Ġużè Muscat Azzopardi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''Ġużè Muscat Azzopardi'''
[[Image:scan.jpg|thumb|right|Ġużè Muscat AzobbardiAzzopardi]]
== Ħajja personali u soċjali ==
Muscat Azzopardi twieled [[Ħal Qormi]] fl-1 ta’ [[Settembru]] 1853. Hu studja fis-[[Seminarju]] ta’ [[Mdina|l-Imdina]] u fl-[[Università ta’ Malta]] fejn ħa d-diploma ta’ prokuratur legali fl-[[1875]]. Huwa żżewweġ lil Tonina Fenech u kellu tlett itfal [[Ivo Muscat AzobbardiAzzopardi|Ivo]] (kittieb), [[Ġino Muscat AzobbardiAzzopardi|Ġino]] (kittieb) u [[Anton Muscat AzobbardiAzzopardi|Anton]] (kompożitur). Ġużè Muscat AzobbardiAzzopardi miet fl-4 t’Awissu 1927 il-belt [[Valletta]].
 
Muscat Azzopardi kien kelliem kapaċi, politiku popolari, kritiku tal-palk magħruf, ġurnalist versatili u parteċipant attiv fl-ambjent soċjo-kulturali. Fil-waqt li kien avukat ta' suċċess, huwa laħaq President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali u kien membru tal-''Giunta Teatrale'' tal-Gvern. B’ħerqa kbira kien jippromwovi d-drama Maltija u kien l-editur ta’ diversi ħarġiet perjodiċi fosthom ''In-Naħla Maltija'' (1878) u ''Il-Ħabib'' (1911), u anke kkontribbwixxa f’publikazzjonijiet oħra bħal ''Id-Dawl'' (1892) u ''Il-Ħabbar Malti''.
Linja 12:
Fid-dawl tal-bosta kontribuzzjonijiet tiegħu b’proża u poeżija lil-[[letteratura]] Maltija, [[Franġisk Saverju Caruana]] sejjaħlu ‘Missier il-lettaratura Maltija’. Ix-xogħol letterarju tiegħu jinkludi rumanzi, poeżiji, reċti, bijografiji u traduzzjonijiet. L-ewwel kitba tal-proża tiegħu kienet ''Il-Ħajja ta’ San Ġorġ'' (1874), li kienet traduzzjoni mit-Taljan.
 
Ġużè Muscat Azzopardi kien involut b’mod attiv fil-ħajja soċjo-kulturali, tant li fl-1875, fl-età żagħżugħa ta’ 22 sena insibuh imniżżel bħala Segretarju tas-[[Soċjeta Filarmonika Pinto]] ta’ Ħal Qormi. Ħames snin wara, fl-1880, huwa kiteb il-versi ta’ l-ewwel innu f’ġieħ [[San Ġorġ]] il-Qaddis Patrun tar-Raħal. Huwa kien ukoll President ta’ l-istess Soċjeta mill-1906 sa l-1917. Il-ħeġġa u l-imħabba tiegħu lejn il-kultura, kif ukoll il-versatilità ta’ Muscat AzobbardiAzzopardi joħorġu ċari f’diskors li għamel nhar is-21 ta’ [[April]] 1907 meta l-Banda Pinto, li tagħha kien President, wettqet program ta’ [[mużika]] fl-okkazzjonital-festa ta' San Gorg. Fid-diskors Muscat Azzopardi qiegħed jindirizza lis-Surmast-Kompożitur Mro. [[Ġanni Gatt]] li kiteb il-mużika għal l-Innu hawn fuq imsemmi. Jispikka wkoll l-għażla ta’ kliem mirqum li juża Muscat Azzopardi f’dan id-diskors li deher fil-gazzetta ''Malta'' tat-22 t’April 1907:
 
''"Surmast, jien qiegħed noffrilek dawn il-[[fjuri]] mhux għax jien Qormi, għax int ħabib tiegħi jew għax int alliev ta’ Vassallo, dak li qiegħed iżid ikabbar dejjem il-ġieħ ta’ Malta Artistika; lanqas għax jien il-President ta’ din il-Banda popolari Qormija jew għax jien rappreżentant ta’ din il-Belt Pinto tagħna fil-[[Kunsill Popolari]] u wisq inqas għax jien l-awtur ta’ dawn il-[[versi]] ta’ l-Innu; le, iżda, biss noffrihomlok f’ismi, f’isem il-Banda u f’isem il-Qormin kollha dilettanti tas-sabiħa arti tal-mużika għal dak il-kbir ġenju tiegħek li bih għaraft tlibbes dawn il-versi tiegħi b’mużika tant sabiħa, ħelwa u deskrittiva tinħass ħierġa ħafifa ħafifa minn dak il-ġenju li l-Providenza għoġobha tagħnik bih."''
 
