Kon-Katidral ta' San Ġwann: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Adding: ru:Собор Святого Иоанна; kosmetiċi bidliet
Linja 1:
[[ImageStampa:St Johns Co-Cathedral.jpg|thumb|left|200px|L-estern tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann]]
 
Il-'''Kon-Katidral ta` San Ġwann''', jinsab il-[[Belt Valletta]], mibni mil-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta]] magħruf ukoll bħala l-'''Ordni ta' San Ġwann'''. Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, ikkummissjonat fl-[[1572]] mill-Granmastru [[Jean de la Cassière]] bħala l-knisja konventwali ta’ l-Ordni tal-Kavallieri Ospidalieri ta’ San Ġwann, u ddisinjat mill-magħruf arkitett militari Malti, [[Ġilormu Cassar]], jispikka bħala monument uniku ta’ importanza internazzjonali. Il-knisja hija ddedikata lil [[San Ġwann Battista]], il-qaddis patrun ta’ l-Ordni.
 
== Intern ==
[[ImageStampa:Malta-Valetta-StJohnInside.jpg|thumb|right|300px|L-intern tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann]]
 
L-intern tal-Kon-Katidral, il-biċċa kbira magħmula mil-[[pittur]] [[Mattia Preti]]. L-istil huwa dak [[Barokk]] u l-intern huwa imżejjen ħafna speċjalment fil faċċata. Preti ħadem fil-ħitan u penġa l-artali li kellhom xeni mil-ħajja ta' [[San Ġwann]]. Viċin l-entrata prinċipali, wieħed jista jara' il-monumenti tal-[[Granmastru Fra Marc'Antonio Zondadari]].
 
== Storja ==
 
Il-bini tlesta nhar San Ġwann fl-1577. Granmastri u Kavalieri ta’ l-Ordni taw rigali ta’ siwi artistiku kbir u taw kontribuzzjonijiet enormi biex biss b’xogħlijiet ta’ l-arti li kienu ta’ l-ogħla livell mill-aqwa [[artisti]] li setgħu sabu dak iż-żmien. Il-faċċata sempliċi, li għandha kampnar kbir fuq kull naħa, hija awstera u għandha l-karattru ta’ fortizza li jirrifletti l-istat sobriju ta’ l-Ordni wara l-Assedju l-Kbir. In-navata hija twila 53 metru u wiesgħa 15-il metru u għandha kappelel tal-ġenb fuq kull naħa. Dawn il-kappellel kienu assenjati lid-diversi lingwi skond l-anzjanità. Il-lingwi ta’ [[Franza]], l-[[Italja]] u [[Aragona]], li kienu predominanti, tqiegħdu l-aktar qrib l-altar.
Linja 18:
Fis-seklu 19 il-kappella tal-Lingwa Franċiża kienet il-vittma ewlenija tal-fanatiċiżmu tal-grupp artistiku li kien iġib l-isem Nazarene, li kien jaspira biex jirriforma l-arti Kristjana u jħassar għalkollox il-memorja tal-fjoritura Barokka ta’ qablu. San Ġwann tħalla f’idejn [[Giuseppe Hyzler]] (1787-1858), il-mexxej ewlieni lokali tal-moviment. B’zelu riformista kbir, beda biex neħħa mill-Kappella Franċiża dak li forsi kien l-aktar altar artistikament interessanti f’San Ġwann. Taħt id-direzzjoni tiegħu saħansitra l-monumenti sepulkrali fil-kappella kellhom jgħaddu minn tibdil u diġà kienet saret xi ħsara lill-monument tal-[[Granmastru de Rohan]] meta protesta qawwija fis-sajf ta’ l-[[1840]] wasslet biex l-awtoritajiet waqqfu dan l-attakk.
 
[[ImageStampa:HsaraKonKatidral.JPG|thumb|200px|San Ġwann jeħlisha għal ftit minn ħsara serja mill-bombi tul it-Tieni Gwerra Dinjija]]
 
Fl-[[l941]], tul it-[[Tieni Gwerra Dinjija]], il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ġarrab ħsarat kbar waqt attakk bil-bombi mill-ajru fuq il-Belt Valletta. Parti mill-Anness sofriet l-aktar u l-knisja nnifisha ħelset qerda totali għal ftit. Il-kampnari u l-Sagristija wkoll saritilhom ħsara kbira u l-bieb prinċipali nfaqa’ ‘l ġewwa. Fortunatament, dak li kien hemm fil-knisja kien diġà ġie trasferit f’post ieħor fil-ħin.
 
== Opri t'Arti ==
[[ImageStampa:Michelangelo Caravaggio 021.jpg|thumb|left|300px| Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann, 1608.]]
Il-knisja stess, għandha numbru kbir ta' xogħlijiet importanti ta'[[arti]]. Waħda mil-iktar prestiġjużi u importanti hija il-[[Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann]] tal-pittur famuż [[Caravaggio]].
 
== Illum ==
 
Illum San Ġwann hu wkoll post fejn isiru avvenimenti kulturali u hu wieħed mill-attrazzjonijiet kulturali l-aktar popolari mat-turisti f’Malta. Hu amministrat mill-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann li twaqqfet fl-[[2001]] biex tiżgura l-konservazzjoni tal-knisja u tal-mużew.
 
[[CategoryKategorija:Xogħolijiet ta' l-arkitettura f'Malta]]
[[CategoryKategorija:Belt Valletta]]
 
[[ca:Cocatedral de Sant Joan]]
Linja 41:
[[pl:Konkatedra świętego Jana w Valletcie]]
[[pt:Igreja de São João (Valeta)]]
[[ru:Собор Святого Иоанна]]