Werrej

lista tal-partijiet fi ktieb jew f'dokument organizzati skont l-ordni li fiha jidhru l-partijiet

Werrej (bl-Ingliż: Table of Contents jew TOC) huwa lista li ġeneralment tkun tinsab fuq paġna jew iktar qabel il-bidu ta’ xogħol bil-miktub, bit-titli, bil-kapitli, bit-taqsimiet u bil-paġni fejn dawn ikunu jinsabu.[1]

Eżempju ta’ werrej

L-ewwel użu

immodifika

Plinju x-Xiħ isemmi lil Quintus Valerius Soranus (li miet fit-82 Q.K.) bħala l-ewwel awtur li pprovda werrej biex jgħin lill-qarrejja jsibu dak li jkunu jixtiequ f’xogħol twil bil-miktub. Plinju stess kiteb il-werrej għall-Historia naturalis (Storja Naturali) enċiklopedika tiegħu bil-Latin u bl-Ingliż (wara dedika).[2]

Werrej ġeneralment jinkludi t-titli jew id-deskrizzjonijiet tal-intestaturi tal-ewwel livell (kapitli f’xogħlijiet twal bil-miktub), u spiss jinkludi l-intestaturi tat-tieni livell (taqsimiet jew sezzjonijiet) fi ħdan il-kapitli wkoll. Xi kultant werrej ikun jinkludi anke l-intestaturi tat-tielet livell (sottotaqsimiet jew sottosezzjonijiet) fi ħdan it-taqsimiet/is-sezzjonijiet ukoll. Il-livell ta’ dettall f’werrej jiddependi fuq it-tul tax-xogħol bil-miktub. Ir-rapporti formali (li jkunu ta’ għaxar paġni jew iktar u li jkunu twal wisq biex jitpoġġew f’memo jew f’ittra) ikollhom werrej ukoll. Fil-kotba bil-Malti, il-werrej ġeneralment jidher wara l-paġna bit-titlu tal-ktieb, wara l-avviżi dwar id-drittijiet tal-awtur, u, f’ġurnali tekniċi, wara is-sommarju jew is-sunt; u qabel kwalunkwe lista ta’ tabelli jew ċifri, id-daħla, u l-prefazju.[1]

Il-werrej f’xogħlijiet stampati jkunu jindikaw in-numri tal-paġni fejn tibda kull parti, filwaqt li dawk diġitali jagħtu l-ħoloq biex wieħed ikunu jista’ jaċċessa kull parti. Il-format u l-post tan-numri tal-paġni huma kwistjoni ta’ stil tal-pubblikatur. Jekk in-numri tal-paġni jkunu jidhru wara t-test tal-intestatura, jistgħu jkunu ppreċeduti minn spazji jew tikek li jibdew mit-titli tal-kapitli jew tat-taqsima/tas-sezzjoni fuq in-naħa opposta tal-paġna, jew inkella n-numri tal-paġni jistgħu jkunu eqreb tat-titli. F’xi każijiet, in-numru tal-paġni jkunu jidhru qabel it-test.

Jekk ktieb jew dokument ikun fih kapitli, artikli, jew stejjer minn awturi differenti, isimhom ġeneralment ikun jidher fil-werrej.

L-affarijiet li jkunu jippreċedu l-werrej ġeneralment ma jiġux elenkati fih. Madankollu, il-paġni kollha ħlief il-qoxra ta’ barra jingħaddu, u l-werrej spiss jiġi numerat b’numru tal-paġni b’ittri Rumani żgħar. Ħafna proċessuri tal-kitba, bħal Microsoft Word, WordPerfect, u StarWriter huma kapaċi jiġġeneraw werrej awtomatikament jekk l-awtur tat-test juża stili speċifiċi għall-kapitli, għat-taqsimiet/għas-sezzjonijiet, għas-sottotaqsimiet/sottosezzjonijiet, eċċ.[1]

Fil-Wikipedija

immodifika

Il-werrej jidher ukoll fil-Wikipedija bħala tabella żgħira fejn jidhru t-taqsimiet/is-sezzjonijiet, li jiġu ġġenerati b’mod awtomatiku wara li l-artiklu jaqbeż tliet taqsimiet/sezzjonijiet, sabiex il-kontenut ikun iktar aċċessibbli għall-qarrejja.

Eżempji

immodifika

Eżempju bit-tikek qabel in-numri tal-paġni:

Kapitlu 1: Bidu. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 1
  Introduzzjoni. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 2
  Passi li Jmiss. .  . . . . . . . . . . . . . . . . . 3

Eżempju mingħajr tikek qabel in-numri tal-paġni:

Kapitlu 1: Bidu           1
  Introduzzjoni           2
  Il-Passi li Jmiss       3

Eżempju bl-awturi:

1. Introduzzjoni għall-Bijoloġija Arthur C. Smith 1
2. Mikrobijoloġija Susan Jones 10
3. Avvanzi fil-Bijoteknoloġija TC Chang 24

Eżempju b’test deskrittiv:

Chapter 1                                           3
   In which we first meet our hero and heroine, attend
   a gala feast, and begin an unexpected journey.

Chapter 2                                          12
   The journey takes an unusual turn, and new villains
    are discovered.

Ara wkoll

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Gerald J. Alred; Charles T. Brusaw; Walter E. Oliu (2003). Handbook of Technical Writing. ISBN 0-312-30923-6.
  2. ^ Plinju x-Xiħ, il-prefazju 33, Historia naturalis; John Henderson, “Knowing Someone Through Their Books: Pliny on Uncle Pliny (Epistles 3.5),” Classical Philology 97 (2002), p. 275.