Akkademja tal-Malti: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 9:
Nħasset ukoll il-ħtieġa li barra alfabett ikun hemm manwal ta' l-ortografija tal-Malti. Dan il-manwal deher fis-sena 1924 u kien jismu ''Tagħrif fuq il-Kitba Maltija''. Kien ktieb li fl-ewwel taqsima kellu regoli ta' l-ortografija u fit-tieni taqsima grammatika qasira li tiswa wkoll biex wieħed jifhem u jħaddem tajjeb ir-regoli ta' l-ortografija. It-''Tagħrif'' inħadem minn [[Ninu Cremona]]. Kien stampat mill-Gvern fl-istamperija tiegħu, u kien meqjus bħala l-manwal uffiċjali ta' l-ortografija tal-Malti mill-membri tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u dawk li jaqblu magħhom.
 
Fl-1934 l-ortografija tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti saret l-ortografija uffiċjali tal-Gvern u, bil-mod il-mod, ħafna kittiebkittieba bdew jimxu fuqha.
 
Wara l-1934 l-ortografija mgħallma fl-iskejjel kienet dik tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, iżda billi t-''Tagħrif'' qatt ma reġa' kien stampat, il-manwali l-aktar komuni kienu ż-żewg grammatiki ta' Cremona, waħda qasira għall-klassijiet iż-żgħar, u l-oħra itwal għall-klassijiet il-kbar.
 
Fl-1984 inħasset il-ħtieġa li l-Akkademja tal-Malti tagħti xi regoli dwar kliem ta' nisel Rumanz jew IngliżiIngliż li dwaru kważi xejn ma kien hemm fit-''Tagħrif''. B'hekk ħarġet iż-''Żieda mat-Tagħrif''. Imbagħad fl-1992 l-Akkademja ħarġet l-''Aġġornament tat-Tagħrif''.
 
Kemm iż-''Żieda'' kif ukoll l-''Aġġornament'' kienu dokumenti qosra. It-tnejn kisbu l-approvazzjoni tal-gvern taż-żmien li fih ħarġu, iżda mhux dejjem waslu f'idejn dawk kollha li jiktbu bil-Malti.
 
Minħabba f'hekk, u billi t-''Tagħrif'' qatt ma kien stampat mill-ġdid, l-Akkademja ħasbet li tiġbor ir-regoli kollha tal-kitba li jinsabu fit-tliet dokumenti li semmenjsemmejna fi ktieb wieħed għall-kumditakumdità ta' kulħadd. Għalhekk, fl-1998, ħarġet din il-ġabra f'forma ta' ktejjeb.
 
==Referenzi==