Tavla perjodika

metodu tabulari użat biex jintwerew l-elementi kimiċi
(Rindirizzat minn Tabella Perjodika)

It-Tavla perjodika tal-elementi kimiċi hija metodu tabulari użat biex jintwerew l-elementi kimiċi. Għalkemm jeżistu prekursuri għal din it-tavla, l-invenzjoni tagħha hija ġeneralment kreditata lill-kimiku Russu Dmitri Mendeleev fl-1869. Mendeleev xtaq li it-tavla turi t-tendenzi rikurrenti ("perjodiċi") fil-proprjetajiet tal-elementi. Id-dehra tat-tavla ġiet irfinuta u estiża matul iż-żmien, hekk kif elementi ġodda ġew skoperti, u mudelli teoretiċi ġodda ġew żviluppati biex l-imġiba kimika tiġi spjegata.

It-tavla perjodika issa tinstab kullimkien fid-dixxiplina akkademika tal-kimika, tipprovdi struttura estremament utli biex jiġu kklassifikati, issistemati u ikkumparati il-ħafna forom differenti tal-imġiba kimika. It-tavla ukoll sabet applikazzjoni fil-fiżika, bijoloġija, inġenjerija, u l-industrija. L-istandard kurrenti tat-tavla fih 118-il element.

Dehra tat-Tavla perjodika

immodifika
Grupp 1 2 3
4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18
Perjodu
1 1
H

2
He
2 3
Li
4
Be


5
B
6
C
7
N
8
O
9
F
10
Ne
3 11
Na
12
Mg


13
Al
14
Si
15
P
16
S
17
Cl
18
Ar
4 19
K
20
Ca
21
Sc

22
Ti
23
V
24
Cr
25
Mn
26
Fe
27
Co
28
Ni
29
Cu
30
Zn
31
Ga
32
Ge
33
As
34
Se
35
Br
36
Kr
5 37
Rb
38
Sr
39
Y

40
Zr
41
Nb
42
Mo
43
Tc
44
Ru
45
Rh
46
Pd
47
Ag
48
Cd
49
In
50
Sn
51
Sb
52
Te
53
I
54
Xe
6 55
Cs
56
Ba
57
La
*
72
Hf
73
Ta
74
W
75
Re
76
Os
77
Ir
78
Pt
79
Au
80
Hg
81
Tl
82
Pb
83
Bi
84
Po
85
At
86
Rn
7 87
 Fr 
88
Ra
89
Ac
*
*
104
Rf
105
Db
106
Sg
107
Bh
108
Hs
109
Mt
110
Ds
111
Rg
112
Cn
113
Nh
114
Fl
115
Mc
116
Lv
117
Ts
118
Og

* Lantanojdi 58
Ce
59
Pr
60
Nd
61
Pm
62
Sm
63
Eu
64
Gd
65
Tb
66
Dy
67
Ho
68
Er
69
Tm
70
Yb
71
Lu
** Attinojdi 90
Th
91
Pa
92
U
93
Np
94
Pu
95
Am
96
Cm
97
Bk
98
Cf
99
Es
100
Fm
101
Md
102
No
103
Lr


Serje kimiċi tat-tavla perjodika
Metalli alkalini Metalli alkalini ta' l-art Lantanojdi Attinojdi Metalli tal-blokka d
Metalli tal-blokka p Semimetalli Non-Metalli Aloġeni Gassijiet nobbli

Leġenda għall-kuluri tan-numri atomiċi:

  • L-elementi nnumrati bil-blu huma likwidi f' T = 298 K e p = 1 bar;
  • dawk bl-aħdar huma gassijiet f' T = 298 K e p = 1 bar;
  • dawk bl-iswed huma solidi f' T = 298 K e p = 1 bar;
  • dawk bl-aħmar huma artifiċjali u m'humiex naturalment preżenti fuq id-Dinja (huma kollha solidi f' T = 298 K e p = 1 bar). It-teknezju hu preżenti fi kwantitajiet minimi fil-minjieri ta' l-uranju u fil-ġganti ħomor.
  • dawk bil-griż għadhom ma ġewx skoperti.


