Maurits Cornelis Escher: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Adding: hr:Maurits Cornelis Escher; kosmetiċi bidliet
Linja 1:
[[Stampa:EscherSelf1929.jpg|thumb|M.C. Escher, awtoritratt, 1929]]
'''Maurits Cornelis Escher''' ([[Leeuwarden]], [[17 ta' Ġunju]] [[1898]] – [[Laren]], [[27 ta' Marzu]] [[1972]]), is-soltu magħruf bħala '''M.C. Escher''' (IPA 'ɛsjər), kien [[arti grafika|artista grafiku]] [[Olanda|Olandiż]]. Magħruf għall-inċiżjonijiet fl-[[injam]], il-[[litografija|litografiji]] u l-[[mezzotint|mezzitinti]] tiegħu sikwit ispirati mill-[[matematika]]. Dawn jirrappreżentaw kostruzzjonijet impossibbli, esplorazzjonijiet tal-infinità, [[arkitettura]] u tessellaturi.
 
== Bijografija ==
Maurits Cornelis, jew "Mauk" kif kien imlaqqam,<ref>"Semmejnih Maurits Cornelis għaz-ziju maħbub ta' S [Sara] , Van Hall, u konna nsejħulu 'Mauk' fil-qosor ....", Djarju ta' missier Escher iċċitat f’ ''M. C. Escher: His Life and Complete Graphic Work'', Abradale Press, 1981, p. 9.</ref> twieled [[Leeuwarden]], il-[[Olanda|Pajjiżi Baxxi]]. Kien l-iżgħar tifel ta' inġinier idrawliku George Arnold Escher u t-tieni mara tiegħu, Sara Gleichman. Kien tifel marradi, u meta kellu seba’ snin beda jmur skola speċjali u weħel l-eżami tat-tieni sena.<ref name="sundial">Barbara E, PhD. Bryden. Sundial: ''Theoretical Relationships Between Psychological Type, Talent, And Disease'', Gainesville, Fla: Center for Applications of Psychological Type. ISBN 0-935652-46-9.</ref> Fl-1903, il-familja marret togħqod [[Arnhem]] fejn kien jitgħallem is-sengħa ta' mastrudaxxa u jdoqq il-pjanu sakemm kellu tlettax-il sena.
 
Mill-1903 sal-1918 kien jattendi l-iskola primarja u sekondarja. Minkejja li bbrilla fid-disin, il-marki tiegħu fis-suġġetti l-oħra kienu s-soltu baxxi. Fl-1919, Escher daħal fl-iSkola tal-Arkitettura u Arti Dekorattiva ta' Haarlem. Għal xi żmien studja l-[[arkitettura]], imma weħel f'xi suġġetti (daqsxejn minħabba infezzjoni persistenti fil-ġilda) u qaleb għall-Arti Dekorattiva.<ref name="sundial"/> Hawn studja taħt Samuel Jessurun de Mesquita, li baqa' ħabib miegħu għal ħafna snin. Fl-1922 Escher ħalla l-iskola, wara li kien kiseb esperjenza fid-disin u s-sengħa tal-inċiżjoni fl-injam.
 
