Wikipedija:Kriterji għal artiklu fil-vetrina
Artiklu fil-vetrina jissimbolizza l-aqwa xogħol tagħna bħala komunità u jiddistingwi ruħu għall-istandards ta' ktiba, preżentazzjoni u ċitazzjoni. Barra milli jilqa' l-kriterji ġenerali għal kull artiklu tal-Wikipedija, dan għandu dawn l-attributi:
- L-artiklu hu—
- (a) miktub tajjeb: il-proża tiegħu hija sabiħa, anke brillanti, u ta' standard professjonali.
- (b) komprensiv: ma jħalli barra l-ebda fatt jew dettall importanti u jpoġġi s-suġġett fil-kuntest.
- (ċ) riċerkat sew: huwa stħarriġ bir-reqqa u rappreżentativ tal-letteratura rilevanti. Il-fatti li jiddaħħlu huma verifikati minn sorsi attendibbli permezz ta' referenzi fejn huma mixtieqa;
- (d) newtrali: dan jippreżenta punti ta' vista newtrali u mingħajr ebda preġudizzji; u
- (e) stabbli: m'huwiex suġġett ta' gwerer ta' editjar kontinwi u l-kontenut tiegħu ma jinbidilx b'mod sinjifikanti minn jum għal ieħor, minbarra waqt il-proċess għal artiklu fil-vetrina.
- L-artiklu jsegwi l-linji gwida tal-istil, fosthom li jkollu—
- (a) introduzzjoni: sezzjoni tal-bidu konċiża li tiġbor is-suġġett fi ftit sentenzi u tipprepara lill-qarrej għall-artiklu;
- (b) struttura approprjata: sistema ta' intestaturi ta' sezzjoni ġerarkiċi u werrej sostanzjali imma mhux iż-żejjed; u
- (ċ) ċitazzjonijiet konsistenti: fejn huma mixtieqa mill-kriterju 1ċ, referenzi formattjati tajjeb bl-użu ta' noti (<ref>Smith 2007, pġ. 1.</ref>) jew referenzjar Harvard (Smith 2007, pġ. 1)—ara fuq kif tiċċita s-sorsi għal suġġerimenti fuq l-ifformattjar tar-referenzi; għal artikli bin-noti, il-format meta:cite huwa rakkomandat.
- Medja. Għandu stampi li jsegwu l-politika tal-użu tal-istampi u medja oħra fejn huwa approprjat, b'deskrizzjonijiet konċiżi, u stat ta' copyright aċċettat. Stampi jew medja oħra li mhumiex ħelsin iridu jaqblu mal-kriterju għall-inklużjoni ta' kontenut mhux ħieles.
- Tul. Dan iżomm iffokat fuq is-suġġett prinċipali mingħajr ma jmur f'dettallji li mhumiex newċessarji.