Indoewropew: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
minor changes
Linja 1:
'''L'Indoewropew''' huwa kostrutt xjentifiku ta', hekk imsejħa, ''protolingwa'', lingwa [[Prototip|prototipika]] komuni, li minnha nissaponu li tnisslu id-diversi lingwi tal-[[Lingwi Indoewropej|familja Indoewropeja]]. Illum huwa ikkunsidrat li huwa aktar preċiz li nitkellmu fuq il-'''[[Proto-Indoewropew]]''' għaliex rekosstruzzjoni fis-sens ta' lingwa li tista tiġi użata b'għan ta' komunikazzjoni m'hijiex possibli. Rekosstruzzjonijiet ta' l'indoewropew iwasslu biss għall [[għerq]] ta' kliem, fenomeni [[Fonoloġija|fonoloġiċi]] u strutturi [[Sintattika|sintattiċi]] basiċi.
 
Il-lingwi tal-familja Indoewropeja jingħadd li għandhom ''relazzjoni genetika'' (mhux fis-sens darwinistiku). Biex jigi ikonstatat, jekk lingwa għandhiex relazzjoni ġenetika ma lingwa oħra, il-lingwi jiġu mqabbla fuq il-bażi tar-regoli [[Fonetika|fonetici]] tagħhom. Billi imorru lura f'numru ta rekosstruzzjonijiet, il-lingwisti huma kapaci j'[[Estrapolazzjoni|estrapolaw]] (jiġbdu) il-protolingwa. Naturalment ma jesistux sorsi miktuba ta' L-Indoewropew.
 
Ta' min jiddistingwi bejn, l-hekk imsejjaħ ''Sprachbund'' u ir-''Relazzjoni Ġenetika''. ''Sprachbund'' hija kelma Ġermaniza li tfisser "unjoni/għaqda lingwistika" u tiġi użata mil-lingwisti f'diversi lingwi bħala kelma teknika. Bħala ''Sprahchbund'' nifmhu grupp ta' Lingwi li is-similarità tagħhom jibbaża fuq kuntatt lingwistiku li seħħ f'ċerta punt ta' l'evoluzzjoni tal-lingwa osservata. Dawn il-lingwi ma jistawsx ikunu ġenetikament relatati – jekk tassew, din tkun relazzjoni mbieghdambiegħda ħafna. Din hija il-karatteristika distintiva bejn ''Sprachbund'' u il- ''Familja Lingwistika'', li għaliha, ir-relazzjoni ġenetika hija essenzjali. l'Indoewropew ma ġiex iffurmat fi ''Sprachbund'' iżda tnissel min familja waħda. ''Sprachbund'' tintgħaraf mill fatt li relazzjoni bejn żewġ lingwi ma turix similarità fil vokabularju biss iżda similarità fl'istruttura wkoll.
 
Metaforikament u fi kliem aktar ġenerali nistgħu ngħidu li lingwi ta' l'ewwel tip għandhom l'istess omm u, l'oħrajn kienu ġirien għall żmien twil.
 
[[Category:Lingwistika]]