Arranġament

immodifika

L-arranġament tat-Tavla Perjodika juri l-propjetajiet kimiċi rikurrenti ("perjodiċi"). L-elementi huma mniżżlin skont il-piż atomiku tagħhom (i.e. in-numru ta' protoni fin-nukleju atomiku). Il-fillieri huma rranġati biex l-elementi bi propjetajiet simili jinstabu fl-istess kolonni vertikali ("gruppi"). Skont it-teoriji tal-konfigurazzjoni elettronika ġo l-atomi tal-Mekkanika kwantistika, kull filliera oriżżontali ("perjodu") fit-tavla tikkorrrispondi għal kif inhi mimlija l-qoxra kwantistka bl-elettroni. Il-perjodi jitwalu aktar ma tinżel l-isfel fit-tavla, li jiġbru l-elementi fi blokok s- , p- , d- and f- biex jirriflettu l-konfigurazzjoni eletronika tagħhom.

Fi twavel stampati, kull element hu normalment imniżżel bis-simbolu u n-numru atomiku tiegħhu; ħafna verżjonijiet tat-tavla ukoll iniżżlu il-piż atomiku tal-element u informazzjoni oħra, bħall-konfigurazzjoni elettronika, elettronegattività u l-akbar numru tal-Valenza komuni.

Wara l-2016, it-tavla fiha 118 elementi kimiċi li l-iskoperti tagħhom ġew ikkonfermati. 94 minnhom jinstabu naturalmant fid-Dinja, u l-oħrajn huma sintetiċi li ġew prodotti artifiċjalment f'aċċeleraturi tal-materja. L-elementi 43 (teknezju), 61 (promezju), 93 (nettunju) u 94 (plutonju) m'għandhomx iżotopi stabbli u ġew skoperti għall-ewwel darba sintekikalment; imma, imbagħad ġew skoperti f'ammonti żgħar fid-Dinja bħala prodotti ta' proċessi naturali.

Perjodiċità tal-propjetajiet kimiċi

immodifika

Il-valur maġġuri tat-tavla perjodika hu l-abilità li tbassar il-propjetajiet kimiċi t'element skont il-pożizzjoni tiegħhu fit-tavla. Għandu jiġi nnutat illi l-propjetajiet ivarjaw differentament meta timxi vertikalment mal-kolonni tat-tavla, milli meta timxi oriżżontalment mal-fillieri.

Gruppi u perjodi

immodifika
  • Grupp tat-tavla perjodika hu kolonna vertikali fit-tavla perjodika tal-elementi.

Il-gruppi huma meqjusal-aktar metodu importanti biex jiġu klassifikati l-elementi. F'xi gruppi, l-elementi għandhom propjetajiet simili ħafna u juru tendenzi fil-propjetajiet hekk kif tinżel l-isfel fil-grupp — dawn il-gruppi għandhom tendenza li jiġu mogħtija ismijiet trivjali (mhux sistematiċi) , e.ż. il-metalli alkalini, l-metalli alkalini tal-art, l-aloġeni u l-gassijiet nobbli. Xi gruppi oħrajn fit-tavla perjodika juru inqas similiritajiet u/jew tendenzi vertikali (pereżempju Gruppi 14 and 15), u dawn m'għandhomx ismijiet trivjali u jiġu rriferuti sempliċiment bin-numru tal-grupp tagħhom.

  • Perjodu tat-tavla perjodika hu filliera oriżżontali fit-tavla perjodika tal-elementi.

Għalkemm il-gruppi huma l-aktar mod komuni biex jiġu klassifikati l-elementi , hemm xi reġjuni tat-tavla perjodika fejn it-tendenzi oriżżontali u s-similiritajiet fil-propjetajiet huma aktar sinjifikanti mit-tendenzi tal-gruppi vertikali. Dan jista' jkun veru fil-blokka d (jew "Metalli Tranżizzjonali"), u speċjalment għall-blokka f , fejn il-lantanojdi u l-attinojdi jiffurmaw żewġ serje oriżżontali sostanzjali t'elementi.

Tendenzi perjodiċi tal-gruppi

immodifika

Teoriji moderni fuq l-istruttura atomika tal-Mekkanika kwantistika jispjegaw it-tendenzi tal-gruppi billi jipproponu illi l-elementi fl-istess grupp għandhom l-istess konfigurazzjoni elettronika fil-qxur tal-valenza tagħhom , illi hi l-aktar fattur importanti responsabbli għall-propjetajiet simili tagħhom.

Elementi fl-istess grupp ukoll juru tendenzi fir-radju atomiku, enerġija tal-joniżżazzjoni u l-elettronegattività tagħhom. Minn fuq s'isfel f'kwalunkwe grupp, ir-radji atomiċi tal-elementi jiżdiedu. Minħabba li hemm aktar livelli tal-enerġija mimlijin ,l-elettroni jinstabu aktar 'il bogħod min-nukleju. Minn fuq,kull element suċċessiv għandu enerġija tal-joniżżazzjoni iżgħar minħabba li hu aktar faċli li tneħħi elettron minħabba li l-elettroni huma inqas issikati. Ukoll, grupp għandu tnaqqis fl-elettronegattività minn fuq s'isfel minħabba li d-distanza bejn l-elettroni tal-valenza u n-nukleju tkun qed tiżdied.