Fl-1922, li kienet sena importanti f'ħajtu, Escher ivvjaġġa mal-[[Italja]] ([[Firenze]], [[San Gimignano]], [[Volterra]], [[Siena]]) u ma' [[Spanja]] ([[Madrid]], [[Toledo, Spain|Toledo]], [[Granada]]). Il-kampanja Taljana u l-[[Alhambra]], kastell Moresk tas-seklu erbatax f’Granada, Spanja, impressjonawh ħafna. Sal-1935, Escher, flimkien ma' sħabu, artisti, oħra, kien jitlaq kull Rebbiegħa għal vjaġġ ta' xahrejn fl-muntanji ta' Abruzzi, l-Campania, [[Sqallija]], Corsica u [[Malta]]<ref>Escher pinġa veduta tal-[[Isla]], Malta, li użaha aktar tard f'inċiżjoni oħra, "Gallerija tal-istampi", fl-1956. F' "Il-kaskata” tal-1961 fir-rokna ta' isfel tal-lemin, tidher mara tonxor il-ħwejjeġ fuq il-bejt li tidher li hi meħuda minn xi impressjoni ta' Malta</ref> minn fejn kien jiġbor l-impressjonijiet u jagħmel disinji. L-Italja ltaqa’ ma' Jetta Umiker, u żżewiġha fl-1924. Il-koppja żagħżugħa marret togħqod [[Ruma]] u baqgħu hemm sal-1935, meta ma setgħux jissaportu iżjed il-klima politika taħt [[Benito Mussolini|Mussolini]]. Binhom, Giorgio Arnaldo Escher, imsemmi għal missieru twieled Ruma. Il-familja imbagħad marru joqgħodu [[Château-d'Œx]], l-i[[Żvizzera]] fejn qagħdu sentejn.
 
Escher, li kienu jogħġbuh ħafna l-veduti Taljani li kienu għalih ta' inspirazzjoni qawwija, ma kien xejn kuntent l-i[[Żvizzera]], u għalhekk fl-1937, il-familja reġgħu ġarru u marru jogħqodu Ukkel, belt żgħira qrib [[Brussell]], il-[[Belġju]]. It-[[Tieni Gwerra Dinjija]] ġegħlithom jerġgħu iġorru għal [[Baarn]], il-[[Olanda|Pajjiżi Baxxi]], fejn Escher baqa jgħix sal-1970. Il-parti l-kbira tad-disinji l-iżjed magħrufin ta' Escher ġejjin minn dan iż-żmien. It-temp, x'aktarx imsaħħab, kiesaħ u bix-xita tal-[[Olanda]] ħallih jiffoka b'intensità kbira fuq ix-xogħlijiet tiegħu u kien biss matul l-1962, meta għamel xi operazzjonijiet, li ma ħoloqx xbihat ġodda.
Linja 13:
Fl-1970, Escher mar jogħqod fid-dar Rosa-Spier, Laren, dar għall-artisti anzjani fejn kellu studju. Miet hemmhekk fis-27 ta' Marzu 1972, fl-età ta' 73 sena.
 
== Xogħlijiet ==
[[Stampa:250px-DrawingHands.jpg|thumb|250px|''Idejn ipinġu'', 1948]]
 
Linja 20:
Ħadem primarjament fil-vejikli tal-litografija u l-inċiżjoni fl-injam, għalkemm il-ftit mezzitinti li wettaq huma meqjusa bħala kapolavuri ta' din it-teknika. Fl-arti grafika tiegħek juri relazzjonijiet matematiċi bejn forom, figuri u spazju. Barra minn hekk, esplora figuri mħabblin flimkien bl-użu tal-iswed u abjad biex jenfatizzaw d-dimensjonijiet differenti. Integrati fl-istampi tiegħu insibu riflessi fil-mera ta' koni, sferi, kubi, ċrieki u spirali.
 
Barra d-disinji tal-veduti u n-natura fl-ewwel snin tiegħu, pinġa wkoll insetti, li dehru sikwit fil-ħidma tiegħu ta' aktar tard. L-ewwel xogħol artistiku, li tlesta fl-1922, dehru tmient irjus umani maqsuma fi pjani differenti. Wara, madwar 1924, tilef l-interess fil-"qsim regolari" tal-pjani, u dar għat-tpinġija tal-veduti fl-[[Italja]] b'prospettivi irregolari li m’humiex possibbli fil-forma naturali.
 
