Introduzzjoni għall-ġenetika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 40:
 
Il-proteini huma magħmula minn katina ta' 20 tip differenti ta' [[amminoaċtu|amminoaċti]]. Din il-katina tintewa f'forma kompatta, qisha kobba ħabel imħabbla. Il-forma tal-proteina tiddeterminaha s-sensiela ta' amminoaċti matul il-katina u hi din li tiddeċiedi x'tagħmel il-proteina<ref name=NIGMS/> per eżempju, xi proteini għandhom ħofor fil-wiċc tagħhom li jaqblu eżatt ma' molekula oħra, li jħallu l-proteina taqbad sewwa ma' din il-molekula. Xi proteini oħra huma [[enzima|enzimi]], li qishom magni ċkejknin li jistgħu ibbiddlu molekuli oħra<ref>[http://www.howstuffworks.com/cell2.htm] ''Enzymes'' (Enzimi) HowStuffWorks</ref>.
 
L-informazzjoni fl-ADN hi maħżuna fis-sensiela ta' unitajiet li jirrepetu matul il-katina tal-ADN<ref name=nih>[http://ghr.nlm.nih.gov/handbook/basics/DNA] ''What is DNA?'' (X'inhu l-ADN?)</ref>. Dawn l-unitajiet huma erba' tipi ta' nukleotidi (A,T,G and C) u s-sensiela ta' nukleotidi taħżen l-informazzjoni f'alfabet imsejjaħ il-[[kodiċi ġenetika]]. Meta ġene jinqara minn ċellula is-sensiela tal-AND tiġi ikkupjata f'molekula simili ħafna msejħa [[ARN]] (Dan il-proċess insejħulu traskrizzjoni). It-traskrizzjoni hi kkontrollata minn sniesel oħra tal-ADN (bħal promuturi), li juru lil ċellula fejn huma l-ġeni, u jikkrontrollaw kemm il-darba jiġù kkupjati. Il-kopja tal-ARN magħmula minn ġene imbagħad tgħaddi minn strutura msejħa [[ribożoma]], li titraduċi s-sensiela tal-nukleotidi fl-ARN fis-sensiela korretta ta' amminoaċti u tgħaqqad dawn l-amminoaċti flimkien biex jagħmlu katin kompluta ta' proteina. Il-proteina l-ġdida mbagħad tintewa fil-forma attiva tagħha. Il-proċess li bih l-informazzjoni tmur mill-lingwa tal-ADN għal-lingwa tal-amminoaċti jissejjaħ traduzzjoni<ref name=nobel>[http://nobelprize.org/educational_games/medicine/DNA/index.html ADN-ARN-Protein] Nobelprize.org, </ref>.
 
[[Stampa:DNA replication split.svg|thumb|left|[[Ir-replikazzjoni tal-ADN]] L-ADN jinħall u n-nukleotidi jitqabblu biex jagħmlu żewġ ħjut.]]
 
===Il-ġeni jiġu kkupjati===