== Muscat AzobbardiAzzopardi bħala rumanzier ==
Muscat AzobbardiAzzopardi spikka bħala rumanzier. Fir-rumanzi storiċi tiegħu ''Toni Bajjada'' (1878), ''Mattew Callus'' (1878), ''Vicu Mason'' (1881), ''Susanna'' (1883), ''Ċejlu Tonna'' (1886), ''Ċensu Barbara'' (1893) u ''Nazju Ellul'' (1909), l-imgħoddi jiġi użat għal l-applikazzjoni universali tiegħu. B’mod romantiku l-istorja issir indikazzjoni tal-ġejjieni u r-rumanzier iħallat valuri nazzjonalistiċi ma’ l-istorja vvintata. It-tagħqid ta’ l-istorja (li teħtieġ tiftix) u l-finzjoni (li teħtieġ immaġinazzjoni) tfittex li tgħallem u fl-istess ħin tiddeverti. Hu jimla il-proża tiegħu bl-istorja u narrazzjoni diretta hekk kif l-istejjer tiegħu huma bbażati fuq azzjoni, deskrizzjoni, eżortazzjoni u istruzzjoni espliċita. Filwaqt li l-karattri mhumiex żviluppati psikoloġikament, il-qarrej jifhem il-karattru b’dak li jagħmel u mhux minħabba xi personalità żviluppata.
 
== Muscat AzobbardiAzzopardi bħala poeta ==
Muscat AzobbardiAzzopardi kien ukoll poeta mirqum li esperimenta fil-flessibilita tal-[[Malti]] bħala mezz ta’ espressjoni poetika. Ħafna mill-poeżiji tiegħu jinstabu f’''Ġabra ta’ Poeżiji bit-Taljan u bil-Malti'' (1876), ''Ħamsin poeżija bil-Malti'' (1890) u ''Ġabra sħiħa ta’ Sunetti bi Studju fuqhom tal-Kittieb Innifsu'' (1956). Il-poeżija tiegħu ħadet ħafna elementi validi mill-ambjent ta’ madwaru u l-interpretazzjoni soċjali li ppreżentat kienet kemm il-darba t’ispirazzjoni għal poeti oħrajn. Minħabba s-sens estetiku tiegħu qatt ma nesa’ il-missjoni tiegħu ta’ edukatur letterarju u anke l-poeżija tiegħu ħafna drabi hija didattika.
 
Ġużè Muscat AzobbardiAzzopardi, flimkien ma’ awturi minuri oħra bħal [[Ludovik Mifsud Tommasi]], [[Richard Taylor]], [[Anton Muscat Fenech]], [[Dwardu Cachia]] u [[Manwel Dimech]], wirtu l-wirt poetiku ta' [[Ġan Anton Vassallo]] li sejjes il-poeżija tiegħu fuq tlett taqsimiet prinċipali: dik sentimentali, dik satirika u dik nazzjonalistika. L-awturi msemmija hawn fuq issoktaw jorqmu u jfettħu l-orjentament demokratiku tal-poeżija, waqt li wessgħu l-medda ta’ l-ispirazzjoni tagħhom billi fehmu aħjar l-istrutturi soċjali u l-mudelli kulturali, waqt li komplew itejbu t-taħdit letterarju tagħhom, dejjem fid-dawl tal-forom tat-taħdit popolari. Din li ġejja hija parti mill-poeżija ta’ Ġużè Muscat AzobbardiAzzopardi ''Il-Baħar'', b’xhieda ta’ l-istil tiegħu:
 
{| border=0
Linja 57:
:Alla, kemm int ħanin!
 
== Muscat AzobbardiAzzopardi bħala traduttur u drammaturgu==
Traduzzjonijiet ta’ Muscat AzobbardiAzzopardi jinkludu ''Pawlu Xara'' (1879), ''L-Għarusa tal-Mosta'' (1879), ''Il-Ħalliel it-Tajjeb'' (1901), ''Il-Quddiesa'' (1902) u ''Storja ta’ Malta'' (1903) mit-[[Lingwa Taljana|Taljan]] u ''Il-Għasar tal-Madonna'' (1878), ''Il-Missal'' (1918), l-[[Bibbja|erba’ Vanġeli]]: ''San Mattew'' (1895), ''San Mark'' (1915), ''San Luqa'' (1916), ''San Ġwann'' (1917), u ''L-Ktieb ta’ l-Appostli ta’ San Luqa'' (1924) mill-[[Lingwa Latina|Latin]]. Muscat AzobbardiAzzopardi kiteb bosta reċti, xi wħud minnhom huma oriġinali filwaqt li oħrajn huma maqluba mit-Taljan.
 
== Referenzi ==
Linja 70:
*[http://www.akkademjatalmalti.com/ L-Akkademja tal-Malti]
 
[[Category:Poeti Maltin|Muscat AzobbardiAzzopardi , Ġużè]]
[[Category:Kittieba|Muscat AzobbardiAzzopardi , Ġużè]]
[[Category:Biografiji]]
[[Category:Twieldu fl-1853]]