Claudio Monteverdi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 7:
[[Image: Orfeo.jpg |thumb|right|210px|Paġna titulari ta' L'Orfeo, edizzjoni:1609 Venezja]]
 
Mill-monodija, bl-enfasi fuq linji ċari melodiċi, test intelliġibbli u mużika ta’ akkompanjament kalma, kien pass loġiku li jibda jikkomponi l-opri, speċjalment għal kompożitur mixħut lejn id-drammatiċità u li kien iħobb effetti mimlija tiżjin. Fl-1607 Monteverdi ikkompona l-ewwel opra tiegħu, ''L'Orfeo'', fuq librett ta’ Alessandro Striggio (itl-tifeliben). F’dak iż-żmien kien hemm id-drawwa li l-kompożituri jitolbuhom joħolqu xogħlijiet għal okkażjonijiet speċjali u din l-opra talbuha biex iżżid il-pompa fil-karnival ta’ kull sena f’Mantova. Fil-fatt kienet suċċess kbir li qabel perfettament ma’ l-ispirtu taż-żmien. ''L'Orfeo'' hi magħrufa għall-qawwa drammatika tagħha u għall-orkestrazzjoni ħajja li fiha. Infatti, nistgħu nsostnu li dax-xogħol kien l-ewwel eżempju fejn il-kompożitur assenja parti speċifika għal kull strument, u anki waħda mill-ewwel opri fejn ingħatat il-kompożizzjoni eżatta ta’ l-istrumentazzjoni. L-istorja hi deskritta b’immaġni mużikali ħajjin u l-melodiji huma linjari u ċari. B’din l-opra Monteverdi ħoloq stil mużikali ġdid għal kollox li sar magħruf id-''dramma għall-mużika''. L-opri ta’ Monteverdi sirna ngħidulhom "pre-barokki" jew ta’ "l-ewwel barokk".
 
Nistgħu ngħidu li x-xogħol prinċipali ta’ Monteverdi kien il-''Vespro della Beata Vergine tal-1610''. Dan wieħed mill-ftit xogħlijiet sagri tiegħu, imma għadu s’issa wieħed mill-ikbar eżempji tal-mużika sagra, li fl-istorja tal-mużika jħabbatha ma' ''Il-Messija'' ta’ Handel u l-''Passjoni skond Mattew'' ta’ [[Johann Sebastian Bach|J. S. Bach]]. Meta tisma’ dan ix-xogħol tibqa' ċċassat – kull parti (25 b’kollox) hija żviluppata għall-aħħar, kemm fis-sens mużikali u kemm drammatiku – l-istruttura strumentali tintuża għal effetti drammatiċi preċiżi u emottivi, b’mod li ħadd ma kien sema' qabel.