Vanwatu

stat sovran fl-Oċeanja
(Rindirizzat minn Vanuatu)

Il-Vanwatu huwa nazzjon fl-Oċean Paċifiku. Uffiċjalment ir-Repubblika ta' Vanuatu (b'Bislama: Ripablik blong Vanuatu; bl-Ingliż: Republic of Vanuatu; bil-Franċiż: République de Vanuatu), hija pajjiż gżira li tinsab fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku. Il-belt kapitali hi Port Vila. L-arċipelagu, li huwa ta' oriġini vulkanika, jinsab madwar 1,750 km fil-lvant tal-Awstralja, 500 km fil-grigal ta' New Caledonia, fil-punent ta' Fiġi u fin-nofsinhar tal-Gżejjer Solomon, qrib New Guinea. L-isem kolonjali tagħha kien New Hebrides, iżda dan l-isem jintuża biss għal referenzi storiċi.