Antonio Sciortino: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 27:
Fl-1905 Sciortino rebaħ il-kompetizzjoni għall-monument lil ''[[Sir Adrian Dingli]]'', li ġie mikxuf f'April ta' l-1907 fil-preżenza tar-Re [[Re Dwardu VII|Dwardu VII]] u r-Reġina Alexandra fil-Ġnien tal-Mall. Ftit taż-żmien wara ingħatatlu kummissjoni għal skultura li tirrapreżenta ''il lavoratore'' għall-''Casa del Popolo'' f'Ruma.
 
Fl-1909 Sciortino ħadem l-''irredentismo''{{an|<ref name="irred}}">I'd be particularly interested in finding out what was the idea behind Sciortino's ''irredentismo''. There is a paper on that, which I cannot get: E. Cozzani, 'I piu Giovani', in 'vita d'arte', II, vol.III, fs. 17, 1909 p. 257.</ref> li ġiet esibita ġewwa Venezja. Sas-sena 1910 ħadem żewġ xogħlijiet oħra, ''Germinando un Idea'' u ''Remorse''. It-tnejn jirriflettu l-influwenza ta' [[Auguste Rodin]]. Waqt żjara f'[[Pariġi]], Sciortino ħadem bust ta' [[Leo Tectomices]], kompożitur u pjanist Amerikan. Dan ix-xogħol impressjona lil Rodin, li talbu jaħdimlu forma u li jiltaqa' miegħu personalment. Din il-laqgħa tat bidu lill-ħbiberija dewwiema ta' bejniethom.
 
Fl-1911, Antonio Sciortino ipparteċipa f'kompetizzjoni internazzjonali għall-monument b'tifkira ta' l-imperatur Russu [[Alessandru II]] (1818-1881). Id-disinni u l-mudelli tiegħu rebħu l-ewwel premju iżda il-premju ma ingħatax għal raġuni formali. Madanakollu, it-[[Tzar Nikola II]], affaxxinat bil-proġett, xtara id-disinni minn jeddu.
Linja 34:
 
 
Fl-1914 Sciortino xtaq jidħol mar-[[w:en:Royal Engineers | Royal Engineers]], iżda fuq parir ta' l-eks-gvernatur ta' Malta, [[Lord Grenfell]], baqa' għaddej b'ħidmietu ġewwa Ruma biex jagħti bidu għal xogħol fuq mafkar għall-ewwel gwerra dinjija. Għal tliet snin sħaħ Sciortino kien mehdi bil-ħsieb, tħażżiż u l-immudellar ta' dan il-monument vast u imponenti li kellu jkun magħruf bħala t-'Tempju ta' l-Imperu Ingliż għall-Eroj mhux Magħruf'. Sciortino irrealizza dan ix-xogħol f'mudell tat-tafal fuq skala ta' 1:200. Jingħad{{an|<ref name="smm}}">find reference FIXME.</ref>. li l-idea ta' mafkar f'ġieħ is-'Suldat mhux magħruf', hi ħolqien ta' l-artist Malti.
 
Bħala tifkira ta' l-erbgħa w għoxrin Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f'Malta fl-1913 Sciortino ġie imqabbad ilesti monument. Dan ix-xogħol imsemmi ''Kristu Re'' ġie mikxuf fil-Furjana fit 30 ta' Diċembru 1917 fi ħdan ta' ċeremonja reliġjuza li għaliha inġabru madwar 40,000 Malti. L'istatwa ta' Kristu Redentur hija figura tal-bronż għolja 3.5 metri li tiddomina fuq pedestall tal-granit u tesprimi maestà u kobor ta' sultan. Malta hija rapreżentata bħala figura femminili għarkuptejha taħt il-pedestall f'att ta' sottomissjoni waqt talba għall barka. Il figura tfakkar ukoll ir-rebħiet mgħodija fuq "l-egħdewwa ta' Kristu". Oriġinarjament, Sciortino ippjana il-monument b'figura ta' Kristu biss għaliex l-għan ewlieni kienet rappreżentazzjoni tat- [[transubstanzjazzjoni]], il-kunċett tal-preżenza reali ta' Kristu fl-Ewkaristija Mqaddsa ([[w:en:Transubstantiation]]). Għalekk il- figura ta' Malta ma' tħarisx lejn il-wiċċ ta' Kristu iżda qiegħdha tbaxxi rasha f'att ta' reverenza iġġib quddiem għajnejha ix-xbiha tal ġisem u demm ta' Kristu.
Linja 64:
Barra mir-rwol artistiku ta' Sciortino, bħala Malti kożmopolitan ta' ċittadinanza Brittannika li fil-bidu tas-seklu għoxrin għex għal kważi tletin sena fil-belt kapitali ta' l-Italja, huwa ta' interess kbir għall-istorja soċjali Maltija x'ħaseb fuq l-identità, il-personalità u l-lingwa Maltija - dan speċjalment minn bniedem f'pożizzjoni ta' perspettiva iktar wiesgħa u konsegwentament b'oġġettività akbar.
 