[[Stampa:Escher's Relativity.jpg|thumb|left|250px|''Relatività'', 1953]]
 
Għalkemm Escher ma kellux taħriġ matematiku — il-komprensjoni tiegħu tal-matematika kienet fil-parti kbira viżiva u intuwittiva— il-ħidma ta' Escher kellha komponent matematiku qawwi, u aktar minn ftit mid-dinjiet li pinġa huma mibnija madwar oġġetti impossibbli bħall-[[kubu ta' Necker]] u t-[[trijanglu ta' Penrose]]. Ħafna mix-xogħlijiet ta' Escher użaw kisjiet bil-madum ripetuti imsejħin tessellaturi. Ix-xogħol artistiku ta' Escher jintogħġob partikularment mill-[[matematika|mathematiċi]] u [[xjenza|xjenzati]]ti, li japprezzaw l-użu ta' poliedri u tagħwiġ ġeometriku. Per eżempju, fil-''Gravità'', fkieren multi-lwien jittawlu minn wara dodekaedru stellat.
 
L-influwenza matematika fil-ħidma tiegħu bdiet tidher madwar 1936, meta kien jivvjaġġa fil-[[Mediterran]] mal-''Adria Shipping Company''. Beda partikularment jinteressa ruħu fl-ordni u s-[[simmetrija]]. Escher iddeskriva l-vjaġġ tiegħu mal-Mediterran bħala "l-ogħna għajn ta' ispirazzjoni li qatt sfruttajt."
Linja 30:
Wara l-vjaġġ tiegħu 'l-[[Alhambra]], Escher ipprova jagħmel xogħol isbaħ minn tal-Għarab bl-użu ta' gradilji ġeometriċi bħala l-bażi għad-disinji tiegħu, li mbagħad firex fuqhom disinji oħra, l-iżjed annimali bħal għasafar u ljuni.
 
L-ewwel studju tiegħu tal-matematika, li wara wassal biex jinkorporaha fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu, beda bl-artiklu akkademiku ta' [[George Pólya]] fuq il-[[gruppi tas-simmetrija]] fil-pjan li bagħtlu ħuh Berend. Dan l-artiklu spirah biex jitgħallem il-kunċett tas-17-il [[grupp tat-tapazzerija]] (il-gruppi tas-simmetrija fil-pjan). Bl-użu ta' dan il-kunċett matematiku, Escher ħoloq tessellaturi perjodiċi b' 43 disin kulurit b'tipi differenti ta' simmetrija. Minn dan il-punt żviluppa metodu matematiku għall-espressjoni tas-simmetrija fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Mill-1937, ħoloq bosta [[inċiżjonijiet fl-injam]] bl-użu tal-kunċett tas-17-il grupp tas-simmetrija fil-pjan.
 
[[Stampa:Escher Circle Limit III.jpg|thumb|right|250px|''Limitu taċ-ċirku III'', 1959]]
Linja 40:
Ix-xogħlijiet tiegħu għamluh famuż: fl-1955 inħatar Kavalier tal-Ordni ta' Orange-Nassau. Min dak iż-żmien 'l hemm kellu regolarment kummissjonijiet ta' disin minn dinjitarji minn madwar id-dinja. Fl-1985 l-[[Asterojde]], "4444 Escher", issemmiet għalih.
 
Fl-1958, ippubblika artiklu imsejjaħ ''Diviżjoni Regolari tal-Pjan'', li fih iddeskriva l-akkumulazzjoni sistematika ta' disinji matematiċi fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Huwa saħaq li "l-matematiċi fetħu l-bieb li jwassal għal qasam vast."
 
[[Stampa:Escher Waterfall.jpg|thumb|250px|left|''Il-kaskata'', 1961]]
Fuq kollox, kienet l-imħabba li kellu minn kmieni għall-veduti [[Ruma|Rumani]]ni u [[Italja|Taljani]] u għan-natura li nteressatu fil-kunċett tad-diviżjoni regolari ta' pjan, li applika f'aktar minn 150 xogħol bil-kulur. Fost il-prinċipji oħra matematiċi li nsibu xhieda tagħhom fix-xogħlijiet tiegħu hemm is-sovrapożizzjoni ta' pjan iperboliku fuq pjan bidimensjonali fiss, u l-inkorporazzjoni ta' oġġetti tridimensjonali bħal sferi, kolonni u kubi fis-xogħlijiet tiegħu. Per eżempju, f'stampa imsejħa "ir-Rettili," ikkombina xbihat bi- u tridimensjonali. F'wieħed mill-artikli tiegħu, Escher enfatizza l-importanza tad-dimensjonalità u ddeskriva lilu nnifsu bħala "mxabba" bil-forom ċatti: "Jien nagħmilhom jaqbżu 'l barra mill-pjan."
 
