Artemisia Gentileschi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 9:
Artemisia Gentileschi twieldet Ruma fit-8 ta' Lulju, 1593, l-ewwel mill-ulied tal-pittur Toskan [[Orazio Gentileschi]]. Artemisia bdiet titgħallem il-pittura fil-ħanut tax-xogħol ta' missierha, fejn uriet ħafna iżjed talent minn ħutha subien, li kienu jaħdmu magħha. Hemm tgħallmet id-disinn, it-taħlit taż-żebgħa u l-pittura. Billi l-istil ta' missierha kien ispirat minn [[Caravaggio]] matul dak il-perjodu, l-istil tagħha kien influenzat sewwa wkoll. Imma hi affrontat is-suġġett b'mod differenti minn dak ta' missierha, billi l-pitturi tagħha huma naturalisti ħafna, waqt li ta' Orazio huma idealizzati.
[[Image:Susanna.jpg|left|thumb|200px|''Susanna u x-Xjuħ'', Kollezzjoni Schönborn, Pommersfelden]]
L-ewwel xogħol ta' Artemisia żagħżugħa, metal kellha 17-il sena, (allavolja ħafna nies dak iż-żmien issusspettaw li kien għenha missierha) kien ''Susanna e i Vecchioni'' (''Susanna u x-Xjuħ'') (1610, Kollezzjoni Schönborn, Pommersfelden). Il-pittura turi li Artemisia assimilat ir-realiżmu ta' [[Caravaggio]] mingħajr ma ttrraskurat il-lingwa tal-iskola ta' [[Bolonja]] (li fost l-ibarikbar pitturi tagħha kien hemm [[Annibale Carracci]]). Din hi waħda mill-ftit pitturi ta' Susanna li juri ż-żewġ irġiel jippjannaw il-molestja sesswali tagħhom. X'aktarx Artemisia kienet ġarbet xi molestja u pinġiet 'l Susanna bħala riflessjoni.
 
Fl-1612, minkejja li minn kmieni uriet talent kbir, Artemisia ma tħallietx tidħol fl-akkademji professjonali tal-arti li kienu għall-irġiel biss. Dak iż-żmien, missierha kien qiegħed jaħdem ma' [[Agostino Tassi]] fid-dekorazzjoni tas-soqfa tal-Casino della Rose fil Palazz Pallavicini Rospigliosi f'Ruma, u Orazio rranġa mal-pittur biex jgħallem 'il bintu fil-privat. Waqt li kienet titgħallem miegħu, Tassi stupra 'l Artemisia. Orazio tella' 'l Tassi l-qorti meta sar jaf Tassi ma setgħax "jirrimedja" bi żwieġ riparatorju. Il-problema kienet l-pittur kien diġà miżżewweġ (u fl-istess ħin kellu relazzjoni ma' oħt il-mara, li dak iż-żmien kienet meqjusa inċestuża). L-atti tal-proċess ( li spiċca biex jikkundanna 'l Tassi għal sena ħabs biss) kellhom influwenza kbira fuq il-letteratura [[Femminiżmu|femminista]] fit-tieni nofs tas-seklu 20 dwar Artemisia Gentileschi<ref> Ara Mary Garrard, op cit. fil-bibljografija</ref>. Ta' minn jenfasizza l-fatt li Artemisia aċċettat li ttenni l-akkużi tagħha taħt it-tortura, li kienet tikkonsisti f'li jagħsrulha s-swaba l-kbar permezz ta' strument li kien jintuża spiss dak-żmien. Mill-qari tal-proċess nindunaw li l-kunċett ta' ''stuprum'' fis-seklu 17 kienu jifhmuh bħala deflorazzjoni ta' mara verġni jew relazzjoni sesswali bil-wegħda taż-żwieġ li ma nżammitx<ref> cfr. M. Di Sivo, "«Il signor Horatio mi ritraheva»…", 2005, cit. fil-bibljografija</ref>.
Linja 15:
Il-pittura ''Giuditta che decapita Oloferne'' (''Ġuditta taqta' ras Oloferne'') (1612–1613), esibita fil-Mużew Capodimonte ta' Napli, hi tal-biża' fil-vjolenza li turi.
 
Xhar wara l-kawża fil-qorti, biex 'il bintu jirristawraha unurha, Orazio rranġalha biex tiżzewweġ 'l Pierantonio Stiattesi, artista modest minn [[Firenze]]. Ftit wara marru joqgħodu Firenze, fejn, where Artemisia kisbet ordni għal pittura fil-[[Casa Buonarroti]] u saret pittriċi tal-qorti apprezzata, tgawdi l-patrunaġġ tal-familja [[Medici]] u ta' [[Karlu I tal-Ingilterra]]. Hemm minn jaħseb li matul dan iż-żmien Artemisia pinġiet ukoll il-''Madonna col Bambino'' (''Madonna bil-Bambin''), li qegħda fil-Gallerija Spada ta' Ruma.
 
Waqt li kienu Firenze, Artemisia u Pierantonio kellhom erba' subien u tifla. Imma t-tifla, Prudenzia, biss baqgħet ħajja sal-età adulta. Din marret lura ma' ommha [[Ruma]] fl-1621 u wara marret [[Napli]]. Ma nafux x'ġara minn Prudenzia wara l-mewt ta' ommha.