Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Tate
L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Tate jew Opossum ta' denbu oħxon ta' Tate, magħruf xjentifikament bħala Thylamys tatei, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Tate | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Thylamys (Gray,1843) |
Speċi: | T. tatei |
Isem binominali | |
Thylamys tatei (Handley,1957) | |
![]() | |
firxa ta' Thylamys tate |
Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix ma' l-art), b' abitudni notturna (attiv bil-lejl).
DietaImmodifika
L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Tate huwa marsupjal b' dieta primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd ta' l-għasafar u annimali vertebrati żagħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta ukoll.
DistribuzjoniImmodifika
Thylamys tatei huwa speċi b' distribuzjoni fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel, mifruxa fil-Peru u endemika ta' dan il-pajjiż.
KlassifikazjoniImmodifika
ReferenziImmodifika
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- Infonatura sit b' informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel inklużi l-marsupjali tal-ġeneru Thylamys