Escher studja wkoll il-kunċetti matematiċi tat-[[topoloġija]]. Mill-matematiku Brittaniku Roger Penrose tgħallem kunċetti oħra fil-matematika. Minn dan l-għarfien ħoloq "Il-kaskata"' u ''Telgħin u Niżlin'', li nsibu fihom prospettivi irregolari simili għall-kunċett tal-istrixxa ta' Möbius.
 
Fl-1937 Escher stampa ''Metamorfożi I'', li kienet il-bidu ta' sensiela ta' disinji li jirrakontaw storja permezz tal-istampi. Dawn ix-xogħlijiet urew fl-aqwa tagħha il-ħila ta' Escher biex jinkorpora l-matematika fl-arti. F'''Metamorfożi I'', ittrasforma poligoni konvessi f'disin regolari fil-pjan biex jifformaw għamla ta' bniedem. Dan l-effett jisimbolizza l-bidla fl-interess tiegħu mill-veduti u n-natura għall-diviżjoni regolari tal-pjan.
 
Wieħed mill-aktar xogħlijiet notevoli tiegħu huwa l-opra ''Metamorfożi III'', li hija wiesgħa biżżejjed biex tgħatti l-ħitan ta' kamra, u mbagħad terġa' lura fuq innifsha.
Linja 53:
Wara l-1953, Escher kien mistieden jagħti taħdidiet minn ħafna organizzazzjonijiet. Sensiela ta' taħdidiet ippjanati fl-[[Amerika ta' Fuq]] fl-1962 tħassret minħabba xi marda, imma x-xbihat u test għall-lectures, miktuba sħaħ minn Escher, aktar tard kienu ippubblikati bħala parti mill-ktieb ''Escher fuq Escher ''. F'Lulju 1969, lesta l-aħħar xogħol tiegħu qabel ma miet, inċiżjoni fl-injam imsejħa ''Sriep''. Din turi inċiżjonijiet ta' disinji li jispiċċaw ftit ftit lejn l-infinità kemm fiċ-ċentru u kemm fit-tarf ta' ċirku. Erba' sriep jaqsmu ċ-ċirku u d-disinji fih, b'irjushom jittawwlu minnu.
 
== Il-legat ta' Escher ==
 
[[Stampa:Escher museum.jpg|thumb|right|250px|Il-Mużew ta' Escher fil-[[Ħaag]]<ref>Jissejjaħ ukoll l-Aja</ref>]]
Linja 61:
Fl-1969, il-konsulent kummerċjali ta' Escher, il-mejjet Jan W. Vermeulen, awtur ta' bijografija bl-Olandiż tal-artista, waqqaf l-''MC Escher Stichting'' (Fundazzjoni MC Escher), u ttrasfera għal din l-entità kważi x-xogħol kollu ta' Escher kif ukoll mijiet ta' stampi oriġinali tiegħu. Dawn ix-xogħlijiet ġew mislufa mill-Fundazzjoni lill-Mużew tal-Ħaag. Mal-mewt ta' Escher, it-tliet subien tiegħu xoljew il-Fundazzjoni, u issieħbu f'kumpanija biex jieħdu x-xogħlijiet artistiċi f’idejhom. Fl-1980, bigħu din l-impriża lil negozjant tal-arti Amerikan u lill-Mużew tal-Ħaag. Il-Mużew kiseb id-dokumentazzjoni kollha u inqas min-nofs tax-xogħlijiet artistiċi.
 
