Tupaja
Tupaji huma mammiferi omnivori ta' daqs żgħir mifruxa mal-foresti tropikali fix-Xlokk tal-Asja. It-tupaji jiffurmaw żewġt familji Tupaiidae u Ptilocercidae u l-ordni kollu Scandentia. Hemm 20 speċi mifruxa ma' 5 ġeneri. It-tupaji għandhom l-għola rata ta' massa ċelebrali meta imqabbla ma' dik ta' ġisimhom, saħansitra akbar minn dik tal-bniedem.
Tupaji Firxa tal-fossili: Tard fil-Paleocene - Riċenti | |
---|---|
Tupaja ta' Madras (Anathana ellioti) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Sottodiviżjoni: | * Tupaiidae |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Scandentia Wagner, 1855 |
Għalkemm imsejħa ġrieden tas-siġar, dawn m'humiex ġrieden ta' veru (għalkemm darba kienu klassifikati magħhom fl-ordni Insectivora) u mhux kollha jqattgħu ħajjithom fis-siġar. Fost affarijiet oħra t-tupaji huma uħud mill-ftit annimali li jieklu l-frotta tar-Rafflesia.
Klassifikazjoni
immodifika- Ordni Scandentia
- Familja Tupaiidae
- Ġeneru Anathana
- Tupaja ta' Madras, Anathana ellioti
- Ġeneru Dendrogale
- Tupaja ta' denbu lixx ta' Bornejo, Dendrogale melanura
- Tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana, Dendrogale murina
- Ġeneru Tupaia
- Sottoġeneru Tupaia
- Tupaja tat-Tramuntana, Tupaia belangeri
- Tupaja ta' żaqqu dehebi, Tupaia chrysogaster
- Tupaja strixxat, Tupaia dorsalis
- Tupaja komuni, Tupaia glis]]
- Tupaja rqiq, Tupaia gracilis
- Tupaja ta' Horsfield, Tupaia javanica
- Tupaja ta' saqajh twal, Tupaia longipes
- Tupaja ta' Nikobar, Tupaia nicobarica
- Tupaja mpitter, Tupaia picta
- Tupaja ħamrani, Tupaia splendidula
- Sottoġeneru Lyonogale
- Tupaja ż-żgħir, Tupaia minor
- Tupaja Kalamjan, Tupaia moellendorffi
- Tupaja tal-muntanji, Tupaia montana
- Tupaja ta' Palaw, Tupaia palawanensis
- Tupaja l-kbir, Tupaia tana
- Sottoġeneru Tupaia
- Ġeneru Urogale
- Tupaja tal-Filippini, Urogale everetti
- Ġeneru Anathana
- Familja Ptilocercidae
- Ġeneru Ptilocercus
- Tupaja ta' denbu pinna, Ptilocercus lowii
- Ġeneru Ptilocercus
- Familja Tupaiidae
It-tupaji darba kienu jagħmlu parti mal-ordni Insectivora u wara, minħabba ċertu similaritajiet interni, mal-ordni Primates, ma' dan tal-aħħar kienu klassifikati bħala proxximji primittivi. Madanakollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li t-tupaja għandhom jiġu klassifikati f'ordni għalihom Scandentia u flimkien mal-ordnijiet Primates u Dermoptera, jiffurmaw il-klad Euarchonta. Il-klad Euarchonta tiġi oħt il-klad Glires u din hi ffurmata mill-ordnijiet Lagomorpha u Rodentia, u ż-żewġ gruppi jiffurmaw l-Euarchontoglires.
Euarchontoglires |
| ||||||||||||||||||||||||||||||
Referenzi
immodifika- Helgen, Kristofer M. (November 16, 2005). in Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 104-109. ISBN 0-8018-8221-4..
- Corbet, G.B. and J.E. Hill, 1992, The Mammals of the Indomalayan Region: a systematic review. Nat. Hist. Mus. Publ. and Oxford Univ. Press.
- Payne, J., C.M. Francis, K. Phillipps, dan S.N. Kartikasari. 2000. Panduan Lapangan Mamalia di Kalimantan, Sabah, Sarawak & Brunei Darussalam. The Sabah Society, Wildlife Conservation Society-Indonesia Programme dan WWF Malaysia. ISBN 979-95964-0-8
Links Esterni
immodifika- https://web.archive.org/web/20060217205854/http://mbgnet.mobot.org/sets/rforest/animals/shrew.htm
- https://web.archive.org/web/20090425105628/http://nationalzoo.si.edu/Animals/SmallMammals/fact-lessertreeshrew.cfm
- https://web.archive.org/web/20071009082712/http://www.hoglezoo.org/animals/view.php?id=183