Wikipedija:Mistoqsijiet rikorrenti: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 56:
=== Nista' ninserixxi links esterni f'artiklu tal-Wikipeija? ===
Iva, bil-patt u l-kundizzjoni li dawn il-link ikunu fuq l-istess tema ta' l-artiklu u mhux link pubbliċitari. Preferibbilment, il-link għandu jkun għas-sit kollu u mhux għall-kontenut speċifiku (fi kliem ieħor, evita dak li hu magħruf bħala ''[[deep linking]]''). Ġeneralment, il-[[Wikipedija:links esterni|links esterni]] għandhom jiġu mniżżla f'sezzjoni lejn it-tmiem ta' l-artiklu.
 
== Stampi ==
 
=== Tista' tpoġġi stampi f'artiklu? ===
Iva, ara [[Għajnuna:Markup stampi]]: is-sintassi bażika biex tinserixxi stampa diġà preżenti fil-Wikipedija hija <nowiki>[[</nowiki>Image:''isem_ta'_l-istampai.png''<nowiki>]]</nowiki>. Biex tinserixxi stampi residenti fuq server differenti, kemm tikteb l-url: ''<nowiki>http://www.eżempju.mt/stampi/isem_ta'_l-istampa.png</nowiki>''.
 
Biex tkun tista tagħmel upload ta' stampi, trid tkun reġistrat (ara [[Wikipedija:Kif tirreġistra|Kif tirreġistra]]). Wara kemm tikklikkja fuq il-link [[Special:Upload|Upload]] fil-menu li jinsab fuq in-naħa tax-xellug tal-paġni tal-Wikipedija.
 
Tista' jekk trid, tfittex artiklu fuq l-istess argument f'lingwa oħra u tara jekk għandhomx xi stampa adattata. '''Attenzjoni''': żomm dejjem f'moħħok il-[[Wikipedija:Politika dwar l-użu ta' stampi|politika dwar l-użu ta' stampi]] tal-Wikipedija.
 
=== Kif tista' tagħmel link testwali għal stampa? (eż: agħfas hawn biex tara l-istampa) ===
Kemm tinserixxi is-simbolu ":" fil-bidu tal-link, bħal dan il-każ: <nowiki>[[:Image:eżempju.png|agħfas hawn]]</nowiki>.
 
=== Għaliex ma nistax nara stampi fl-artikli tal-Wikipedija? ===
Jekk tara biss il-logo tal-Wikipedija u l-browser tiegħek ma jġiblekx l-istampi l-oħra, iċċekkja mill-opzjonijiet tal-brower jekk jiġux aċċetati stampi li jiġu minn server differenti minn dak tal-paġna kurrenti.
 
=== Għamilt upload ta' stampa ħażina bi żball; x'għandi namgħel biex inħassarha? ===
Ma tistax, l-[[Wikipedija:Amministraturi|amministraturi]] biss għandhom il-poter biex iħassru l-affarjiet. Tista' tikteb <nowiki>{{ħassar}}</nowiki> fil-paġna ta' deskrizzjoni ta' l-istampa, jew inkella tista' terġa tagħmel upload ta' l-istampa korretta u żżom l-istess isem ta' dik li uploadjajt qabel; b'hekk din ta' l-ewwel tiġi mibdula awtomatikament.
 
=== Nista' nippublika fuq il-Wikipedija dawk l-istampi li nsib fuq siti oħra ta' l-internet? ===
Ġeneralment, le. Dejjem jekk fuq din il-paġna ma ssibx awtorizzazzjoni ''ċarissima'' li tagħtik permess tikkopja l-materjal. Jekk ma ssib l-ebda indikazzjoni, trid tikkunsidra l-istampa bħala koperta bil-copyright u allura mhux adattata biex tiġi ppubblikata fuq il-Wikipedija. Xejn ma jżommok milli tikkuntattja is-sid tas-sit stess u titlob awtorizzazzjoni biex tuża l-istampi; jekk jirnexxielek, jekk jogħġbok ikkopja din l-awtorizzazzjoni fil-paġna ta' deskrizzjoni ta' l-istampa stess.
 
=== Qxur ta' diski, fotogrammi, ritratti ta' persunaġġi famużi, eċċ huma ta' dominju pubbliku? ===
Ara risposta preċedenti.
 
=== Nista' nippubblika fuq il-Wikipedija stampi li nsib fuq wikipeidji b'lingwi oħrajn? ===
Ġeneralment, iva. Iċċekkja fuq kollox li l-istampa fiha liċenza t'użu li biha ġiet ippubblika fuq il-Wikipedija l-oħra. Jekk ma jkunx hemm xi ħaġa li ma tippermettix l-ikkupjar ta' l-istampa, din tista' tiġi użata wkoll fil-Wikipedija Maltija. <br/>
L-istampi kollha li ssib fuq [http://commons.wikipedia.org Commons] jistgħu jiġu użati b'mod ħieles fl-artikli tal-Wikipedija.
 
[[bg:Уикипедия:Често задавани въпроси]]