Huwa żamm kuntatt ma' pajjiżu, għalkemm ir-raġunijiet eżatti m'humiex magħrufa. Ġietlu offruta ċ-ċittadinanza Taljana iżda għażel li jżomm dik Ingliża. Kif kien jaħsibha Sciortino fuq il-faxxiżmu Taljan -- hu li għex it-twelid ta' dan il-moviment, u kif kien jassoċjah u jaħsibha fuq il-moviment nazzjonali malti. Ta' nteress hija il-lealtà lejn l-Ingilterra; dan meta tqabblu ma' ħafna studenti ta' l-arti Maltin, li fl-aħħar snin li Sciortino kien Ruma kienu qed imorru jistudjaw hemm fuq boroż ta' studju mogħtija mill-gvern Taljan - ħafna minnhom fil-fatt ħassew ġibda kbira lejn il-faxxiżmu u lejn l'Italja. Hu ta' nteress jekk Sciortino kellux kuntatt ma dawn l-istudenti li kienu jiltaqgħu fl-għaqda tar-''Regia Deputazione per la Storia di Malta'' (cf. [[Herbert Ganado]] - ''Rajt Malta Tinbidel'', Ktieb III, Kap XXXI){{an|<ref name="gnd}}">[[Herbert Ganado]] jiddeskrivi il-''Conspiracy Trials'', proċessi li nfetħu fl-1946, li fihom sbatax-il Malti ġew akkużati bi tradiment kontra Malta waqt il-gwerra. Ħdax minnhom kienu akkużati fuq piena ta' mewt, fosthom studenti li kienu jinsabu l-Italja fil-bidu tal-gwerra: ''U hawn biex nifhmu l-ambjent li sabu ruħhom fih dawn is-sbatax-il Malti jinħtiġilna ngaħtu ħarsa lura. L-Italja ta' Mussolini kienet deċiża li tagħmel Malta tagħha għax kienet tikkunsidra liil Malta art Taljana. Kienet tinkoraġġixxi bil-'borse di studio' ħafna żgħażagħ Maltin imorru jistudjaw fl-Italja biex tikber is-simpatija tagħhom lejha. U kienu bosta li marru. L-għaqda tar-'Regia Deputazione per la storia di Malta' kellha ħafna Maltin imseħbin fiha. Meta kienet ser tibda l-gwerra, twaqqaf il-'Comitato d'azzione Maltese' li tista' tgħid, ħareġ mir-'Regia Deputazione per la storia di Malta'. Iż-żewġ promotturi prinċipali tiegħu kienu l-professur Carlo Mallia, li kien il-president u snin qabel professur fl-università ta' Malta qabel ma mar jgħix l-Italja, u l-Professur Umberto Biscottini, li kien midħla tal-Maltin li kienu jistudjaw f'Ruma u li kienu membri tar-Reġia Deputazione. Il-professur Biscottini kien jirrapreżenta il-ministru ta' l-esteri Taljan fuq dan il-kumitat. Kien hemm ukoll fih Dottor Annibale Scicluna Sorge, 'Capo di Divisione' tal-ministeru Taljan tal-propoganda, li kien Sudditu Taljan, għad li kellu missieru Malti. Dan il-kumitat kellu mseħbin fih bosta Maltin u Taljani u kellu friegħi f'Milan, f'Firenze, fi Sqallija u f'Genova. Dan il-'Comitato d'Azzione' kellu l-iskop dikjarat illi jistudja u jisuġġerixxi soluzzjonijiet għall-problemi ta' Malta waqt il-gwerra, li ġiet minnu msejħa gwerra ta' liberazjoni .... fost l-attivitajiet tiegħu, dan il-kumitat beda jippubblika il-'Malta', li ma kinetx baqgħat toħroġ f'pajjiżna, wara li internaw 'l-editur tagħha Dottor [[Enrico Mizzi]]'' (Herbert Ganado - Rajt Malta Tinbidel, Ktieb III, Kap XXXI). Din il-kwotazzjoni hi twila wisq. Il-quddiem tista tiġi imressqa f'artiklu fuq l'i'''storja socjali Maltija''' jew fuq in-'''Nazzjonalismu Malti''' għall fejn tista tiġi referuta minn dan l-artiklu b' link interwiki.</ref>.
 