Il-''copyrights'' baqgħu fill-pussess tat-tliet ulied - li aktar tard begħuhom lil Cordon Art, kumpanija Olandiża. Il-kontroll tal-''copyrights'' wara kien ittrasferit lil MC Escher Company BV Baarn, tal-Olanda, li tilliċenzja l-użu tal-copyrights fuq l-arti kollha ta' Escher u fuq testi mitkellma u miktuba, u tikkontrolla wkoll it-''trademarks''. Ir-reġistrazzjoni tat-''trademark'' "MC Escher" fl-Istati Uniti kienet opposta, imma l-kumpanija Olandiża rebħet fil-qrati fuq il-bażi li artista jew il-werrieta tiegħu għandhu d-dritt li jagħmel ''trademark'' ta' ismu.
 
Entità oħra, il-Fundazzjoni M.C. Escher ta' Baarn, tippromwovi x-xogħol ta' Escher billi torganizza wirjiet, tippubblika kotba u tipproduċi films dwar il-ħajja u x-xogħol tiegħu.
Linja 71:
|- valign="top"
|<div style="margin-right:20px">
* 1920 ''Siġar'', linka
* 1920 ''Knisja ta' San Bavo, Haarlem'', linka
* 1921 ''Il-fantażma'', inċiżjoni fl-injam
* 1921 ''Il-mogħża espjatorja'', inċiżjoni fl-injam
* 1921 ''L-isfera'', inċiżjoni fl-injam
* 1921 ''Sabiħ'', inċiżjoni fl-injam
* 1921 ''Flor de Pascua (Fjura tal-Għid)'', inċiżjoni fl-injam / illustrazzjonijiet fi ktieb
* 1922 ''Tmien irjus'', inċiżjoni fl-injam
* 1922 ''Siena'', inċiżjoni fl-injam
* 1922 ''San Francesco'', inċiżjoni fl-injam
* 1923 ''San Gimignano'', inċiżjoni fl-injam
* 1923 ''Veduta Taljana'', linka u gwazz abjad
* 1923 ''Dniefel f'baħar fosforixxenti'', inċiżjoni fl-injam
* 1923 ''Siġra tal-palm'', lapes u linka
* 1923 ''Awtoritratt'', inċiżjoni fl-injam
* 1925 ''Mara bil-fjura'', inċiżjoni fl-injam
* 1925 ''Vitorchiano'', inċiżjoni fl-injam
* 1925 ''Iċ-ċawlun iswed'', inċiżjoni fl-injam
* 1925 ''It-tieni jum tal-Ħolqien'', inċiżjoni fl-injam
* 1926 ''Il-ħames jum tal-Ħolqien'', inċiżjoni fl-injam
* 1926 ''Is-sitt jum tal-Ħolqien'', inċiżjoni fl-injam
* 1926 jew 1927 ''Studju fid-diviżjoni regolari tal-pjan b'annimali fantastiċi'', lapes u akwerell
* 1927 ''Purċissjoni fil-kripta'', inċiżjoni fl-injam
* 1928 ''Kastell fl-arja'', inċiżjoni fl-injam
* 1928 ''Torri ta' Babel'', inċiżjoni fl-injam
* 1928 ''Corte, Corsica'', linka
* 1928 ''Sartene'', linka
* 1928 ''Soveria, Corsica'', linka
* 1928 ''Bonifacio, Corsica'', inċiżjoni fl-injam
* 1929 ''Veduta ta' Goriano Sicoli'', litografija
* 1929 ''Il-kattedral taħt l-ilma'', inċiżjoni fl-injam
* 1929 ''Awtoritratt'', litografija
* 1930 ''Castrovalva'', litografija
* 1930 ''Triq f'Scanno, Abruzzi'', litografija
* 1930 ''Il-Pont'', litografija
</div>
|<div style="margin-right:20px">
* 1930 ''Palizzi, Calabria'', inċiżjoni fl-injam
* 1930 ''Pentedattilo, Calabria'', litografija
* 1930 ''Atrani, Kosta ta' Amalfi'', litografija
* 1930 ''Ravello u l-Kosta ta Amalfi'', litografija
* 1930 ''Sqaq imsaqqaf f'Atrani, Kosta ta' Amalfi'', inċiżjoni fl-injam
* 1931 ''Saħħara'', inċiżjoni fl-injam
* 1933 ''Baħar fosforixxenti'', litografija
* 1933 ''Logħob tan-nar'', litografija
* 1934 ''Natura mejta bil-mera'', litografija
