Maja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 52:
===Arti u snajja===
Il-Maja ipproduċew arkitettura, pittura, xogħol tal-fuħħar u skultura mill-aqwa. Arkitetti tas-[[sengħa]] bnew piramidi tal-franka għoljin, b’tempji żgħar fuqnett. Huma ħolqu tip ta’ [[ħnejja]] billi bnew il-ġenb ta’ żewġ ħitan dejjem aktar qrib iktar ma’ titla l-fuq. Il-vojt bejn iż-żewġ ħitan kien jiġi mgħaqqad b’sensiela ta’ ġebel ċatt. Il-Maja bnew ukoll bini kbir u baxx fejn il-kapijiet u l-qassisin probabilment kienu jgħixu qabel xi ċerimonja importanti. Ħafna mill-bini tal-Maja kellhom tiżjin ċatt imsejjaħ '''moxt tal-bejt''', li kien joħroġ mill-għola ponta tas-saqaf. Dawn il-moxtijiet tal-bjut, bħal kampnari tal-knejjes, kienu jagħtu lil bini d-dehra ta’ għoli kbir.
[[Image: mayan-pottery-chama-valley.jpg|thumb|right|Tpinġijiet fuq il-fuħħar fil-wied ta’ Chama]]
 
L-artisti tal-Maja kienu jżejnu l-ħitan b’[[murali]] ikkuluriti li kienu juru figuri b’daqs reali qed jieħdu sehem f’battalji u festi. L-artisti kienu jagħmlu d-dawra minn barra tal-figuri u mbagħad jimlewhom bil-kulur. Rari kienu jagħmlu ''shading'' tal-kulur. Pittura tixbah lil din tinsab fuq il-fuħħar tal-Maja.