Tendenzi perjodiċi tal-perjodi

immodifika

Elementi fl-istess perjodu ukoll juru tendenzi fir-radju atomiku, enerġija tal-joniżżazzjoni, affinità għall-elettroni u fl-elettronegattività tagħhom. Hekk kif timxi mix-xellug għal-lemin f'perjodu , ir-radju atomiku normalment jonqos. Dan jiġri minħabba li kull element suċċessiv għandu proton miżjud u elettron li jġiegħel l-elettron ikun miġbud iktar viċin lejn in-nukleju. Dan it-tnaqqis fir-radju atomiku ukoll jikkawża żieda fl-enerġija tal-joniżżazzjoni meta timxi mix-xellug għal-lemin tal-perjodu. Aktar m'element ikun issikat , aktar tkun l-enerġija li jkun hemm bżonn biex tneħħi elettron. Ukoll, l-elettronegattività tiżdied bl-istess manjiera bħall-enerġija tal-joniżżazzjoni minħabba fl-ammont ta' ġibda imposta fuq l-elettroni min-nukleju. L-affinità għall-elettroni ukoll għandha tendenza f'perjodu. Il-metalli (fix-xellug tal-perjodu) ġeneralment ikollhom inqas affinità għall-elettroni min-Non-metalli (fil-lemin tal-perjodu) bl-eċċezjoni tal-gassijiet nobbli.

Eżempji

immodifika

Gassijiet nobbli

immodifika

L-elementi kollha tal-grupp 18 (gassijiet nobbli), għandhom il-qxur tal-valenza tagħhom mimlijin. Dan ifisser li m'għandhomx bżonn jirreaġixxu ma' elementi oħra biex jimlew il-qoxra tagħhom, u huma allura inqas reattivi minn gruppi oħrajn. L-Elju u n-Neon huma l-aktar elementi inerti fost il-gassijiet nobbli, minħabba li r-reattività, f'dan il-grupp, tiżdied bil-perjodi: hu possibbli li ġġiegħel l-gassijiet nobbli t-tqal jirreaġixxu minħabba li għandhom qxur tal-elettroni akbar. Imma, r-reattività tagħhom tibqa baxxa.

Aloġeni

immodifika

Fil-grupp 17, magħruf bħala l-aloġeni, l-elementi għandhom elettron wieħed biss nieqes mill-qoxra tal-elettroni. Allura, f'reazzjonijiet kimiċi għandhom it-tendenza li jġibu l-elettroni (it-tendenza li ġġib l-elettroni hi msejħa elettronegattività). Din il-propjetà hi l-aktar evidenti għal-Fluworu (l-aktar element elettronegattiv fit-tavla kollha), u jnaqqas maż-żieda ta' kull perjodu.

Bħala riżultat, l-aloġeni kollha jiffurmaw aċidi mal-Idroġenu, bħal fl-Aċidu Idrofluworiku, Aċidu Idrokloriku, Aċidu Idrobromiku u fl-Aċidu Idrojodiku, kollha fil-forma HX. L-aċidità tagħhom tiżdied b'perjodu akbar, pereżempju, bir-rigward għall-Jodju u l-Fluworu, minħabba li jone kbir ta' I hu aktar stabbli f'soluzzjoni minn jone żgħir ta' F, hemm inqas volum fejn iċ-ċarġ jista' jkun dispers.

Metalli tranżizzjonali

immodifika

Għall-metalli tranżizzjonali (Gruppi 3 sa 12), tendenzi oriżżontali matul il-perjodi huma ħafna drabi importanti daqs it-tendenzi vertikali hekk kif tinżel l-isfel matul il-gruppi;id-differenzi bejn il-gruppo maġenb xulxin huma normalment mhux drammatiċi. Ir-reazzjonijiet tal=metalli tranżizzjonali normalment jinvolvu speċi koordinati.

Lantanojdi u Attinojdi

immodifika

Il-propjetajiet kimiċi tal-lantanojdi(elementi 57–71) u tal-attinojdi (elementi 89–103) huma aktar simili għal xulxin milli tal-metalli tranżizzjonali , u biex tissepara taħlita tagħhom hu veru diffiċli.Dan hu importanti fil-purifikazzjoni kimika tal-Uranju li jikkonċerna l-enerġija nukleari.

