Wikipedija:Konvenzjonijiet ta' nomenklatura: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
 
Linja 4:
 
Huwa importanti li wieħed jinnota li dawn huma konvenzjonijiet, mhux regoli miktuba fil-blat. Waqt li l-Wikipedija tiżviluppa u tinbidel, xi konvenzjonijiet li xi darba forsi kellhom użu u sinjifikat, illum jafu saru antikwati. F'każ ta' dubju, segwu l-konvenzjoni.
 
=== Għażla ta' l-isem ta' l-artiklu ===
Ġeneralment, l-għażla ta' l-isem ta' l-artiklu għandha tagħti prijorità lil dak li l-maġġor parti tal-Maltin jirrikonoxxu faċilment mingħajr ambigwità. Fl-istess ħin, huwa importanti li wieħed jagħmilha iktar faċli għal Wikipedjan ieħor li joħloq [[link]] għal dawk l-artikli mingħajr diffikultà.
 
=== Sempliċità, preċiżjoni, ittri kapitali u plurali ===
L-iskop ta' dawn ir-regoli huwa li jagħmlu l-paġni ġodda iktar faċli biex jiġu llinkjati.
 
Intom u tiktbu l-Wiki, jekk taħsbu li oġġett, isem, kelma jew frażi tista' tkun kollegata ma informazzjoni ulterjuri, poġġuha fil-parentesi kwadri doppji <nowiki>[[ ]]</nowiki> biex b'hekk jinħoloq llink. Kemm tpoġġi link jiddependi, prattikament, mill-iżvilupp futur tal-Wikipedia. Ġeneralment, iktar ma jkun hemm link għall-argumenti minn artiklu wieħed, tant aħjar. Anki jekk argument partikolari għadu ma ġiex kopert minn artiklu, poġġu link xorta waħda, biex tħajjru l-Wikipedjani l-oħra joħolquh huma.
Jekk il-konvenzjonijiet tan-nomenklatura u tal-link jiġu mħarsa kostantement, dawn il-kollegamenti m'għandhomx għalfejn ma jwasslux għall-artiklu neċessarju.
 
==== L-ewwel ittra biss għandha tkun kapitali ====
Dejjem jekk mhux qed nirreferu għall-[[akronimu]], li ġeneralment jkun kollu kemm hu miktub f'ittri kapitali, l-ewwel ittra biss għandha tkun ikkapitalizzata filwaqt li l-bqija ta' l-ittri għandhom ikunu ittri żgħar.
eż. <nowiki>[[Arti marzjali]]</nowiki> mhux <nowiki>[[Arti Marzjali]]</nowiki>
 
==== Preferita il-forma singulari ====
Dejjem jekk il-forma plurali ma tkunx iktar użata, użaw dejjem il-forma singulari. Jekk il-forma plurali tintuża ħafna wkoll, oħloq [[Wikipedija:Oħloq u uża redirect|redirect]] biex issolvi l-ambigwità u avża wkoll lill-users l-oħra li diġà inbeda artiklu taħt titlu ieħor.
 
== Ismijiet propji ==
Biex issemmu korrettament artiklu dedikat lill-[[bijografija]] ta' xi ħadd, inthom mitluba biex tużaw il-forma
:'''Isem Kunjom''' jekk hu magħruf b'dan il-mod minn bosta.
:'''Kunjom Isem''' biss jekk din hija l-forma l-iktar magħrufa (eż. [[Mao Zedong]])
 
Din ir-regola tiġi applikata anki għall-ismijiet ta' persunaġġi provenjenti minn pajjiżi fejn l-istandard użat huwa ''kunjom isem'', imma f'dawn il-każijiet huwa konsiljat li jinħoloq [[Wikipedija:redirect|redirect]] mill-forma ''kunjom isem'' għall-artiklu intitolat ''isem kunjom''.
 
Fl-artiklu, imma mhux fit-titlu, inserixxu dak kollu li huwa relatat ma' l-isem, per eżempju:
:'''Predikat - Isem - Ismijiet oħra eventwali - Kunjom - Titlu araldiku eventwali'''
Per eżempju, il-paġna ddedikata lix-xjenzjat Turiniż għandha tkun imsemmija:
:'''[[Amedeo Avogadro]]'''
Mentri l-artiklu għandu jibda:
:'''Lorenzo Romano Amedeo Carlo Avogadro, konti ta' Quaregna u Cerreto'''.
 
L-użu tal-kunjom qabel l-isem jiskontra ma' xi raġunijiet għala għandha tiġi preferuta l-formula li għadha kif ġiet deskritta:
 
# bħala konvenzjoni, l-isem dejjem jippreċedi il-kunjom meta jkollu bżonn isir użu amministrattiv ta' dati. Anki fis-sempliċi nomenklatura, Wikipedija tipproponi li jiġu segwiti regoli jew kanoni li huma ġudikati koretti.
# biex tikkonsenti li jiġi llinkjat l-artiklu minn paġni oħra, konsiderat li min jikteb, ikteb hemm ċans li juża l-forma ta' l-isem l-iktar magħrufa fil-[[lingwa Maltija]].
 
Għall-persunaġġi tal-[[letteratura]] u ta' l-[[arti]], ir-regola li għandha tiġi osservata hija dik tal-[[librett]] ta' l-[[opra]]. Din ir-regola essenzjalment tgħidilna biex niżaw l-isem "uffiċjali" tal-persunaġġ.
Għall-pswedonimi, hemm regola wkoll: [[Voltaire]] għandu jkun it-titlu ta' l-artiklu prinċipali, fliwaqt li [[François-Marie Arouet]] għandu jkun l-artiklu b'[[Wikipedija:redirect|redirect]].
 
F'każ li jkun hemm bżonn li tqiegħed l-ismijiet '''[[ordni alfabetiku]]''', dawn għandhom jiġu ordinati skond il-kunjom, inkluż il-partiċelli (eż., ''De'', ''Mac'', ''Von'', eċċ.). Ara noti oħra fil-paġna [[ordni alfabetiku]].
 
===Ismijiet ta' papiet===
Għall-ismijiet ta' papiet, il-konvenzjoni tipprevei '''Papa''' '''''isem tal-papa''''' '''I, II, III, ...''', per eżempju: [[Papa Benedettu XVI]] jew [[Papa Ġwanni Pawlu II]]. istgħu tirreferu għal-[[lista ta' Papiet]].
 
===Ismijiet ta' Rejiet===
Għall-ismijiet ta' renjanti, il-konvenzjoni tipprecedi l-isem bil-Malit, segwit mill-ordinali (I, II, III, eċċ.) u mill-isem ta' l-istat ta' fejn hu sovran. Per eżempju, [[Enrico VIII ta' l-Ingilterra]] jew [[Luigi XIV ta' Franza]]. Fil-vuċi [[monarkija]] għandkhom issibu xi listi ta' renjanti ta' nazzjonijiet differenti, fejn tkunu tistgħu tiċċekkjaw il-format li għandu jintuża.
 
[[en:Wikipedia:Naming conventions]]