* 1934 ''Natura mejta bi sfera tirrifletti'', litografija
* 1935 ''[[L-Isla]], Malta'' inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
* 1935 ''Id bi sfera tirrifletti'', litografija
* 1935 ''Ritratt ta' G.A.Escher'', litografija
* 1935 ''L-Infern'', litografija, (ikkupjata minn pittura ta' [[Hieronymus Bosch]])
* 1936 ''Diviżjoni Regolari tal-pjan'', sensiela ta' disinji li kompla sa l-1960
* 1937 ''Natura mejta u triq (L-ewwel realtà impossibbli tiegħu)'', inċiżjoni fl-injam
* 1937 ''Metamorfożi I'', inċiżjoni fl-injam
* 1938 ''Lejl u mewt'', inċiżjoni fl-injam
* 1938 ''Ċiklu'', litografija
* 1938 ''Sema u ilma I'', inċiżjoni fl-injam
* 1938 ''Sema u ilma II'', inċiżjoni fl-injam
* 1939-1940 ''Metamorfożi II'', inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
* 1942 ''Verbum'', litografija
* 1943 ''Rettili'', litografija
* 1943 ''Nemla'', litografija
* 1944 ''Laqgħa'', litografija
* 1945 ''Gallarija'', litografija
* 1945 ''Kolonni doriċi'', inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
* 1945 ''Tliet sferi I'', inċiżjoni fl-injam
* 1946 ''Għajn'', mezzotint
* 1946 ''Mera maġika'', litografija
* 1946 ''Tliet sferi II'', litografija
* 1946 ''Dinja oħra'', mezzatinta
* 1947 ''Dinja oħra II'', inċiżjoni fl-injam
</div>
|<div style="margin-right:20px">
* 1947 ''Dinja oħra'', inċiżjoni fl-injam
* 1947 ''Fuq u isfel'', litografija
* 1947 ''Kristalla'', mezzatinta
* 1948 ''Idejn ipinġu'', litografija
* 1948 ''Qatra nida'', mezzatinta
* 1948 ''Xemx u Qamar''
* 1948 ''Stilel'', inċiżjoni fl-injam
* 1949 ''Planetojde doppja'', inċiżjoni fl-injam
* 1950 ''Ordni u kaos'', litografija
* 1950 ''Wiċċ (Superfiċju) immewweġ'', inċiżjoni fuq il-linolju b'żewġ kuluri
* 1951 ''Kutrumbajsa'', litografija
* 1951 ''Dar tat-taraġ I'', litografija
* 1951 ''Dar tat-taraġ II'', litografija
* 1952 ''Għadira'', inċiżjoni fl-injam
* 1952 ''Dragun'', inċiżjoni fl-injam
* 1952 ''Gravità'', litografija u akwerell
* 1952 ''Diviżjoni spazjali kubika'', litografija
* 1953 ''Relatività'', litografija
* 1954 ''Planetojde tetraedrika'', inċiżjoni fl-injam b'żewġ kuluri
* 1955 ''Konvess u konkav'', litografija
* 1955 ''Tliet dinjiet'', litografija
* 1956 ''Gallerija tal-istampi'', litografija
* 1957 ''Kubu b'żigarelli magiċi'', litografija
* 1957 ''Mużajk II'', litografija
* 1958 ''Belveder'', litografija
* 1958 ''Spirali sferiċi'', inċiżjoni fl-injam b'erba’ kuluri
* 1960 ''Telgħin u niżlin'', litografija
* 1961 ''Strixxa ta' Möbius I'', inċiżjoni fl-injam b'erba' kuluri
* 1961 ''Il-kaskata'', litografija
* 1963 ''Strixxa ta' Möbius II'' (Nemel ħomor), inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
* 1966 ''Għoqod'', inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
* 1967-68 ''Metamorfożi III'', inċiżjoni fl-injam
* 1968 ''Metamorfożi'', pittura fuq il-ħajt
* 1969 ''Sriep'', inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
</div>
|}
</div>
 
