Tinqix fuq il-Blat fir-Reġjun ta' Ha'il

Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Arabja Sawdija

It-Tinqix fuq il-Blat fir-Reġjun ta' Ha'il (bl-Għarbi: الفنون الصخرية في منطقة حائل) huwa r-raba' Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Arabja Sawdija.[1] It-tinqix fuq il-blat jinkludi żewġ komponenti li jinsabu fid-deżert tar-Reġjun ta' Ha'il: l-ewwel wieħed jinsab fil-muntanja ta' Om Sinman fil-belt ta' Jubbah, u t-tieni wieħed huwa dak ta' al-Manjor u ta' Raat f'Al-Shuwaymis. Popolazzjoni tal-qedem ħalliet traċċi tagħha permezz ta' petroglifiċi (tinqix fuq il-blat) fuq wiċċ il-blat, li jirrappreżentaw 8,000 sena ta' storja.[2][3][4]

Tinqix fuq il-Blat fir-Reġjun ta' Ha'il.
Tinqix fuq il-Blat fir-Reġjun ta' Ha'il.

Il-Kumitat tal-Wirt Dinji fid-39 sessjoni tiegħu niżżel dan is-sit flimkien ma' żewġ siti oħra fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[5] Minn mindu dan is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, il-Kummissjoni Sawdija għat-Turiżmu għamlet ħilitha sabiex tħares iktar lil dan is-sit kulturali. Dawn l-isforzi jinkludu t-tkabbir taż-żona ta' lqugħ, ir-restawr tal-petroglifiċi, it-tqegħid ta' żebgħa fil-petroglifiċi, l-iżvilupp ta' sistema ta' monitoraġġ, fost affarijiet oħra.[1]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
Tinqix fuq il-Blat fir-Reġjun ta' Ha'il.

It-Tinqix fuq il-Blat fir-Reġjun ta' Ha'il ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2015.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet". Is-sit jinkludi bosta petroglifiċi li nħolqu b'diversi metodi permezz ta' mrietel sempliċi tal-ġebel. Is-sit jixhed ukoll it-taqbid tal-bniedem fir-rigward tal-katastrofi ambjentali.[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Rock Art in the Hail Region of Saudi Arabia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-27.
  2. ^ Guagnin, Maria; Perri, Angela R.; Petraglia, Michael D. (2018-03-01). "Pre-Neolithic evidence for dog-assisted hunting strategies in Arabia". Journal of Anthropological Archaeology. 49: 225–236.
  3. ^ published, Megan Gannon (2017-11-20). "8,000-Year-Old Rock Art Includes the World's Oldest Images of Dogs". livescience.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-27.
  4. ^ Writer, Kastalia Medrano Science (2017-11-17). "First Ever Depiction of Dogs Show Them On Leashes". Newsweek (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-27.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sites in Italy, Jordan and Saudi Arabia inscribed on UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-27.