Struttura tat-Tavla Perjodika

immodifika

Id-determinant primarju tal-propjetajiet kimiċi t'element huwa il-konfigurazzjoni elettronika tiegħhu , partikularment l-elettroni fil-qoxra tal-valenza. Pereżempju, kwalunkwe atomi b'egħrba elettroni tal-valenza li jokkupaw l-orbital p ser jeżibixxu xi similarità. It-tip t'orbital li fih jinstabu l-elettroni ta' barra t'element jiddeterminaw il-blokka li fihaa jappartjeni. In-numru t'elettroni tal-valenza jiddetermina l-familja, jew grupp li lilu l-element jappartjeni.

In-numru totali ta' qxur elettroniċi li l-atomu jkollu jiddetermina l-perjodu li lilu jappartjeni. Kull qoxra hija diviża f' sottoqxur differenti, li meta n-numru atomiku jiżdied jiġu mimlija b'din l-ordni (Prinċipju Aufbau):

Sottoqoxra: S G F D P
Perjodu
1 1s
2 2s 2p
3 3s 3p
4 4s 3d 4p
5 5s 4d 5p
6 6s 4f 5d 6p
7 7s 5f 6d 7p
8 8s 5g 6f 7d 8p

Minħabba li l-elettroni ta' barra nett jiddeterminaw il-propjetajiet kimiċi, dawk l-elementi li għandhom l-istess numru t'elettroni tal-valenza huma fl-istess grupp tat-tavla.

Nimxu mill-eħfef element sal-itqal element, l-elettroni tal-qoxra ta' barra nett(dawk l-aktar aċċessibli għall-parteċipazzjoni f'reazzjonijiet kimiċi) huma kollha fl-istess tip t'orbital, b'forma simili, imma b'aktar enerġija u b'distanza ikbar min-nukleju. Pereżempju, l-elettroni fil-qoxra ta' barra (tal-valenza) tal-elementi fl-ewwel grupp, bl-Idroġenu fuq nett, kollha għandhom elettron wieħed f'orbital s. Fl-Idroġenu, dak l-orbital s hu l-aktar stat t'enerġija baxx possibli għal kwalunkwe atomu, l-orbital tal-eweel qoxra(rappreżentat mill-pożizzjoni tal-Idroġenu fl-ewwel perjodu tat-tavla). Fil-Franċju, l-aktar element tqil tal-grupp, fil-qoxra ta' barra nett l-elettroni huma fis-seba' orbital, sinnifikament aktar 'l barra min-nukleju minn dawk l-elettroni li jimlew il-qxur ta' taħha fl-enerġija. Bħalha eżempju ieħor, il-Karbonju u ċ-Ċomb għandhom 4 elettroni fl-orbitali tal-qoxra ta' barra.

Innota illi meta n-numru atomiku jiżdied (i.e. ċ-ċarġ fuq in-nukleju atomiku) , dan iwassal għal aktar "spin orbit coupling" bejn in-nukleju u l-elettroni, dan inaqqas il-validità tal-mudell tal-approssimazzjoni tal-orbital tal-mekkanika kwantistika, illi jikkunsidra kull orbital atomiku bħala entità separata.

Minħabba l-importanza tal-qoxra ta' barra nett, ir-reġjuni differenti tat-tavla perjodika huma ġielu rriferuti bħala blokok tat-tavla perjodika, msemmija skont l-isem tas-sottoqoxra li fih l-aħħar elettron jinsab, e.ż. il-blokka s, il-blokka p, il-blokka d-block, eċċ.

Rigward l-elementi Ununbju, Ununtrju, Ununkwadju eċċ., huma elementi li ġew skoperti , imma s'issa għad m'għandhomx isem.

 

Fil-Greċja Antika, il-filosfu Grieg Aristotle propona illi kien hemm erba' elementi prinċipali: l-arja, in-nar, l-art u l-ilma. Dawn l-elementi kollha setgħu jiġu mġiegħela jirreaġixxu flimkien biex joħolqu element ieħor; pereż., l-art u n-nar jinagħqdu flimkien biex jiffurmaw il-lava. Imma, din it-teorija intefgħet fil-ġenb meta l-elementi kimiċi vera bdew jiġu skoperti. Ix-Xjentisti kellhom bżonn databażi aċċessibli li fiha setgħet tiġi mniżżla u aċċeduta l-informazzjoni fuq l-elementi. Din kellha ssir magħrufa bħala t-Tavla Perjodika.

