Wikipedija:Mhux issa
Fi ftit kliem: Xi kultant Talba għall-amministrazzjoni m'għandha l-ebda ċans li tkun suċċess. F'dawn id-drabi, edituri esperjenzati jista' jagħlaqha qabel l-ħin skedat. Dan m'għandux jirrefleti bl-ikrah fuq il-kandidati, u ċerta kummenti m'għandekx toħodhom personali. |
Ħafna mit-talbiet għall-amministrazzjoni jdumu għal sebat ijiem wara li jkunu transklużi fil-paġna prinċipali tat-TgħA. Madankollu, f'ċerta ċirkostanzi jiġi magħluqa kmieni. Jekk qiegħed taqra' din il-paġna wisq probabbli dan huwa minnu fit-TgħA tiegħek.
Raġunijiet għall-għeluq kmieni
immodifikaGħalkemm TgħA m'għandhiex rikjesti speċifiċi minimi ġeneralment, il-komunità tfittex ċerta livelli bażiċi ta' kontribuzzjonijiet li jekk m'għandekx it-TgħA tiegħek m'għandha l-ebda ċans. Meta kandidat m'għandux il-kriterji fundamentali aċċettati mill-komunità. Meta kandidat m'għandux dawn l-affarijiet fundamentali, wisq probabbli jkun hemm gozz ta' kummenti opposti. Dan jista' jkun ta' qtugħ ta' qalb għall-kandidat u jista' jħalli effett ħażin fuqhom u ma jagħmlux aktar kontribuzzjonijiet produttivi. Dan mhux fl-aħjar interess tal-Wikipedija. Għalhekk, TgħA li tkun ċerta li mhux se tkun ta' suċċess ġeneralment toħloq numru ta' rikjesti tal-għeluq tad-diskussjonijiet relatati magħha.
Kull editur fi spirtu tajjeb jista' jagħlaq TgħA li se tkun ċerta li mhux se tkun suċċess. Dan irid ikun magħmul bi prekawzjoni u ġudika tajba. Jekk hemm ċerta dubju, l-aħjar huwa li tikteb messaġġ fil-paġna ta' diskussjoni tal-kandidat u tistaqsih dwar it-TgħA tiegħu, dan ġeneralment huwa l-aqwa metodu milli tagħlaqha bla avviż l-attentat tagħhom b'Assumi fiduċja tajba għall-amministrazzjoni. Għandek tkun taf li ċerta edituri jippreferu li t-TgħA tagħhom tibqa' miftuħa, anke jekk qiegħda tfalli miżerjament, minħabba li l-kummenti jistgħu jkunu utli.
Kull kandidat li jara t-TgħA tiegħu qiegħda tfalli jista' jagħmel rikjesta sabiex ir-rikjesta tiegħu tiġi magħluqha kmieni. Sempliċiment billi tħassar l-aċċetazzjoni tiegħek mit-TgħA u ikteb li se tirtira.
Affarijiet li għandek tinnota jekk it-TgħA tiegħek tiġi magħluqha kmieni
immodifika- Inti merħba li terġa' tagħmel attentat ieħor meta għandek aktar esperjenza u indirizzajt l-affarijiet li qalulek dawk li jopponuk.
- Kummenti li saru fit-TgħA m'humiex personali. Edituri oħrajn qegħdin jagħmlu kummenti dwar jekk int intix tajjeb jew le għall-kariga ta' amministratur illum, mhux kif int bħala persuna, jew anke fuq il-kontribuzzjonijiet tiegħek ġeneralment.
- Ħafna amministraturi rispettati u esperjenzati ma ġewx mogħtija l-għodda mal-ewwel minħabba li t-TgħA tagħhom ma ġietx aċċettata mal-ewwel. Taħsibx li TgħA bla suċċess tirrifletti ħażin fuq il-preġudikatura jew TgħA fil-futur. Dan ma jfissirx hekk.
Xi trid tagħmel jekk it-TgħA tiegħek tiġi magħluqha kmieni
immodifika- Jekk int taċċetta li m'hemm l-ebda ċans li r-rikjesta tiegħek tgħaddi f'dak iż-żmien partikulari m'għandek bżonn tagħmel xejn. L-editur li għalaq it-TgħA tiegħek għamlek kurrenti u wisq probabbli gwidak għal dan il-komponiment. Huma jkunu ħadu ħsieb l-affarijiet tekniċi tal-għeluq.
- Jekk int ma taċċettax li l-għeluq bikri kien ħaġa tajba jekk jogħġbok staqsi l-editur li għalaqha qabel ma tneħħi l-azzjonijiet tagħhom. Ġeneralment, assumi fiduċja tajba fin-nominazzjoni jew nominazzjoni tiegħek stess, jekk il-kandidat jixtieq it-TgħA jiġi mwettaq għal ħin sħiħ dan huwa aċċettabli. Iżda, jekk jogħġbok ikkunsidra reviżjoni tal-editur bħala metodu alternattiv biex iġġib kumment fuq il-kontribuzzjonijiet tiegħek.
Dak li m'għandekx tagħmel jekk it-TgħA tiegħek ġiet magħluqha kmieni
immodifika- Tinkwieta dwarha. Dan jiġri għal kulħadd anke 'l amministraturi tajbin tagħna fuq l-ewwel attentat tagħhom tat-TgħA.
- Titlaq minn Wikipedija. Kieku ma tħobbx il-post, kieku ma offrejtx ruħek bħala amministratur. TgħA magħluqa kmieni m'għandhiex tkun ir-raġuni għala għandek tibda' ma tħobbiex. Mur lura fil-post li kont tieħu gost tant tagħti l-kontribuzzjonijiet tiegħek, jew inkella hu Wikipawża.
- Tirrifjuta għajnuna. Hemm ħafna opinjonijiet tajbin u edituri li lesti jgħinuk tikber bħala Wikipedjan jekk tieħu l-għażla u tibqa'. Hemm ħafna affarijiet li tista' tagħżel fis-sezzjoni ta' "Ara wkoll".