The Emperor Waltz
The Emperor Waltz huwa film mużikali Amerikan maħdum fl-1948, bl-atturi Bing Crosby u Joan Fontaine [1] taħt id-direzzjoni ta' Billy Wilder. Fuq kitba ta' Wilder u Charles Brackett, il-film huwa dwar bejjiegħ Amerikan tal-gramafowns fl-Awstrija. Fil-bidu tas-seklu għoxrin, dan il-bejjiegħ Amerikan beda jipprova jikkonvinċi lill-Imperatur Franz Joseph biex jixtri gramafown, bit-tama li dan il-prodott isir popolari mal-Poplu Awstrijak. The Emperor Waltz huwa ispirat minn inċident reali li kien jinvolvi lil Franz Joseph I tal-Awstrija. Iffilmjat fuq il-post fil-Park Nazzjonali ta ' Jasper fil-Kanada, il-film deher f'Londra, Los Angeles, u New York fir-rebbieg ħa ta' 1948. Fl-Istati Uniti deher l-ewwel darba fit-2 ta' Lulju 1948. Fl-1949 il-film kien innominat għal Academy Award fl-aħjar disinn ta' Kostum u l-aħjar mużika, kif ukoll kien innominat minn Writers Guild of America Award għall-aqwa kitba tal-aqwa film mużikali Amerikan.
Fil-bidu tas-seklu għoxrin, il-bejjiegħ vjaġġatur Virgil Smith ( Bing Crosby ) jibda jagħmel bosta vjaġġi lejn Vjenna, fl-Awstrija bit-tama li jbiegħ gramofon lill-Imperatur Franz Joseph. Kien qed jittama li x-xiri ta' din l-invenzjoni Amerikana riċenti jista 'jixpruna l-popolarità tiegħu mal-poplu Awstrijak. Fl-istess ħin, il-Kontessa Johanna Augusta Franziska von Stoltzenberg-Stolzenberg ( Joan Fontaine ) u missierha, il-Baruni Holenia, ikunu qed jiċċelebraw il-fatt li l- poodle iswed tagħhom Scheherezade intgħażel biex jitgħammar mal-poodle tal-Imperatur. Hekk kif jitilqu mill-palazz, jiltaqgħu ma' Virgil u Buttons, il- fox terrier abjad. Din il-laqgħa bla mistennija bekn il-klieb twassal għal diskussjoni dwar id-distinzjonijiet tal-klassi.
Scheerezade tesperjenza breakdown mentali u tibda tiġi kkurata mill-veterinarju Dott. Zwieback, li jipprattika l-psikoloġija ta’ Freud. Huwa jagħti parir lil Johanna biex tisforza l-kelba tagħha biex taffaċċja lil Buttons sabiex tegħleb il-biża’ tagħha. Meta l-klieb jerġgħu jingħaqdu, jibdew jesperjenzaw xrar romantiku mhux biss il-klieb, iżda wkoll is-sidien tagħhom. Dawn jibdew iqattgħu ħafna ħin flimkien.
Dan il-fatt eventwalment jikkonvinċi lil Johanna li l-imħabba vera tista’ tegħleb id-differenzi soċjali tagħhom. Virgil jitlob l-imperatur biex ikun jista' jiżżewweġ lil Johanna. Din hija xena kruċjali fil-film u togħlli l-livell tal-film. L-imperatur ikun kordjali ma' Virgil, u jittrattah b’rispett u anke bi ftit ta’ ammirazzjoni. Iżda huwa ċert li Johanna qatt ma tgħix kuntenta f’Newark, f’New Jersey. “M’aħniex aħjar minnek,” jispjega l-imperatur lil Virgil. “ Anzi naħseb li forsi int aħjar minna. Iżda aħna qisna l-bebbux: Jekk toħroġna mill-qoxra majjestuza tagħna, aħna mmutu.”
Fl-aħħar, l-imperatur jgħid lil Virgil kif hu kien xhud ta' bosta relazzjonjiet simili li sfaxxaw, u jagħmillu offeta. L-Imperatur kien lest li japprova u jixtri l-gramafown basta ma jibqax interessat f'Johanna. Virgil jirrifjuta, jieħu fastidju. L-imperatur jistaqsih jekk hux tassew kien lest għal Johanna. Din il-mistoqsija tħawwad xi ftit lil Virgil u jibda jaħsibha darbtejn għax ma xtaqx jirriskja li jirvinalha hajjitha. Għalhekk jiddeċiedi li jigdbilha u jistqarr li hu kien użaha biss biex jikseb aċċess għall-imperatur biex ikun jista' jbigħ il-prodotti tiegħu. B'hekk hu jidher viljakk u bla qalb.
Bosta xhur wara, meta Scheherezade twelled boton ta ‘ġriewi bojod imnaqqxa bl-iswed, saret ovvja li dawn kienu wild Buttons u mhux, kif kulħadd maħsub, tal-poodle tal-Imperatur. Il-Baruni Holenia, mimli biż, jgħid lill- Imperatur li twieldu mejta ,u bil - moħbi jordna biex jeħduhom u jgħerrquhom. Madankollu, Virgil, li kien irnexxielu jidħol bis-serqa fil-palazz biex jara Johanna għall- aħħar darba u, qabel ma jitlaq għall-Amerika, jistabillixxi l-verita', salva l-ġriewi u jikkonfronta l-Imperatur, li kien jaħseb li ien hu li ordna l-għarqa. L- Imperatur jitlob spjegazzjoni mingħand Holenia, iwiddbu serjament, u jitlob lil Virgil biex jagħtih lura il- ġriewi. Iżda Virgil, li għadu rrabjat, jkompli jissara u jargumenta mal-Imperatur, dwar id-differenza bejn klassi u oħra. Virgil jqis li d-differenz bejn klassi u oħra kienet r-raġuni li Holenia ppruva jgħerreq l -ġriewi. Huwa tant kien rrabjat li nesa li Johanna kienet bilwieqfa tisma. Virgil jgħidl lill-Imperatur li hu qatt ma messu qabel li jsalva lil Johanna mill-ħajja ta ‘Commoner.Johanna tirrealizza dak li għamel Virgil u taħfirlu. Hi tgħid lill-Imperatur li aħjar tieħu ċans wieħed f'miljun ta ‘ħajja kuntenta ma' Virgil, milli ebda ċans ma' xi ħadd li ma tħobbx. L- Imperatur jaqbel u jħalli lil Virgil u Johanna jiżżewġu.
Jieħdu sehem
immodifika- Bing Crosby bħala Virgil Smith
- Joan Fontaine bħala l-Kontessa Johanna Augusta Franziska
- Roland Culver bħala l-Baruni Holenia
- Lucile Watson bħala l-Prinċipessa Bitotska
- Richard Haydn bħala Imperatur Franz Joseph
- Sig Ruman bħala Dott. Zwieback
- Harold Vermilyea bħala Chamberlain
- Julia Dean bħala Arċidukessa Stephanie
- Bert Prival bħala Xufier
- Alma Macrorie bħala s-Sis tad-dverna
- Roberta Jonay bħala Kamriera
- John Goldsworthy bħala Obersthofmeister[2]
- Cyril Delevanti bħala Diplomatiku (jidher fil-film bla ma' jissemma fil-credits)
- Frank Mayo bħala Politiku (jidher fil-film bla ma' jissemma fil-credits)