== Bibljografija ==
* M.C. Escher, ''The Graphic Work of M.C. Escher'', Ballantine, 1971. Jinkludi l-kummentarju ta' Escher stess.
* Locher, J.L. ''The Magic of M. C. Escher''. Harry N. Abrams, Inc. ISBN 0-8109-6720-0, 2000.
* Ernst, Bruno; Escher, M.C. ''The Magic Mirror of M.C. Escher (Taschen Series)'' 1995. TASCHEN America Llc. ISBN 1-886155-00-3 L-arti ta' Escher b'kummentarju minn Ernst fuq il-ħajja u l-arti ta' Escher, jinkludi bosta paġni fuq kif uża l-poliedri.
* J. L. Locher (editur) ''M.C. Escher: His Life and Complete Graphic Work'', , Amsterdam 1981.
* Douglas R. Hofstadter. ''Gödel, Escher, Bach. Girlanda eterna brillanti.'' Adelphi, 1984.
* Michele Emmer. ''Il-faxxinu enigmatiku ta' Escher''. CUEN, 1984.
* Doris Schattschneider. ''Viżjonijiet tas-Simmetrija''. Zanichelli, 1992.
 
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
 
== Ħoloq esterni ==
{{wikiquote}}
{{commons}}
* {{ikona en}}, {{ikona nl}} [http://www.mcescher.com/ M.C. Escher — Sit uffiċjali]
* {{ikona en}} [http://www.worldofescher.com/ World of Escher] — Sit kummerċjali, gallerija, forum ta' diskussjoni u kompetizzjonijiet ta' tessellaturi.
* {{ikona en}} [http://euler.slu.edu/escher Il-Matematika u l-Arti ta' M.C. Escher]
* {{ikona en}} [http://www.escher.info/ Websajt iddedikata għal tagħrif fuq Escher u x-xogħlijiet tiegħu]
* [http://aixa.ugr.es/escher/table.html Gallerija ta' xogħlijiet ta' Escher bi xbihat ta' riżoluzzjoni għolja]
* {{ikona en}} [http://escherdroste.math.leidenuniv.nl/ Escher u l-effett Droste] – Applikazzjoni tal-matematika għall-''Gallerija tal-istampi'' ta' Escher
* {{ikona en}} [http://www.cgl.uwaterloo.ca/~csk/projects/escherization/ Il-problema ta' Escherizzazzjoni u r-riżoluzzjoni tiegħu]
* {{ikona en}} [http://www.passionforpaint.com/Escher.html Kull ma laqtgħu kellu jpinġih]
* {{ikona en}} [http://www.cs.technion.ac.il/~gershon/EscherForReal/ Escher fil-verità] – mudelli veri ta' disinji "impossibbli" ta' Escher.
* {{ikona en}} [http://www.nga.gov/collection/gallery/ggescher/ggescher-main1.html NGA - M.C. Escher: Ħajja u Ħidma]
* {{ikona fr}} [http://mcescher.frloup.com Le monde étrange de M.C. Escher]
* {{ikona en}} [http://www.artcyclopedia.com/artists/escher_mc.html Escher fuq ArtCyclopedia]
* {{ikona fr}} [http://les-mangeurs-dimages.blogspot.com/2007/03/escher-et-lescalier-de-penrose.html Analiżi tal-litografija Telgħin u Niżlin]
* {{ikona nl}}, {{ikona en}} [http://www.escherinhetpaleis.nl/ Mużew Escher], Den Haag
 
{{DEFAULTSORT:Escher, Maurits Cornelis}}
Linja 236:
[[gl:Maurits Cornelis Escher]]
[[he:מאוריץ קורנליס אשר]]
[[hr:Maurits Cornelis Escher]]
[[hu:Maurits Cornelis Escher]]
[[it:Maurits Cornelis Escher]]