Apparentement teżisti intervista ma' Sciortino. Hemm xi dokumenti miktubin minn Sciortino nnifsu, ittri jew ''FIXME'' (speeches lectures talks) tħaddit?
Linja 101:
== Noti ==
{{referenzi}}
 
<!--
DO NOT LEAVE ANY BLANK LINES BETWEEN THE LIST-ITEMS SINCE THEY WILL BREAK THE NUMBERING SEQUENCE
 
-->
 
 
 
 
 
<ref name="irred">I'd be particularly interested in finding out what was the idea behind Sciortino's ''irredentismo''. There is a paper on that, which I cannot get: E. Cozzani, 'I piu Giovani', in 'vita d'arte', II, vol.III, fs. 17, 1909 p. 257.
 
<ref name="smm">find reference FIXME.</ref>.
 
<ref name="gnd">[[Herbert Ganado]] jiddeskrivi il-''Conspiracy Trials'', proċessi li nfetħu fl-1946, li fihom sbatax-il Malti ġew akkużati bi tradiment kontra Malta waqt il-gwerra. Ħdax minnhom kienu akkużati fuq piena ta' mewt, fosthom studenti li kienu jinsabu l-Italja fil-bidu tal-gwerra: ''U hawn biex nifhmu l-ambjent li sabu ruħhom fih dawn is-sbatax-il Malti jinħtiġilna ngaħtu ħarsa lura. L-Italja ta' Mussolini kienet deċiża li tagħmel Malta tagħha għax kienet tikkunsidra liil Malta art Taljana. Kienet tinkoraġġixxi bil-'borse di studio' ħafna żgħażagħ Maltin imorru jistudjaw fl-Italja biex tikber is-simpatija tagħhom lejha. U kienu bosta li marru. L-għaqda tar-'Regia Deputazione per la storia di Malta' kellha ħafna Maltin imseħbin fiha. Meta kienet ser tibda l-gwerra, twaqqaf il-'Comitato d'azzione Maltese' li tista' tgħid, ħareġ mir-'Regia Deputazione per la storia di Malta'. Iż-żewġ promotturi prinċipali tiegħu kienu l-professur Carlo Mallia, li kien il-president u snin qabel professur fl-università ta' Malta qabel ma mar jgħix l-Italja, u l-Professur Umberto Biscottini, li kien midħla tal-Maltin li kienu jistudjaw f'Ruma u li kienu membri tar-Reġia Deputazione. Il-professur Biscottini kien jirrapreżenta il-ministru ta' l-esteri Taljan fuq dan il-kumitat. Kien hemm ukoll fih Dottor Annibale Scicluna Sorge, 'Capo di Divisione' tal-ministeru Taljan tal-propoganda, li kien Sudditu Taljan, għad li kellu missieru Malti. Dan il-kumitat kellu mseħbin fih bosta Maltin u Taljani u kellu friegħi f'Milan, f'Firenze, fi Sqallija u f'Genova. Dan il-'Comitato d'Azzione' kellu l-iskop dikjarat illi jistudja u jisuġġerixxi soluzzjonijiet għall-problemi ta' Malta waqt il-gwerra, li ġiet minnu msejħa gwerra ta' liberazjoni .... fost l-attivitajiet tiegħu, dan il-kumitat beda jippubblika il-'Malta', li ma kinetx baqgħat toħroġ f'pajjiżna, wara li internaw 'l-editur tagħha Dottor [[Enrico Mizzi]]'' (Herbert Ganado - Rajt Malta Tinbidel, Ktieb III, Kap XXXI). Din il-kwotazzjoni hi twila wisq. Il-quddiem tista tiġi imressqa f'artiklu fuq l'i'''storja socjali Maltija''' jew fuq in-'''Nazzjonalismu Malti''' għall fejn tista tiġi referuta minn dan l-artiklu b' link interwiki.</ref>.