Maurits Cornelis Escher: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 42:
Fl-1958, ippubblika artiklu imsejjaħ ''Diviżjoni Regolari tal-Pjan'', li fih iddeskriva l-akkumulazzjoni sistematika ta' disinji matematiċi fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Huwa saħaq li "l-matematiċi fetħu l-bieb li jwassal għal qasam vast."
 
[[Stampa:Escher Waterfall.jpg|thumb|250px|left|''Il-kaskata'', 1961]]
Fuq kollox, kienet l-imħabba li kellu minn kmieni għall-veduti [[Ruma|Rumani]] u [[Italja|Taljani]] u għan-natura li nteressatu fil-kunċett tad-diviżjoni regolari ta' pjan, li applika f'aktar minn 150 xogħol bil-kulur. Fost il-prinċipji oħra matematiċi li nsibu xhieda tagħhom fix-xogħlijiet tiegħu hemm is-sovrapożizzjoni ta' pjan iperboliku fuq pjan bidimensjonali fiss, u l-inkorporazzjoni ta' oġġetti tridimensjonali bħal sferi, kolonni u kubi fis-xogħlijiet tiegħu. Per eżempju, f'stampa imsejħa "ir-Rettili," ikkombina xbihat bi- u tridimensjonali. F'wieħed mill-artikli tiegħu, Escher enfatizza l-importanza tad-dimensjonalità u ddeskriva lilu nnifsu bħala "mxabba" bil-forom ċatti: "Jien nagħmilhom jaqbżu 'l barra mill-pjan."
 
[[Stampa:Escher Waterfall.jpg|thumb|250px|''Il-kaskata'', 1961]]
Escher studja wkoll il-kunċetti matematiċi tat-[[topoloġija]]. Mill-matematiku Brittaniku Roger Penrose tgħallem kunċetti oħra fil-matematika. Minn dan l-għarfien ħoloq "Il-kaskata"' u ''Telgħin u Niżlin'', li nsibu fihom prospettivi irregolari simili għall-kunċett tal-istrixxa ta' Möbius.