It-tavla oriġinali inħolqot qabel l-iskoperta tal-partiċelli subatomiċi jew il-formulazzjoni tat-teorija tal-mekkanika kwantistika kurrenti rigward l-istruttura atomika. Jekk wieħed jorganiżża l-elementi skont il-piż atomiku, u wara "jipplottja" propjetajiet oħrajn kontra l-piż atomiku, wieħed jinduna b'perjodiċità għal dawn il-propjetajiet bħala funzjoni tal-piż atomiku. L-ewwel persuna li għarfet dawn ir-regularitajiet kien il-kimiku Ġermaniż Johann Wolfgang Döbereiner li, fl-1829, induna b'numru ta' triadi t'elementi simili:

Xi Triadi
Element Piż Molari
(g/mol)
Densità
(g/cm³)
Kloru 35.453 0.0032
Bromu 79.904 3.1028
Jodju 126.90447 4.933
 
Kalċju 40.078 1.55
Stronzju 87.62 2.54
Barju 137.327 3.594

Fl-1829 Döbereiner ppropona l-Liġi tat-Triadi: L-element tan-nofs fit-triadu għandu l-piż atomiku li hu nofs l-piż tat-tnejn l-oħra flimkien(average). Id-densitajiet ta' xi triadi mxew ma tendenzi simili. Wara xjentisti oħrajn sabu relazzjonijiet kimiċi li jestendu 'l-bogħod mit-triadi. Il-Fluworu ġie miżjud mal-grupp ta' Cl/Br/I; iż-Żolfu, l-Ossiġenu, s-Selenju u t-Tellurju ġew gruppati f' familja; l-Ażotu, l-Fosfru, l-Arseniku, l-Antimonju, u l- Bismut ġew klassifikati bħala grupp ieħor.

 
Dmitri Mendeleev, missier it-tavla perjodika
 
It-Tavla perjodika ta' Mendeleev (1871)

Dan ġie segwit mill-kimiku Ingliż John Alexander Reina Newlands, illi fl-1865 innota li meta l-elementi jiġi ordnati skont il-piż atomiku tagħhom, elementi li għandhom propjetajiet fiżiċi simili kienu jirrikorru f'intervalli ta' tmienja, li kienu jixbhu l-ottavi tal-musika, imma l-liġi tal-"ottavi" tiegħu ġiet ridikolata mill-kontemporarji tiegħu.

Imma, għalkemm kellha suċċess għal xi elementi, il-liġi tal-ottavi ta' Newland falliet għal żewġ raġunijiet:

  1. Ma kinitx valida għall-elementi li kellhom piż atomiku għola minn dak tal-Kalċju.
  2. Meta elementi oħrajn ġew skoperti, bħall-gassijiet nobbli(He, Ne, Ar), ma setgħux jiġu akkomodati fuq din it-tavla.

Finalment, fl-1869 il-professur tal-kimika Russu Dmitri Ivanovich Mendeleev u erbgħa xhur wara l-Ġermaniż Julius Lothar Meyer indipendentament żviluppaw l-ewwel tavla perjodika, u rranġaw l-elementi skont il-piż. Imma, Mendeleev ħareġ xi elementi 'l-barra mis-sekwenza tal-piż stretta biex ikun jista' jqabbilhom aħjar mal-propjetajiet tal-ġirien tagħhom fit-tavla, hu rranġa żbalji fil-valuri ta' xi piżijiet atomiċi , u pprediċi l-eżistenza u l-propjetajiet ta' ftit elementi ġodda fl-ispazji vojta tat-tavla tiegħu. Mendeleev kien aktar tard ivvendikat bl-iskoperta tal-istruttura elettronika tal-elementi tard fid-19 -il seklu u kmieni fl-20 seklu.

Provi li saru aktar kmieni biex jitfgħu lista l-elementi biex juru r-relazzjonijiet bejniethom (pereżempju minn John Alexander Reina Newlands) normalment kienu jinvolvu l-ordinazzjoni skont il-piż atomiku. Is-sigriet għal Mendeleev hu u jagħmel it-tavla kien li jpoġġi l-elementi biex juru propjetajiet kimiċi rikurrenti jew perjodiċi (anka jekk dan kien ifisser li xi wħud minnhom ma jkunux ordinati skont il-piż), u li jħalli vojt għall-elementi "mitlufin". Mendeleev uża t-tavla tiegħu biex jaqtal-propjetajiet ta' dawn l-elementi "mitlufin", u ħafna minnhom ġew skoperti u ffitjaw mal-predizzjonijiet.


Ħoloq esterni

immodifika