Ewropej. Wolves ma rnexxielhomx jersqu aktar viċin lejn dak li nkiseb fl-era ta' Stan Cullis, anke jekk lagħbu l-ewwel finali tat-Tazza UEFA fl-1972 kontra Tottenham Hotspur, u rebħu l-League Cup fl-1974 taħt Bill McGarry u fl-1980 taħt John Barnwell. Mill-1984 'il quddiem, huma qattgħu biss staġun wieħed fl-aqwa diviżjoni. Minkejja dan in-nuqqas ta' suċċess, Wolves skont l-istatistika jibqgħu fost l-aqwa sitt timijiet fl-istorja tal-futbol Ingliż.

Ir-rivali prinċipali ta' Wolves huma West Bromwich Albion, Aston Villa u Birmingham City, b'rivalrji iżgħar ikunu ma' Stoke City u Walsall.

Kuluri u l-emblema

immodifika
 
 
 
 
 
 
 
Kuluri attwali
 
 
 
 
 
 
 
Kuluri oriġinali

Wolverhampton Wanderers jilgħabu b'waħda fost l-aktar uniformi famużi u rikonoxibbli fil-futbol Brittaniku. Il-kuluri tradizzjonali tal-klabb huma riferiment għall-mottu tal-belt, "qalb id-dlam joħroġ id-dawl", bil-kulur dehbi jirrapreżenta d-dawl u l-kulur sewdieni jirrapreżenta d-dlam. Fl-ewwel snin tal-klabb it-tim lagħab b'diversi verżjonijiet ta' dawn il-kuluri li jinkludu strixxi dehbin u suwed antiki, u nofsijiet dijagnoli suwed u kulur id-deheb. Il-kuluri tradizzjonali tal-Wolves għal logħob barra minn darhom hu l-abjad.

L-ewwel emblema li ntlibset fuq il-flokkijiet tal-Wolves kienet turi l-istemma tal-belt ta' Wolverhampton, li kienet is-soltu tintlibes f'okkażjonijiet speċjali bħal f'xi finali. Lejn tmiem is-snin sittin, Wolves introduċew l-emblema tagħhom li kienet tikkonsisti minn lupu qabbieżi, li aktar saret bi tliet lpup. Fl-1979, Wolves biddlu għal dik li tinsab illum; ir-ras ta' volpi. Id-disinn sempliċi imma magħmul bi stil, għamel din l-emblema fost l-aktar rikonoxibbli fil-futbol Brittaniku u, minkejja li l-istemma tal-belt ta' Wolverhampton intużat f'nofs is-snin disgħin, din xorta għadha tintuża' sal-ġurnata tal-lum.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Molineux Stadium.
 
Molineux

Wolverhampton Wanderers ilhom jilgħabu f'Molineux mill-1889. L-istadju preċedenti tagħhom kien fil-parti ta' Blakenhall, u anki jekk m'għadx baqa' ebda fdalijiet tal-grawnd, triq fil-qrib iġġib l-isem ta' Wanderers Avenue.

L-isem Molineux ġej minn Benjamin Molineux, negozjant lokali li bena daru f'dawk l-inħawi. Northampton Brewery, li aktar tard ħadu l-art, selfuha lil Wolverhampton Wanderers fl-1889, fejn dan tal-aħħar kien għad ma kellux dar permanenti fejn jilgħab. Wara r-rinnovament li saru fis-sit, l-ewwel logħba tal-kampjonat intlagħbet fis-7 ta' Settembru 1889 fir-rebħa ta' 2-0 kontra Notts County quddiem 4,000 spettatur.

L-introduzzjoni tal-fladlajts, li swew mal-madwar £10,000, fetħet il-bieb għal Molineux biex tospita ta' kull ġimgħa numru ta' logħbiet ta' ħbiberija kontra timijiet minn madwar il-globu. Fil-fatt, qabel il-bidu tat-Tazza taċ-Ċampjins u l-kompetizzjonijiet internazzjonali għall-klabbs, dawn il-logħobiet kienu ta' prestiġju kbir u numru kbir ta' spettaturi kienu jattendu għal dawn il-partiti, bil-BBC ħafna drabi turi direttament dawn l-avvenimenti.

Fil-bidu tas-snin disgħin, dan l-istadju għadda minn rinnovazzjoni, u sal-istaġun 1993–94 kien jospita madwar 28,525 ruħ. Madanakollu sal-promozzjoni għall-Premier League fl-2003, Molineux kien il-ħames l-iżgħar stadju fil-Premiership. Il-proprjetarju milljunarju Steve Morgan mistenni li jkabbar dan l-istadju biex jesa' 40-45,000+ persuna.

Ħoloq esterni

immodifika